Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920
Sports 31 imidd idejh f 'kull ħaġa li kien ikun hemm partikolarment xi attivitajiet li norganizzaw. Taqbel mal-fatt li kull tim tal- waterpolo lokali juża żewġ barranin? Jien fil-prinċipju ma naqbilx li jkollna żewġ barranin f 'tim tal- waterpolo Malti. L-ewwel u qabel kollox dawn kollha huma spejjeż żejda u kbar għat-timijiet lokali. Fl- istess ħin nammettu li dawn l-istess barranin isebbħu l-logħba lokali iżda l-ispejjeż hemm qegħdin. Fil- prinċipju bħala klabb minn dejjem konna favur barrani wieħed. X'inhi l-opinjoni tagħkom dwar l-infrastruttura li teżisti preżentement partikolarment bil-pixxina nazzjonali f 'Tal-Qroqq? Li nista' ngħid hu li bħalissa ninsabu ferm limitati. Saret problema kbira li ssib spazju għas- sessjoni ta' taħriġ li ddum biss siegħa u kwart. Nafu li dan mhux taħriġ kif suppost anke għax kif inkunu qed nitrenjaw hemm ukoll l-għawwiema l-oħra li jikkompetu f 'għawm sinkronizzat fost l-oħrajn. B'xi mod ikun hemm ftit problemi iżda ppruvajna nadattaw bis-sitwazzjoni. Nisperaw biss li dan l-inkonvenjent jittaffa. Kif tħossok il-fatt li t-tifel tiegħek jilgħab mal-klabb li int tmexxi? Ħa ngħidlek mhix l-isbaħ sitwazzjoni possibbli, kemm għalija kif ukoll għat-tifel. Meta kont qed nagħmel diskors quddiem il- membri tal-kumitat kumbinazzjoni semmejt din il-problema u se nagħmel mod li naġġorna l-istatut sabiex ulied min ikun qed imexxi l-klabb ma jilagħbux mat-tim tal- kbar. Naħseb it-trasparenza hekk titlob. Kif ħa jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol proprju tiegħek u mal-kariga ta' president? Din hi domanda ferm interessanti. Ħa ngħidlek jien ħa nagħmel ħilti kollha biex jirnexxili. L-ewwel u qabel kollox trid tkun iddixxiplinat u organizzat sabiex tlaħħaq ma' dak li għandek f 'moħħok. Apparti minn hekk importanti li x-xogħol jitqassam u jkollok l-għajnuna tal- kollegi. Ċert li minn dan kollu se jkolli għax hemm sintonija kbira bejn il-membri. Ma ninsewx li dan kollu qed isir b'mod voluntier u jrid ikollok qalbek mal-klabb biex tagħmel dan ix-xogħol kollu. Madankollu dan kollu hu gost u pjaċir tiegħi għax inħobb il-klabb ta' San Ġiljan. Nitkellmu dwar l-istaġun li ġej. Se tkunu qed timmiraw għall-unuri prinċipali hux hekk? Iva dak hu l-objettiv tiegħi u tal- klabb. Se nagħmlu minn kollox biex nerġgħu nġibu l-unuri lejn il-klabb tagħna għax hekk jixraqlu. Fl-istess ħin nixtiequ nagħtu rigal lill- partitarji numerużi tagħna. Nixtieqek li tgħaddi messaġġ lill- partitarji tal-klabb li jiġu jaraw lit-tim favorit tagħhom. Li nista' ngħidilhom hu li se nagħmel ħilti kollha sabiex nirbħu. Importanti li nkunu magħqudin kollha flimkien wara t-tim. Bil- mod il-mod se nibdew it-triq tagħna sabiex naslu għall-objettivi li nixtiequ nilħqu fosthom li nieħdu sehem fil-Euro Champions League tal-waterpolo u nwasslu lit-tim jikkompeti f 'dawn il-livelli. inreġġa' lura lil San Ġiljan ASC għas-suċċessi' Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 | illum