Illum previous editions

ILLUM 3 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Tkompli minn paġna 1 Michael Kyprianou (Malta), hija sussidjarja tal-kumpanija Ċiprijotta Michael Kyprianou Advocates & Legal Consultants, liema kumpanija hija illiċenzjata (IIP 064) bħala aġent tal-Aġenzija Maltija għar- Residenza u l-Viżas. Fil-fatt, wieħed mis-sidien u d-diretturi ta' Michael Kyprianpou (Malta) huwa David Meli. F'din il-kumpanija, Meli għandu 25% tal-ishma. L-istess Meli huwa wkoll direttur u rappreżentant legali ta' GCS Assurance Malta Limited, il-kumpanija rrakkomandata minn Identity Malta. Minkejja din ir-rabta, mal- gazzetta ILLUM, Meli kien insista li ma kien hemm xejn xi jżomm lill-kumpanija GCS Assurance Malta Ltd milli tipparteċipa fit-tender (aqra aktar 'l isfel). Fil-lista tal-aġenti tal-MRVA, David Meli huwa mniżżel bħala l-persuna li wieħed għandu jikkuntatja jekk ikollu bżonn is- servizzi ta' Michael Kyprianou Advocates & Legal Consultants. Mhuwiex magħruf jekk fl-evalwazzjoni tat-tender, din il-konnessjoni ġietx innutata mill-ewwel minn Identity Malta. 'Is-Segretarju Permanenti qed jeżamina l-każ' L-ILLUM għamlet kuntatt kemm ma' Identity Malta, mal-avukat David Meli u anke mas-Segretarju Parlamentari responsabbli minn Identity Malta, Julia Farrugia Portelli. Kelliema għal Farrugia Portelli talbitna ngħaddu dawn il-mistoqsijiet lill-kelliem ta' Identity Malta, li min-naħa tiegħu saħaq li dan il-każ, li dwaru l-ILLUM ġibdet l-attenzjoni, kien qed ikun eżaminat mis-Segretarju Permanenti u li kienu se jittieħdu l-passi kollha neċessarji, "kemm-il darba jkun meħtieġ." Huwa spjega kif it-tender inkwistjoni ntrebaħ wara li kellu l-inqas offerta. Fil-fatt, l-offerta ta' GCS Assurance Malta Ltd kienet ta' €19,350 (VAT eskluż) fuq tliet snin. L-offerti l-oħra kienu jvarjaw bejn €23,600 u €84,000. "Il-kuntratt għadu mhux iffirmat u għaldaqstant l-Aġenzija m'għaddiet l-ebda xogħol lill-kumpanija," assigurat Identity Malta. 'Ma kien hemm l-ebda impediment li jwaqqaf il-GCS' Min-naħa tiegħu, David Meli kien insista mal-ILLUM li ma kien hemm l-ebda impediment li jwaqqaf lil GCS Assurance Malta Ltd milli titfa' l-offerta tagħha. Meli kien insista li minkejja li Michael Kyprianou (Malta) hija azzjonista f 'GCS Assurance Malta Ltd, ix-shareholder tagħha huwa non-controlling (anke jekk dan xorta waħda ma jwaqqafx shareholder milli jiggwadanja mill-profitt tal- kumpanija). Meli kien ikkwota l-liġi u saħaq li dan huwa rekwiżit regolatorju biex "azzjonista li mhuwiex awditur ma jkollux kontroll fuq l-operat tal- kumpanija." "Michael Kyprianou (Malta) Ltd hija meqjusa li ma għandhiex kontroll fuq GCS, biex hekk GCS tkun tista' tagħmel l-operat tagħha ta' awditjar b'mod indipendenti kif tgħid il-liġi," kien spjega l-Avukat. Madanakollu kien baqa' ma weġibx dwar l-irwol tiegħu fiż-żewġ kumpaniji u jekk dan setax jimpedixxi lill-GCS milli tipparteċipa fit-tender. Identity Malta hija l-aġenzija tal-Gvern responsabbli mill- passaporti, id-dokumenti ta' identità, il-permessi għax- xogħol u r-residenza u anke l-programmi ta' investiment. L-MRVA hija l-aġenzija responsabbli speċifikament mill-amministrazzjoni u l-promozzjoni tal-Progamm Malti tar-Residenza b'Investiment. illum | Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 8 Aħbarijiet Tender ta' Identity Malta investigat u annullat ftit wara li ngħata MCAST is an equal opportunities employer. • Draughtsperson - ERDF 9.036 (678/2019*). Closing date Wednesday, 6th November 2019 at noon. For further details, requirements and application process go to MCAST job portal http://jobs.mcast.edu.mt *Jobsplus Permit Number MCAST IS RECRUITING Opera onal Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 "Fostering a compe ve and sustainable economy to meet our challenges" Project part-financed by the European Regional and Development Fund Co-financing rate: 80% European Union; 20% Na onal Funds

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 November 2019