Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920
www.illum.com.mt €1.25 NEWSPAPER POST 'RINUNZJA MHIX BIŻŻEJJED... IRREVOKAWLU LPERMESS' - Is-Sindku tal-Qala Nr 681 • 3 ta' Novembru 2019 Ara paġna 4 'L-intimidazzjoni razzjali żdiedet f 'Malta' – Ahmed Bugri Ara paġna 3 Minn Yendrick Cioffi LAĠENZIJA tal-Gvern, Identity Malta, waqqgħet tender li kienet rebħitu l-kumpanija GCS Assurance Malta Ltd u li dwaru l-gazzetta ILLUM kienet ġibdet l-attenzjoni matul din il- ġimgħa. Dan dwar il-fatt li dan kien jikser restrizzjoni ċara li kienet għamlet l-istess Aġenzija biex tevita possibilità ta' kunflitt ta' interess. Meta Identity Malta ppubblikat it-tender (IMA2019/010), għal servizzi ta' awditjar fi ħdanha, kienet poġġiet restrizzjoni ċara li "aġenti tal-Aġenzija Maltija għar-Residenza u l-Viżas (MRVA) mhumiex eliġibbli li jipparteċipaw f 'dan it-tender minħabba potenzjal ta' kunflitt ta' interess." Madanakollu, sorsi ġibdu l-attenzjoni tal-gazzetta ILLUM li l-kumpanija li rebħet it-tender, jiġifieri GCS Assurance Malta Ltd, kellha rabta ċara ma' aġent tal-Programm tar-Residenza b'Investiment. Fil-fatt, ix-shareholders (sidien) ta' din il-kumpanija huma tnejn: il-kumpanija Michael Kyprianou (Malta) u Christian Gravina. L-ishma huma maqsuma nofs bin-nofs, jiġifieri Michael Kyprianou (Malta) għandha 50% tal-ishma. Tkompli f 'paġna 8 Identity Malta twaqqa' tender wara mistoqsijiet tal-ILLUM Minn Albert Gauci Cunningham u Yendrick Cioffi LARĊISQOF Charles J Scicluna qed iżomm skiet assolut fuq Dun David Muscat, anke jekk bħal-lum ġimgħa, fuq din il-gazzetta, kif ukoll nhar il-Ġimgħa fuq Xarabank għamel diversi stqarrijiet li jmorru kontra l-attitudni tal-Knisja fuq diversi kwistjonijiet. Dun David, fost oħrajn qed jappella biex l-immigranti jintbagħtu lura l-Libja, filwaqt li qed jgħid ukoll li indika illi persuni omosesswali m'għandhomx jieħdu sehem f 'ċelebrazzjonijiet u funzjonijiet Kattoliċi. Minkejja lista ta' mistoqsijiet minn din il- gazzetta, l-Arċisqof ma wieġeb għall-ebda waħda minnhom, ħlief li rrefera għat-tagħlim tal-Knisja "li huwa ċar, u biex wieħed jifhem u japprezza t-tagħlim tal-Knisja għandu jsegwi dak li jgħid il-Papa u dak li jgħid l-Isqof." L-Arċisqof ma jweġibx mistoqsijiet tal-ILLUM dwar Dun David Ara paġna 2 Il-kuntrattur Joseph Portelli ried jibni villa minflok binja abbandunata fil-Qala