Illum previous editions

ILLUM 3 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

illum | Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 22 Films fiċ-ċinema TV/Ċinema Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 IT: Chapter Two (15) 13:35, 17:00, 20:25, 23:00 AD Astra (12A) 13:25, 16:00, 18:35, 21:10, 23:45 Angel Has Fallen (15) 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 Angry Birds 2 (U) 11:55, 13:20, 15:30 Dora and The Lost City of Gold (PG) 10:50 13:05, 18:35 Downton Abbey (PG) 13:25, 16:00, 18:35, 21:10 Fast & Furious: Hobbs & Shaw (12A) 13:00, 15:45, 18:30, 21;15 Hustlers (15) 13:40, 16:00, 18:20, 20:40, 23:45 Once Upon a Time in Hollywood (18) 15:20, 20:50 The Informer (15) 11:20, 13:50, 16:15. 18:40, 21:05 The Lion King 2D (PG) 11:55, 13:00, 15:30, 18:00, 20:30 The Weeping House of Qala (15) 11:00, 11:25, 14:30, 16:30, 18:40, 20:55, 23:50 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Hustlers (15) 10:40, 13:40, 16:05, 18:30, 20:55 Downton Abbey (PG) 10:45, 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 IT: Chapter Two (15) 10:35, 14:00, 17:45, 21:05 Dora and the Lost City of Gold (PG) 11:00, 13:45, 16:15, 18:30 Good Boys (15) 20:45 Angel Has Fallen (15) 10:45, 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 IRVIN Vella qed jistudja biex iġib il- warrant ta' investigatur privat, imma intant ġa mħabbat daqs – u iżjed minn – investigaturi professjonisti. Kull ħin jispiċċa jinvestiga u jsolvi xi misteru. Għalhekk, meta tinqala' opportunità għal vjaġġ b'xejn madwar il-Mediterran fuq l-ewwel cruise liner Malti, l-MV Ġgantija, tiġi proprju fi żmien tajjeb biex jieħu ftit ta' btala u jistrieħ. Jistrieħ? Irvin? Ħeqq, jixtieq! Għax bilkemm jilħaq isalpa l-vapur, li Barunessa Naplitana li tkun qed jivvjaġġa magħhom tinsterqilha kullana prezzjuża. U min aħjar minn Irvin biex, flimkien mal-kuġini leali tiegħu Luca u Laura, isolvi dan il-misteru abbord il-vapur? U r-riżultat hu investigazzjoni ta' serqa – investigazzjoni mimlija indizji, azzjoni, suspans u anki ħafna umoriżmu. Irvin Vella: Il-każ Stella Maris, huwa r-raba' ktieb fis-sensiela ta' misteri investigattivi għat-tfal, miktuba minn John A. Bonello u ppubblikati mill- Merlin Publishers. Dal-każ il-ġdid isegwi lil ta' qablu— Irvin Vella: Il-Każ tas-Serqiet Strambi (1), Irvin Vella: Il-Każ Manduca (2) u Irvin Vella: Il-Każ tal-Gżejjer tat- Teżor (3) – kollha kotba ideali għal qarrejja minn 9 snin 'il fuq. It-tfal iħobbu lil dan il-karattru għax faċli jidentifikaw miegħu – Irvin iħobb lill-familja tiegħu, lit-Twistees, lit-te bil-gallettini, u fuq kollox għandu karattru u burdati partikolari immens. Għall-awtur, l-ispirazzjoni prinċipali għall-karattru kienet sensiela televiżiva antika Detective Columbo. "Kont narah fuq it-televixin man- nanna," ftakar Bonello, awtur rebbieħ ta' diversi premjijiet għall-kotba fantasy tiegħu għall-adolexxenti u għall-adulti. Kien hemm episodju partikolari f 'din is-sensiela li dejjem affaxxinani. "Id-detective Columbo jsalpa fuq cruise liner ma' martu, u jispiċċa jinvestiga qtil abbord. Fl-istorja tiegħu m'hemmx qtil, imma ridt nesplora l-kunċett ta' investigazzjoni fi spazju ristrett bħalma hu vapur, maqtugħ mill-bqija tad-dinja," qal Bonello. Is-sensiela t'Irvin Vella hi l-ewwel sensiela ta' investigazzjonijiet ta' detective bil-Malti miktubin apposta għat-tfal, u tant intlaqgħu tajjeb mill-qarrejja li l-ewwel ktieb, Il-Każ Manduca, ġa kellu jiġi rristampat darbtejn! Il-ktieb fih ukoll l-illustrazzjonijiet tal-artista magħrufa Lisa Falzon, li hawn użat l-istil retro black-and- white biex toħroġ il-burdata ta' misteru u investigazzjoni. Ir-rumanzi ta' Irvin Vella kienu l-ewwel kitba ta' Bonello għat-tfal, u fil-fatt bħalissa ġa għaddej sew jikteb il-ħames avventura f 'din is-sensiela. Fil-frattemp, it-triloġija tiegħu 'Il-Logħba tal-Allat' hija popolari immens mal-adolexxenti u tnejn mill-kotba fit-triloġija rebbħuh il-premju għall-Aqwa Rumanz għall-Adolexxenti waqt il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Irvin Vella investigatur virtwali: Il-Każ Stella Maris (4) The Informer John A. Bonello illustrazzjonijiet ta' Lisa Falzon

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 November 2019