Illum previous editions

ILLUM 14 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1141801

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2019 | illum tagħrafhom mit-tingiża? • Il-brama l-vjola: Tingħaraf mill- kulur vjola tagħha u tgħum viċin wiċċ l-ilma. Hija komuni ħafna. It-tingiża tagħha toħloq sensazzjoni ta' ħruq, uġigħ intensiv, infjammazzjoni u ħmura fil-ġilda. Is-sintomi komuni tagħha huma bżieżaq, infafet u skorċa. • Il-box jellyfish: Qisha umbrella forma ta' kaxxa b'erba' tentakli wesgħin. Hija trasparenti u ġieli tagħti fl-ikħal. Tinstab l-aktar f 'ilmijiet baxxi. It- tingiża tagħha tweġġa' ħafna imma għal perjodu limitat. Normalment jidhru bżieżaq ħomor fuq il-ġilda L-aktar brama perikoluża fil- Mediterran hija l-Portuguese Man O'War. Deidun spjega kif din il-brama mhijiex komuni f 'Malta, tidher waħda 'l hemm u 'l hawn fir-rebbiegħa. Tingiża minn din il-brama kienet waslet biex persuna tilfet ħajjitha (mhux f 'Malta), l-uniku każ ta' persuna li mietet kawża ta' tingiża minn brama fil-Mediterran In-Nomadic Jellyfish hija wkoll speċi perikoluża. Deidun spjega kif din daħlet mill-Kanal ta' Swejż u għalhekk hija speċi aljena fil-Mediterran. F'Malta mhijiex komuni iżda fl-Eġittu għalqet bajjiet sħaħ. Fejn l-aktar li qed ikun hemm bram din is-sena? Bis-saħħa tar-rapporti tal-pubbliku dwar il-bram, l-inizjattiva Spot the Jellyfish, fuq is-sit tagħha, toffri informazzjoni dwar f 'liema bajjiet u nħawi l-aktar li jkun qed jidher il-bram. Deidun spjega li ovvjament dan jiddependi xi ftit jew wisq ukoll mill- popolarità tal-bajja, iżda din il-mappa tista' tagħti indikazzjoni ta' fejn l-aktar li qed jinġabar il-bram. Skont ir-rapporti li daħlu din is-sena, l-aktar bajja li fiha ntlemħu bram hija dik ta' Għajn Tuffieħa u warajha Blue Lagoon. Fiż-żewġ każijiet, il-bram li ntlemaħ kien iniggeż. Wara dawn il-bajjiet popolari, intlemħu wkoll aktar brim milli jniggeż f 'Golden Bay u l-Ġnejna. Bram iniggeż intlemaħ ukoll f 'Tas- Sliema, biswit l-Exiles, fl-inħawi tas- Salini, fir-Ramla tal-Bir (Ċirkewwa), fil-port tal-Imġarr u anke fil-Qbajjar f 'Marsalforn. U s-sena li għaddiet fejn intlemaħ l-aktar bram? Kieku wieħed kellu jqabbel dan mas- sena li għaddiet, skont l-istess mappa, l-akbar ammont ta' bram intlemaħ f 'Għar Lapsi. Il-maġġoranza tal-bram kienu jniggżu, iżda ntlemaħ diversi drabi bram li ma jniggiżx ukoll. Ammont kbir ta' bram li jniggeż kien intlemaħ ukoll fi Blue Lagoon, f 'Golden Bay, il-Bajja ta' Għajn Tuffieħa, fir- Ramla tal-Pwales u s-Salini. Ħafna bram intlemaħ ukoll fl-Għadira, iżda għall-kuntrarju ta' bajjiet oħra, il- maġġoranza kienu speċi li ma jniggżux jew li jniggżu inqas. F'Għawdex l-aktar li ntlemħu bram kien fix-Xlendi, fejn intlemħu l-aktar bram li jniggeż, iżda anke bram ieħor. X'għandek tagħmel jekk tilmaħ bram? Ma' din il-gazzetta, il-Professur Alan Deidun appella lil dawk kollha li jaraw il-bram biex jidħlu fis-sit ta' Spot the Jellyfish u jimlew il-formola li hemm apposta. B'hekk ikunu jistgħu jaġġornaw il-mappa u joffru informazzjoni aktar preċiża dwar fejn qed ikun hemm l-aktar bram u jekk hux perikoluż. Wieħed jista' wkoll iniżżel b'xejn l-app ta' Spot the Jellyfish fejn ikun jista' jirrapporta iżda anke jniżżel informazzjoni utli dwar il-bram u t-trattament għat-tingiż. Wieħed jista' jċempel ukoll fuq 79604109. Jew normali tistaqsi U x'kienet dik il-ħuta kbira li ntlemħet f'Birżebbuġa? Tkellimna wkoll mal- ambjentalista dwar il-ħuta kbira li kienet intlemħet f 'Birżebbuġa u li dwarha ma kien issemma xejn aktar. Deidun insista li ma jafx x'kienet dik il-ħuta għax ma reġgħetx dehret. "Setgħet kienet kelb il-baħar, setgħet kienet tonn jew ħuta oħra." Dwar il-possibbilità li din kienet kelb il-baħar, il- Professur Deidun insista li l-fatt li l-klieb il-baħar kollha għandhom isem bil-Malti, ifisser li s-sajjieda Maltin huma familjari tagħhom. Fi kliemu, għalkemm dawn mhux komuni li jintlemħu viċin il-kosta, ma jfissirx li ma hawnx minnhom, waqt li fakkar li fil-Mediterran hawn madwar 50 speċi ta' kelb il- baħar. Fost dawn semma l-ħuta kaħla (blue shark) li l-aħħar li ntlemaħ f 'Malta kien propju s-sena li għaddiet, bejn iż- Żurrieq u Filfla. Mistoqsi jekk dawn humiex perikolużi, partikolarment il-ħuta l-kaħla li ġieli ntlemħet Malta, Deidun wieġeb fin- negattiv. Insista li kelb il-baħar jattakka l-bniedem għax ikun hemm raġuni għax ġeneralment dan jippreferi jmur għal xi ħaġa aktar faċli biex jaqbad. Fi kliemu, jekk kelb il-baħar iweġġa' huwa u jattakka, id-daqqa taf tkun fatali. "Huma għandhom jibżgħu minna mhux aħna. 90% tal- klieb il-baħar fil-Mediterran huwa kważi estinti" saħaq Deidun. "Ħafna minnhom mhux perikolużi anzi huma importanti għax inaddfu l-ħut dgħajjef u jżommu l-ispeċi aktar b'saħħitha." Il-box jellyfish, komuni wkoll f 'Malta u hija waħda mill-aktar bram li jniggeż Il-bajjiet li fihom l-aktar li dehru bram din is-sena (Sors: Spot the Jellyfish) Alan Deidun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 July 2019