Illum previous editions

ILLUM 14 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1141801

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

magħrufa għall-istatwi ta' Karlu Darmanin, fosthom is-sett ta' Patrijarki u Isqfijiet li jintramaw fi Pjazza Regina. Iżda jibqa' l-fatt, li l-aktar xogħol għal qalb il-Karmelitani Beltin huwa s-sett ta' anġli li Karlu Darmanin kien ħadem għal din il-festa. Oriġinarjament, dawn l-anġli kienu jintramaw fit-triq tas- Santwarju, iżda matul dawn l-aħħar snin, il-voluntiera tal-għaqda tal-festa ħadu ħsieb li jirrestawrawhom u llum qed iżejnu Triq ir-Repubblika. Iżda apparti statwi antiki, matul is-snin saru wkoll diversi statwi oħra li jirrappreżentaw qaddisin Karmelitani u qaddisin li għandhom rabta mas-Santwarju tal-Karmnu, fosthom San Ġorġ Preca li kien Terzjarju Karmelitan. Fil-fatt, il-festa tal-Karmnu tal-Belt illum hija magħrufa għall-armar, mhux biss għad- drapp, iżda anke għall-injam u l-istatwi fid-diversi pjazez tal-Kapitali. Il-palk tal-banda jingħata mill-ġdid il-ħajja wara 60 sena moħbi Meta għandek festa antika bħalma hija dik tal-Madonna tal-Karmnu, l-armar antik ma jonqosx u għalhekk l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu, tieħu ħsieb tirrestawrah. Fost l-akbar proġetti li din l-Għaqda wettqet matul dawn l-aħħar snin kien dak tar- restawr tal-palk tal-banda, xogħol uniku u antik fl-injam li jintrama biswit il-Knisja tal- Madonna tal-Karmnu. Ix-xogħol tar-restawr tlesta s-sena li għaddiet biex wara sittin sena moħbi u minsi, dan il-palk reġa' ħa l-ħajja u fuqu beda jsir programm mużikali lejlet u nhar il-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Jissejjaħ palk u mhux planċier għax l-għamla tiegħu hija differenti minn planċier. Fil- fatt dan għandu faċċata waħda u jintrama fl-għoli, jiġifieri letteralment tista' tgħaddi minn taħtu. X'għandhom ġdid il- Karmelitani Beltin? Apparti li tkompla x-xogħol ta' restawr fuq diversi statwi u skultura tal-pedistalli li jżejnu t-toroq tal-Belt Valletta, bħal kull sena, l-armar ġdid mhux se jonqos. Fil-fatt, din is-sena, l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu se żżanżan statwa ġdida ta' Santa Madalena Sofia Bareth biex tingħaqad ma' sett ta' statwi li jirrappreżentaw qaddisin riċenti li kellhom devozzjoni lejn il-Labtu tal-Karmnu. Apparti minn hekk, se tkun qed tiżżanżan bandalora kbira biex tingħaqad ma' sett ta' bandalori oħra li għall-ewwel darba din is-sena se jkunu qed jintramaw fi Pjazza San Ġorġ. Saru wkoll żewġ bandalori ġodda biex jintramaw man- niċċa tal-Madonna tal-Karmnu. 15 Festi Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2019 | illum l-festa antika u tal-Karmnu X'se jsir fil-Belt Valletta f'dawn il- jiem? Il-Ħadd 14 ta' Lulju 6:30pm: L-aħħar quddiesa tan-Novena 8:30pm: Marċ u fi tmiemu tittella' statwa tal-Madonna tal-Karmnu fuq il-pedestall It-Tnejn 15 ta' Lulju 10:00am: Quddiesa tal- Inkurunazzjoni 11:00am: Marċ tradizzjoni ta' filgħodu 7:00pm: Tranżlazzjoni 8:00pm: Marċ mat-toroq tal- Belt Valletta 8:30pm: Programm vokali u strumentali fuq il-palk 11:00pm: Ħruq tan-Nar tal-Art It-Tlieta 16 ta' Lulju 9:30pm: Quddiesa solenni tal-festa bil-paniġierku 6:00pm: Quddiesa mill- Arċisqof 7:00pm: Purċissjoni bil-vara devota tal-Madonna tal- Karmnu Minn fejn ġejja d-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu? L-ewwel Karmelitani kienu eremiti li kienu jgħixu fuq l-Għolja tal-Karmelu ftit 'il bogħod minn Ġerusalemm. Minn hemm ħadu isimhom. Id-devozzjoni lejn il-Labtu tal-Karmnu tmur lura għal diversi snin. Skont it-tradizzjoni, meta fis-seklu 13, l-Ordni Karmelitana kienet għaddejja minn żmien diffiċli, fejn kien hemm min saħansitra ried iwaqqafha, il-Madonna kienet dehret lil San Xmun Stock, Ġeneral tal-Ordni u tagħtu dak li huwa magħruf bħala l-Iskapular, jew inkella l-Labtu. Waqt din id-dehra, il-Madonna qaltlu li l-Labtu kellu jkun is- sinjal tal-ħelsien tal-Karmelitani mit-tiġrib. Għaldaqstant il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu huwa meqjus bħala l-libsa Imqaddsa tal-Ordni Karmelitan, li turi r-rabta li tgħaddi bejn Marija u dawk li jilbsuh. Kienu ħafna qaddisin li kienu jilbsu u jgħożżu l-Labtu tal- Karmnu, fosthom il-Papa Ġwanni Pawlu II. Ħafna jisħqu li l-Madonna kkonfermat din id-devozzjoni kemm fid-dehriet tagħha f 'Lourdes u anke f 'Fatima. F'Lourdes, l-aħħar dehra seħħet propju fis-16 ta' Lulju u skont it-tliet rgħajja li raw il-Madonna f 'Fatima, fl-aħħar dehra tagħha din kienet liebsa ta' Karmelitana. Il-Kumitat tal-Festi Esterni Waħda mill-quddisiet li jsiru quddiem il-vara tal-Karmnu Waħda mill- quddisiet li jsiru quddiem il-vara tal-Karmnu L-inawgurazzjoni tal-palk tal-banda Triq ir-Repubblika armata għall-festa 15 add 14 ta' Lulju 2019 | illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 July 2019