Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920
7 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 tal-ġeneru," saħqu l-għaqdiet. L-ILLUM kienet żvelat kif kull mara li taħdem f 'gentlemen's club u li "tinxtara" mingħand aġenti, tiswa lis-sidien tal- istabbilimenti €20 kuljum, jew inkella madwar €280 fl-ewwel ġimagħtejn biss. Apparti hekk, il-ħlas ta' dawn it-tfajliet ivarja skont kemm jinżgħu. Minħabba f 'hekk, l-appell tal- koalizzjoni huwa wieħed: "Agħlqu dawn l-istabbilimenti." Iżda sakemm jingħalqu, huma qed jissuġġerixxu li jiżdiedu r-regolamenti u fost oħrajn qed jipproponu: • pulizija speċjalizzati li jkunu kapaċi jsegwu din l-industrija biex jassiguraw li ma jkunx hemm xiri ta' servizzi sesswali fl-istabbilimenti u l-madwar, • l-istess pulizija u professjonisti jkollhom aċċess privat għall- impjegati biex jassiguraw li huma siguri u mhux abbużati, • it-tfajliet ma għandhomx jitħallew fuq barra biex iħeġġu rġiel jidħlu, • l-istabbilimenti m'għandhomx jitħallew jagħmlu riklami fuq pubblikazzjonijiet bħal rivisti tal- Air Malta, • m'għandux ikollhom kmamar privati u • persuni li jidħlu ma għandhomx ikollhom inqas minn 21 sena. Dwar l-istabbilimenti tal-massaġġi, li mhux l-ewwel darba nstab li nbidlu fi briedel, qed jipproponu: • distinzjoni ċara bejn stabbilimenti professjonali u dawk li qed jintużaw għal raġunijiet sesswali, b'dawn tal-aħħar jingħalqu u jkunu meqjusa kriminali u • awtorità kompetenti li toħroġ liċenzji għall-istabbilimenti professjonali u ssegwi dak li jiġri fl-istabbilimenti tal-massaġġi. Għajnuna għal min irid joħroġ mill-prostituzzjoni... partikolarment immigranti u persuni LGBTIQ Il-koalizzjoni qed tappella lill-Gvern biex jagħti l-għajnuna kollha neċessarja lil dawk il-programmi li jistgħu jgħinu persuni fil-prostituzzjoni biex joħorġu minn dan iċ-ċirku u jsibu impjieg alternattiv u dinjituż. Saħqu li dan l-appoġġ għandu jinkludi proviżjonijiet speċjali għal immigranti li nqabdu fil-prostituzzjoni u li jsibuha ħafna aktar diffiċli biex isibu xogħol jew akkomodazzjoni. L-istess fejn jidħlu persuni LGBTIQ. Waqt li fakkru li Malta għandha l-aqwa liġijiet LGBTIQ fl-Ewropa, l-għaqdiet jappellaw lill-Gvern biex jassigura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni meta dawn il-persuni jiġu biex jaħdmu. Jappellaw ukoll biex jitħassar kull rekord kriminali relatat mal- prostituzzjoni għal dawk identifikati bħala vittmi ta' traffikar jew prostituzzjoni. Penali akbar għal min jittraffika jew jipprostitwixxi minuri Skont Kapitlu 9 tal-Kodiċi Kriminali, it- traffikar uman huwa ppenalizzat b'piena ta' ħabs li tvarja bejn 6 u 12-il sena. L-għaqdiet qed jappellaw li din għandha tiżdied għal dawk li jittraffikaw tfal u anke jkun hemm pieni eħrex għal dawk li jkunu jafu li qed "jużaw" persuni taħt l-età li ġew ittraffikati. Pieni b'biżżejjed deterrent għal min jinqabad iħallas għal servizzi ta' sess Bħalissa f 'Malta l-itlajjar, l-għajxien minn fuq il-prostituzzjoni u l-burdelli huma illegali. Ġaladarba qed ikun propost li anke x-xiri tas-servizzi tas- sess ikun meqjus illegali u kriminali, jeħtieġ li jkun hemm penali li jservu ta' detterent. Il-koalizzjoni qed tipproponi li l-penali relatati mal-prostituzzjoni jkunu hekk: • l-ewwel offiża: multa u kors obbligatorju ta' kuxjenza jew terapewtiku • it-tieni offiża: żieda sostanzjali fil-multa • it-tielet offiża: multa akbar u sentenza ta' ħabs mandatorja • dawn ikunu riveduti kull tliet u ħames snin biex ikun assigurat li qed iservu biżżejjed ta' detterent għal dawk li lesti jixtru servizzi ta' sess. 