Illum previous editions

ILLUM 3 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

I l-kampanja li nieda l-Gvern dwar it- traffikar tal-bnedmin hi xokkanti – għas- sempliċi raġuni li tikxef bl-iktar mod ċar li waqt li għalina, aħna u għaddejjin fil-ħajja ta' kuljum, pajjiżna jidher post sigur, fl-istess soċjetà u fl-istess pajjiż, għaddejjin networks ta' kriminalità organizzata li ta' kuljum jitfgħu lil mijiet ta' bnedmin fi skjavitù modern. Din hi r-realtà tat- traffikar tal-bnedmin f 'kull pajjiż fid-dinja, u Malta, sfortunatament, mhi l-ebda eċċezzjoni. Il-kampanja 'Human Like You', imnedija mill- Gvern, tefgħet id-dawl fuq persuni u attivitajiet li ħafna drabi jkunu inviżibbli għall-bqija tas- soċjetà. Magħna qed jgħixu persuni li waslu f 'pajjiżna kontra r-rieda tagħhom, jew li telqu familthom fuq wegħda ta' impjieg diċenti, biex imbagħad sabu kundizzjonijiet inumani, u abbuż fiżiku u psikoloġiku. F'pajjiżna stess, għandna persuni li tteħditilhom il-libertà, u li minħabba l-kundizzjonijiet soċjali tagħhom, isibuha impossibbli li jfittxu l-għajnuna. Wasal iż-żmien li nindirizzaw dan il-kankru fis-soċjetà tagħna, u jidher li l-Gvern diġà beda jieħu l-ewwel passi f 'dan is- sens, kemm permezz tal- kampanja t'għarfien, iżda wkoll b'konsultazzjoni wiesgħa dwar it-traffikar tal-bnedmin. Din hi dikjarazzjoni ċara li għall- Istat Malti, dan ir-reat u vjolazzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem huma inaċċettabbli. Il-vittmi ta' traffikar qegħdin jgħixu u jaħdmu magħna. Jistgħu jkunu l-carers li qed jieħdu ħsieb qrabatna; jistgħu jkunu l-bennejja li qed jaħdmulna fi djarna; jew il-ħaddiema li joħdulna ħsieb l-uffiċċju. Għalhekk hu essenzjali li aħna stess inkunu nafu nidentifikaw x'jista' jagħtina ħjiel li persuna tkun qiegħda tiġi esplojtata jew ġiet ittraffikata, u li nkunu infurmati dwar x'servizzi u x'entitajiet nistgħu nirreferu għalihom għall-għajnuna. Lil hinn mill-edukazzjoni u l-għarfien, il-Gvern irid jiffoka l-enerġija tiegħu wkoll fuq kif il-liġijiet tagħna jistgħu jipprevjenu t-traffikar. Il-liġijiet dwar traffikar bħala reat kriminali diġà qegħdin hemm. Nafu, iżda, li ħafna mill-vittmi ta' traffikar f 'pajjiżna jinġiebu biex jaħdmu xogħlijiet ġewwa d-djar jew siti ta' kostruzzjoni. Għalhekk wasal iż-żmien li nsaħħu l-qafas legali u l-infurzar fuq dawk l-aġenziji li jirreklutaw ħaddiema, speċjalment dawk barranin, u nirregolaw b'iktar attenzjoni l-kundizzjonijiet ta' impjieg li jingħatalhom. Hekk, l-Istat jista' jidentifika iktar malajr persuni li jkunu qegħdin f 'periklu ta' abbuż. Nafu wkoll li ħafna mill-vittmi ta' traffikar f 'pajjiżna huma nisa, u li spiss qegħdin jitħaddmu f 'massage parlours, li huma biss faċċata għal dawk li huma effettivament briedel b'kundizzjonijiet degredanti għal min jaħdem fihom. Għandna bżonn regolazzjonijiet li jħarsu lill- vittmi, iżda wkoll lil terapisti kkwalifikati, li wkoll qegħdin isofru minn ħsara għar- reputazzjoni tagħhom. Kull vittma ta' traffikar għandha bżonn għajnuna partikolari, u għalhekk is-servizzi ma jistgħux ikunu one size fits all. Iżda m'hemmx dubju li jridu jkunu aċċessibbli, mingħajr burokrazija żejda, u koordinati. Minn għajnuna legali għal dik psikoloġika jew loġistika, l-Istat għandu d-dmir li jipprovdi sostenn li jkun effiċjenti. Iżda ma jistax jieqaf hemm; fuq kollox, l-Istat għandu l-obbligu li jinvestiga u jressaq lil dawk ħatja ta' ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem għall-ġudizzju. Hekk biss tista' verament issir ġustizzja mal-vittmi tat-traffikar. F'dan il-qasam, bħal oqsma oħra, għandna bżonn Qrati b'infrastruttura u riżorsi b'saħħithom biżżejjed biex il-ġustizzja ma titwalx għal snin bla bżonn, u li s-sistema tkun sensittiva għall-istat psikoloġiku tal- vittma. Nafu wkoll li din mhijiex problema lokali, iżda waħda internazzjonali, u minkejja l-isforzi kollettivi tagħna, għad ma rnexxilniex nindirizzawha b'mod effettiv fuq dan il-livell. Fil-Parlament Ewropew, pereżempju, irridu nkomplu nagħfsu għal iktar kordinazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' pajjiżi differenti, biex l-investigazzjonijiet fuq organizzazzjonijiet kriminali jkunu jistgħu javvanzaw minn pajjiż għall-ieħor mingħajr proċeduri burokratiċi. Nistaqsi wkoll jekk wasalx iż-żmien li nsaħħu d-direttiva Ewropea kontra t-traffikar, ladarba m'aħniex naraw progress sinifikanti f 'dan il-qasam. Fl-aħħar mill-aħħar, il-ħidma tagħna kontra t-traffikar trid tkun xprunata mit-twemmin umanist tagħna li kulħadd għandu d-dritt li jgħix ħajtu ħielsa minn kull abbuż jew kontroll. Kull sforz tagħna għandu jimmira għal dak il- jum fejn l-iskjavitù verament jinqered. Josianne Cutajar hija MEP Laburista 15 Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 | illum Aħbarijiet Għandna bżonn Qrati b'infrastruttura u riżorsi b'saħħithom biżżejjed biex il-ġustizzja ma titwalx għal snin bla bżonn Kulħadd għandu d-dritt li jgħix ħajtu ħielsa minn kull abbuż jew kontroll 15 Opinjoni JOSIANNE CUTAJAR Bnedmin, bħalna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 November 2019