Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920
illum | Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 10 Aħbarijiet ILLUM qed ngħixu f 'dinja mgħaġġla u teknoloġika, dinja illi fiha l-kuntatt madwarna ma jieqaf qatt; kemm mal-ħbieb u qraba li jgħixu f 'pajjiż 'il bogħod minn tagħna imma wkoll mal-kollegi u l-post tax-xogħol. Minkejja li t-teknoloġija għandha ħafna preġji, wieħed mill-iżvantaġġi huwa l-aċċessibilità l-ħin kollu. Il- maniġer jew min hu fuqek fil-post tax-xogħol jista' prattikament jagħmel kuntatt miegħek f 'liema ħin jixtieq jew permezz ta' telefonata, jew inkella messaġġ (jew telefonata) fuq Facebook jew Whatsapp jew inkella permezz ta' email. Dan il-fattur, introduċa fil-lingwaġġ tar-relazzjonijiet industrijali kif ukoll f 'tax-xogħol, id-dritt li inti taqta' mix- xogħol, magħruf aħjar bl-Ingliż bħala 'the right to disconnect'. F'pajjiżna wkoll, diversi politiċi qed jitkellmu dwar dan id-dritt u qed jistaqsu jekk għandniex nintroduċuh. Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn xi materjal dwar din il-kwistjoni, b'mod speċjali studju u analiżi mill- Università ta' Abertay fir-Renju Unit. Ir-rapport jismu 'Evaluation of the Right to Disconnect Legislation and its Impact on Employee Productivity'. Dan l-istudju, bħal ħafna mill- materjal li sabet din il-gazzetta, iħares lejn il-liġi li daħlet Franza li tittratta din il-kwistjoni. Franza x'liġi ddaħħlet? F'Jannar 2017, il-Gvern Franċiż għadda liġi dwar ix-xogħol, li fost oħrajn tagħti d-dritt lill-ħaddiema f 'kumpaniji b'aktar minn 50 ħaddiem, biex jinnegozjaw kundizzjonijiet dwar id-dritt li jinqatgħu mix-xogħol. L-għan tal-liġi huwa biex tipproteġi lill-ħaddiema 'mill-użu dejjem jiżdied ta' teknoloġija'. Id-djalogu bejn il-ħaddiema u t-tmexxija tal-kumpanija jeħtieġ jiċċentra ma' kif u kemm u b'liema mod se tintuża t-teknoloġija barra l-ħin tax-xogħol. Fil-fatt, il-liġi ma tispeċifikax ħinijiet hi imma tħalli f 'idejn il-kumpaniji u l-ħaddiema individwalment biex jaslu għad-deċiżjoni tagħhom, xi ħaġa li ġiet imfaħħra kif ukoll ikkritikata. Fil-liġi hemm speċifikat ċar illi jekk fuq dak il-post tax-xogħol ma jkunx sar ftehim kollettiv għandu jkun hemm qafas ta' kondotta tajba magħmul minn min iħaddem. Dan pereżempju jiddeċiedi f 'liema sigħat il-ħaddiema għandhom jużaw l-għodda diġitali. Mill-ġdid, il-liġi qed tħalli wisq f 'idejn min iħaddem, fattur li jista' jnaqqas mill-effettività ta' miżura bħal din. Id-deterrent u l-każ ta' ħaddiem fi Franza Id-deterrent mhux qawwi għal dawk l-impjegaturi li ma jsegwux il-liġi. Fil-fatt, sanzjonijiet għal min ma jsegwix mhumiex definiti u ċari biżżejjed, jgħid dan l-istudju. Minkejja dan, każ fil-Qrati, tefa' dawl ġdid fuq din il-kwistjoni. Fit-12 ta' Lulju 2018, il-fergħa Franċiża ta' kumpanija mir-Renju Unit, Rentokil Initial, kienet ordnata tħallas €60,000 lill-eks impjegat tagħha u dan wara li l-kumpanija ma rrispettatx id-dritt li jaqta' mix-xogħol. Il-Qorti Franċiża qalet illi ma kienx ġust li dan il-ħaddiem kellu bilfors iħalli l-mowbajl tiegħu mixgħul, biex iwieġeb għad-domandi ta' klijenti jew dak li kienu jirrispondu lilu. Hu ma kienx meqjus 'on call' meta kien fuq vaganza jew fil-ġranet frank. Minkejja dan, ladarba n-numru ngħata biex isiru telefonati f 'każ ta' bżonn, dan kien jikkostitwixxi bħala 'on call'. Imma qabel daħlet il-liġi x'kienet is-sitwazzjoni? Studju li sar minn Hill et al fl- 1998 kien ħares lejn it-teleworkers u identifika l-bżonn li dawn jieqfu għal ftit ħin mix-xogħol. Studju li sar aktar minn 10 snin wara, mill-Observatoire du Capital humain de Deloitte et Cadremploi, juri kif 79% tal-ħaddiema fi skala ta' maniġer kienu qed jaqraw l-emails jew jaħdmu waqt il-ġranet ta' vaganza. Il-persentaġġ tela' għal 96% fost Maniġers Eżekuttivi. L-istess rapport sab illi kważi nofs, jew 49% tal-ħaddiema fi skala mhux maniġerjali kienu jagħmlu xogħol filgħaxija, lil hinn mill-ħin tax-xogħol It-teknoloġija, speċjalment il-midja soċjali, mhix qed tħallina nieqfu mix- xogħol. Il-bżonn tal-immedjatezza u l-aċċessibilità, t sser li l-ħidma tibqa' għaddejja anke meta m'intix ix-xogħol. Għalhekk twieldet l-idea tad-dritt li taqta' mix-xogħol; The Right to Disconnect ... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Kont imsiefer u ċemplu tax-xogħol. Għandi dritt ma nirrispondix? Kulħadd għaddej fuq il-mobile u kulħadd għaddej xogħol waqt il-ħin li mhux tax-xogħol