Illum previous editions

ILLUM 14 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1141801

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2019 | illum MINKEJJA li hemm min fil-Partit Nazzjonalista qiegħed jibgħat messaġġi u anke jimbutta 'l quddiem lil Louis Galea bħala kap interim, mal-ILLUM dan jaqta' l-għatx bil-perżut u jagħmilha ċara li m'għandu ebda interess jieħu t-tmexxija ta' Adrian Delia. Mistoqsi mill-ILLUM Galea qal hekk; 'bl-aktar mod ċar u skjett le, m'iniex interessat. Għidtha u nerġa' ngħidha. Anzi qed immur jien stess, nippreċedihom jiena lill- Kunsilliera u ngħidilhom li kull min qed jgħidilkom li jien interessat inkun kap, qed jgħidilkom ħażin.' "Jiena nlesti l-ħidma ta' sena u nitlaq. Ma rridx inkun kap interim," sostna skjett Galea. Mal-ILLUM Galea fakkar li lanqas l-istatut ma jidħol fil-merti ta' kap interim u ħeġġeġ lin-Nazzjonalisti biex jimxu mal-istatut. Fil-kuntatt tal-ILLUM miegħu, Galea spjega kif qed jiltaqa' mal-friegħi kollha tal-partit kif ukoll beda l-proċess biex jiltaqa' mad- Deputati kollha tal-PN. Mistoqsi fuq ċerti suġġetti bħad-drittijiet ċivili (nhar il-Ħadd li ġej l-ILLUM se tippubblika intervista sħiħa ma' Galea) hu jfakkar illi l-PN, matul is-snin, għamel differenza u progress fis- soċjetà u jfakkar illi meta l-PN tela' fil-Gvern sab soċjetà ffossilizzata. "Aħna daħħalna l-ugwaljanza bejn mara u raġel, għamilna riformi fit-taxxa, fl- edukazzjoni u aħna biddilna s-soċjetà bil-policies, strateġiji u investiment fl-ekonomija, fil-kultura u fil-qasam soċjali. "Konna aħna wkoll li daħħalna fil- liġi miżuri kontra attakki fuq bażi ta' sesswalità." Minkejja dan jgħid li llum inbidlu l-forom tal-familji, l-istil tal-ħajja u anke kwistjonijiet ta' spirtu u twemmin. Jammetti illi forsi l-PN ma mexiex biżżejjed 'il quddiem biex ilaħħaq ma' dawn il-bidliet. Jammetti wkoll li l-PN seta' mar f 'ċerti estremitajiet, fejn jidħlu permessi mill- Awtorità tal-Ippjanar jew fir-rigward ta' negozji għalkemm jinsisiti li ma jistax ikun hemm "sistema ta' poter li lesta tikkuntenta lil kulħadd, anke jekk dak li qed jintalab mhux fl-interess nazzjonali." Jinsisti wkoll li hu mhux qiegħed fil-politika biex ikun fil-Gvern il-ħin kollu, "imma biex ikolli l-appoġġ relevanti biex nagħtu viżjoni lin-nies." Finalment l-ILLUM tistaqsih dwar id-dokument 'Fehmiet Bażiċi' li kien ippubblikat fit-80ijiet, meta hu kien Segretarju Ġenerali u li huwa mifhum illi bena l-bażi għall-politika tal-PN għas-snin 80/90, kif ukoll għall-mixja ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewopea. L-ewwel nett jikkonferma li l-PN se jkun qed joffri dokument ieħor li jagħti d-direzzjoni tal-bidla u frott ir-riforma li għadha kif bdiet. Jgħid ukoll illi meta taqrah, il-Fehmiet Bażiċi, tinduna li hemm suġġerimenti u aspetti li għadhom validi sal-lum, anke jekk dak kien żmien differenti ħafna." (Bħal-lum ġimgħa l-LLUM se tippubblika intervista aktar intensiva li se titratta punti differenti dwar il-PN u t-tmexxija ta' Adrian Delia) Minkejja li hemm min qed jimbuttah għat-tmexxija tal-PN, mal-ILLUM Louis Galea huwa skjett dwar l-intenzjonijiet tiegħu... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'Ma rridx insir kap interim'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 July 2019