Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920
3 Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 | illum Aħbarijiet Minn Liam Carter ITTNEJN illi għadda, reġgħu ssoktaw il-protesti mill-immigranti, din id-darba fiċ-Ċentru tad- Detenzjoni ta' Ħal Safi. Wara intervent mill-forzi tal-ordni, 21 persuna tressqet il-Qorti fuq akkużi varji. Fid-dawl ta' dawn il-protesti, li tul dawn l-aħħar xhur jidher li intensifikaw, l-ILLUM iltaqgħet ma' Ahmed Bugri, persuna li grazzi għall- Fondazzjoni li hu jmexxi, joffri kenn u appoġġ lill-immigranti. Ma' Bugri tħaddidna u ppruvajna nifhmu x'qed iwassal għal dawn il-protesti. Huwa mill-ewwel jgħid li f 'dan l-aħħar żmien żdiedet l-intimidazzjoni razzjali f 'Malta. "Hawn ċertu riżentiment, kulħadd jgħid lill-barranin biex imorru lura f 'pajjiżhom, anke lil dawk li mhumiex refuġjati. Hawn żieda ta' intimidazzjoni fuq bażi ta' razza," jerġa' jisħaq Bugri. Żied jgħid li jixtieq jara dawk il- persuni li kitbu kummenti razzisti fuq il-midja soċjali jitressqu l-Qorti bl-istess b'mod u manjiera li tressqu l-immigranti li kkawżaw ħsarat fiċ- Ċentru Miftuħ, azzjonijiet li huwa kkundanna. Dwar l-istess punt, hu jargumenta li dawn il-kummenti razzisti u xenofobiċi ma jsolvux problemi. "Ilhom isiru kummenti simili mill- 2004. Norman Lowell ilu jirreferi għall-immigranti bħala 'ġrieden' żmien. X'solvejna?" staqsa Bugri. "Dawn il-kummenti ma jsolvux il-kwistjoni ta' immigrazzjoni," irrimarka Bugri. Mistoqsi dwar x'jaħseb li huma l-fatturi li qed jikkawżaw dawn il-protesti, Bugri kien pront jgħid li kull min jaħdem fis-settur tal- immigrazzjoni jaf li inċidenti simili ma jsirux biss f 'Malta iżda kullimkien. Madanakollu, huwa jelabora u jgħid li l-politika ta' Salvini u l-Italja tefgħet 'piż' kbir fuq ir- riżorsa Maltija. "In-numru ta' immigranti fiċ-ċentri qiegħed jiżdied kaġun tal-politika ta' Salvini li kemm-il darba jagħżel li jagħlaq il-portijiet. Din iż-żieda qed taffettwa t-tensjonijiet fiċ-ċentri f 'Malta." Bugri kompla jispjega kif skontu, il- vjaġġ perikoluż ta' dawn l-immigranti lejn l-Ewropa u t-trattament 'inġust' minn ċertu sezzjonijiet tas-soċjetà huma żewġ fatturi oħra li jistgħu jkunu r-raġunijiet għal dawn id- dimostrazzjonijiet. "Il-vjaġġ fih innifsu huwa trawmatiku. Dawn jitilqu minn pajjiżhom minħabba ċirkostanzi diffiċli. Imorru l-Libja ġo gwerra, iħallsu lit-traffikanti, jitpoġġew ġo dgħajsa fuq xulxin u jagħmlu ġranet fuq il-baħar. Imbagħad jaslu u jispiċċaw maqfula. F'xi punt dan l-istress kollu li jkun inġema' joħroġ," stqarr Bugri. 'Malta hi vittma tal-problema tal-immigrazzjoni' Imma Malta mhux stat żgħir wisq biex iġġorr dan il-piż waħedha? Bugri kien pront jaqbel ma' dan l-argument u saħansitra żied jgħid li Malta hi vittma ta' din il-problema mondjali. "Il-politiċi fl-UE ma jridux jitkellmu dwar l-immigrazzjoni għax għalihom hu suwiċidju politiku. L-Ewropa għandha bżonn tindirizza l-għeruq tal-problema u teqred il-politika kolonjali li tiġi applikata mal- kontinent Afrikan," qal Bugri. Fl-aħħar nett, staqsejtnieh dwar it-talba li għamlu wħud mill- immigranti din il-ġimgħa, meta talbu biex jintbagħtu lura l-Libja. Staqsejna lil Bugri x'jaħseb li riedu jfissru b'din it-talba l-immigranti? Il-Libja huwa post sigur? Mal-ILLUM huwa jirrispondi u jgħid, "b'dik it-talba huma ridux ifissru li litteralment iridu jmorru l-Libja iżda bdew jargumentaw li aħjar jieħdu ċans b'ħajjithom il-Libja, pajjiż maqbud f 'nofs gwerra ċivili, milli ġew salvati u spiċċaw maqfula u ffrustrati." 'L-intimidazzjoni razzjali żdiedet f 'Malta' – Bugri Ahmed Bugri li bil-fondazzjoni tiegħu jo ri kenn u appoġġ lill-immigranti, mal-ILLUM jgħid li l-kummenti ta' odju li ilhom isiru snin, qatt ma jistgħu jsolvu l-problema tal- immigrazzjoni.