'Il-vittmi tat-traffikar ma għandhomx jibqgħu trattati daqslikieku kriminali' Il-koalizzjoni qed tisħaq li l-investigazzjonijiet preżenti dwar it-traffikar uman huma kkaratterizzati minn nuqqas ta' għarfien fost l-awtoritajiet dwar kif it-traffikar jimmanifesta ruħu. "Il-vittmi huma ttrattati bħala kriminali u t-traffikanti jingħataw sentenzi ħfief," saħqu l-għaqdiet u għalhekk qed jappellaw biex l-attenzjoni tinbidel biex it-traffikanti jinżammu responsabbli filwaqt li l-vittmi jingħataw il-protezzjoni kif ukoll ikun hemm koperazzjoni sħiħa bejn dawk kompetenti biex jidentifikaw il-vittmi u awtoritajiet reġjonali u internazzjonali li jiġbru informazzjoni dwar it-traffikar uman. Fil-fatt, għal aktar minn darba, id-dokument jagħmel enfasi b'mod partikolari għall-fatt li l-persuni ttraffikati ħafna drabi jsibuha diffiċli biex jitkellmu quddiem l-awtoritajiet u ma jingħatawx biżżejjed spazju biex jirrakkontaw l-esperjenza tagħhom. "Is-silenzju tagħhom m'għandu qatt ikun miżinterpretat bħala l-kunsens tagħhom għall-prostituzzjoni jew it- traffikar," saħqu l-għaqdiet u għalhekk jappellaw għal darba, darbtejn biex ikunu persuni speċjalizzati li jitkellmu ma' dawn il-persuni u jħarsu lejhom mhux bħala kompliċi iżda bħala vittmi. Pieni aktar ħorox għall-akkużati, permessi ta' residenza u akkomodazzjoni għall-vittmi L-għaqdiet qed jappellaw għat-tisħiħ tal-liġijiet u anke r-regolarizzazzjoni relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol biex ikunu eliminati toroq, li fi kliemhom għadhom jeżistu u li jwasslu għat- traffikar u l-isfruttament tal-persuni. Għalhekk qed jappellaw għal riforma totali waqt li tennew il-ħtieġa li l-pulizija u anke l-ġudikatura jkunu mħarrġa biex jassiguraw trattament ġust u adegwat lill-vittmi. Qed jappellaw li l-liġi aġġornata dwar it-traffikar uman tkun tinkludi: • protezzjoni adegwata għall-vittmi mit-traffikanti, • pulizija u esperti mħarrġa biex jagħtu l-appoġġ lill-vittmi, • penali aktar b'saħħithom għal dawk misjuba ħatja ta' traffikar, • ripatriazzjoni volontarja tal-vittmi wara li tkun assigurata s-sigurtà tagħhom, • permessi ta' residenza għall-vittmi li ma jkunux iridu jew ma jkunux jistgħu jirritornaw pajjiżhom minħabba raġunijiet ta' sigurtà u • akkomodazzjoni adewgata u appoġġ bil-għan li l-vittmi salvati mit-traffikar ikunu jistgħu jibdew ħajja ġdida. Aċċess għal kumpens u għajnuna legali għall-vittmi L-għaqdiet qed jisħqu li għajnuna u pariri legali b'xejn huma importanti għall-vittmi ta' traffikar uman li flus f 'buthom ma jkollhomx, filwaqt li appellaw biex il-vittmi jingħataw kumpens denju għad-danni li jkunu ġarrbu. Jipproponu li parti mill-fondi għall- għajnuna legali u l-kumpens għandhom jiġu mill-multi mħallsa minn dawk ħatja ta' traffikar. Bil-għan jkun assigurat aċċess effettiv għall-għajnuna legali u kumpens, id- dokument jipproponi: • tnaqqis sostanzjali fl-ispejjeż li vittma jkollha tgħaddi minnhom biex titlob pariri jew għajnuna legali biex tfittex bil-Qorti lil dawk li ttraffikawha u • żieda fil-capping ta' €10,000 fuq il-kumpens għad-danni biex jirrifletti aħjar il-ħsara, kważi kważi rreparabbli, ikkawżata mit- traffikar. Mekkaniżmi aktar b'saħħithom ta' protezzjoni L-għaqdiet fakkru li l-Gvern Malti li huwa obbligat skont il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-Protokoll tagħha kontra t-Traffikar tal-Bniedem (2000), biex jassigura protezzjoni effettiva lill-vittmi. Għalhekk qed jipproponu: • servizzi għall-għajnuna fiżika, psikoloġika, finanzjarja u servizzi oħra dwar impjiegi u r-ripatriazzjoni volontarja, liema servizzi jkunu disponibbli u aċċessibbli għall-vittmi ta' traffikar uman • li dawn is-servizzi għandhom ikunu ffinanzjati mill-Gvern iżda jistgħu jkunu mmexxija mis- soċjetà ċivili. clubs u arrestaw lil min jixtri s-sess' 40 għaqda? Fatti dwar il- prostituzzjoni • Madwar 42 miljun mara huma involuti fil- prostituzzjoni • 400,000 persuna jaħdmu bħala prostituti fil- Ġermanja • 90% tal-prostituti fi Spanja huma immigranti • Il-maġġoranza tal-prostituti bdew meta kellhom inqas minn 18-il sena • 62% huma sfruttati sesswalment • 96% tal-vittmi madwar id- dinja huma nisa • Il-prostituzzjoni tiġġenera qligħ ta' madwar $186 biljun fis-sena • 80-95% mill-prostituti jkunu batew minn xi forma ta' vjolenza qabel ma saru prostituti • 62% jirrapportaw li kienu stuprati • 68% jsofru minn 'post- traumatic stress disorder'