Illum previous editions

ILLUM 3 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 | illum Sports 25 Hekk kif f 'dawn l-aħħar xhur il-futbol Malti qiegħed jesperjenza numru inkoraġġanti ħafna ta' plejers femminili jittantaw xortihom b'suċċess barra minn Malta, b'kuntrast għan-numru ristrett ta' plejers maskili li qed jirnexxielhom jagħmlu dan, fil-ġimgħat li ġejjin il-futbol Malti jista' jesperjenza paġna ġdida hekk kif il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela li d-Direttur tar-Referis fi Ħdan l-MFA, Kevin Azzopardi, jista' jkun ingaġġat minn waħda mill-akbar assoċjazzjonijiet fl-Ewropa. Jekk dan iseħħ Azzopardi jniżżel ismu fl-istorja tal- futbol Malti bħala l-ewwel persuna mis-settur tar- referis li rnexxielha tilħaq dan il-livell. Meta kkuntattjati minn dan il-ġurnal, is-sorsi tagħna fost ir-referis lokali qalulna li din ma tkun l-ebda sorpriża wara l-ħidma kbira li Azzopardi wettaq f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar tliet snin u nofs, liema era rat lil Malta żżomm il-kwota tagħha ta' referis internazzjonali għal sena wara l-oħra, l-organizzazzjoni impekkabli ta' żewġ seminars għall-aqwa referis internazzjonali tal-UEFA fl-2018 kif ukoll il-bidu tat-triq għall-użu tal-VAR f 'pajjiżna, fost inizjattivi oħra. Fl-età ta' 39 sena, Kevin Azzopardi, huwa wieħed mill-iżgħar Diretturi tar-Referis madwar id- dinja u hu sigriet magħruf li minkejja l-età żgħira tiegħu, huwa bniedem rispettat ħafna fid-dinja tar-refereeing inkluż mill-UEFA fejn huwa jiġi appuntat regolarment bħala Referee Observer f 'logħbiet importanti bl-aktar riċenti ikunu żewġ logħbiet mill- UEFA Europa League - dik bejn Young Boys u Rangers u oħra bejn FC Rennes u FC Cluj. Fil-fatt, is-sorsi tagħna qalulna li mhux eskluż li esperjenza bħal din f 'wieħed mill-aqwa pajjiżi Ewropej, jekk isseħħ, tista' tiftaħ opportunitajiet akbar għal Azzopardi fi ħdan il- UEFA. F'April li għadda, Azzopardi sar l-ewwel tutur tal-VAR Malti flimkien ma' Adrian Azzopardi li llum ukoll jokkupa l-kariga ta' UEFA Referee Observer. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal rigward din il-possibilità, Azzopardi filwaqt li kkonferma l-offerta li saritlu qal li jekk dan iseħħ, kollox ikun ikkonfermat permezz ta' komunikazzjoni uffiċjali. Huwa kompla li: "Dak li nbena b'tant xogħol u mpenn flimkien mal- kollegi tiegħi f 'dawn l-aħħar tliet snin u nofs hu ferm importanti li jkun ikkonsolidat għall-ġid tas-settur u tal-uffiċjali nfushom u għaldaqstant ma rridx inkun jien l-ewwel wieħed li nkun ta' xkiel f 'dan il-proċess. Jien dejjem ġibt l-interess tas-settur qabel l-interess personali tiegħi." Ta' min jirrimarka wkoll li minbarra li preżentament huwa d-Direttur tar-Referis fi ħdan l-MFA, huwa wkoll l-Uffiċjal Edukattiv tal-Edukazzjoni Fiżika fi ħdan il-Ministeru tal- Edukazzjoni. L-ILLUM se tkompli ssegwi din l-istorja mill- viċin fil-ġimgħat li ġejjin. L-ewwel esportazzjoni mis-settur tar-referis fl-istorja tal-futbol Malti? Cristian Antony Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 November 2019