Illum previous editions

ILLUM 3 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham D in il-ġimgħa kienet ikkaraterizzata minn rabja, mill- ġdid. Din id-darba r-rabja kienet dwar iktar sfreġju fl-ambjent naturali ta' pajjiżna, ambjent li ngħiduha kif inhi xeba' jiġi mbiċċer minn politiċi li jaraw l-art bħala fonti ta' pjaċiri u mod kif lil min għandu geddumu fix-xgħir inħaxxnulu butu iktar. Minkejja l-ħafna paroli dwar ambjent u l-ippjanar dan il-Gvern ma tantx qiegħed joħroġ ta' gwapp, anke jekk kien hemm deċiżjonijiet ambjentali tajbin fl-aħħar sitt snin, primarjament il-qalba tal-Power Station għall-gass. Din il-ġimgħa qam pandemonju fuq permess, xejn inqas minn oxxen u vili, biex kamra li qed taqa' ssir villa fuq art barra miż- żona tal-iżvilupp. Mela mhux talli hija oxxena li ħloqna din is-sitwazzjoni illi binjiet żgħar inbiddluhom f 'residenzi, talli dan kollu qed jiġri fuq art illi suppost fuqha ma jsirx żvilupp. Imma jekk noqogħdu nwaħħlu fil-kuntrattur biss nkunu qed nidħku bikom u ngħidulkom nofs verità. Huwa vera li r-rgħiba qed tieħu dejjem aktar post ċentrali fil-politika ta' pajjiżna, huwa vera wkoll li l-kuntratturi u dawk li jirrapreżentawhom saru wisq qrib il-poter, wisq qrib li tagħmel nies ta' rieda tajba skomdi. Imma huwa vera wkoll li fl-2014 saret deċiżjoni ħażina u oxxenità ambjentali (oħra!) minn dan il-Gvern meta biddel il-policy rurali tal-Awtorità tal-Ippjanar u ppermetta l-iżvilupp ta' residenzi f 'binjiet żgħar u abbandunati. Il- policy tgħid illi jekk kuntrattur jew min jagħmel l-applikazzjoni jista' jagħti prova illi dik il-binja kienet residenza qabel l-1978, għandu l-possibilità li jibdilha f 'residenza. Dakinhar kien intqal li din il-bidla qed isseħħ għall-benefiċċju tal- bdiewa u r-raħħala. L-istorja issa qed turina li din jew kienet gidba, jew inkella l-policy falliet b'mod spettakolari. Diversi gazzetti, inkluż il-gazzetti tal-Mediatoday, kienu wissew illi din il-policy se tiftaħ il-kaxxa ta' Pandora, imma dak iż-żmien il-Gvern ma tax kas u ma kellu l-ebda intenzjoni li jagħti każ. Ħames snin wara, il-poplu qed jara u qed jikkritika bil-qawwi l-frott ta' dik id-deċiżjoni ħażina, li jista' jkun li saret bl-intenzjoni li tħalli t-toqob li minnha jgħaddu dawk li sa qabel ma setgħux jiżviluppaw xi proprjetà li tkun qed taqa' biċċiet f 'ODZ. Mhix l-intenzjoni tagħna li ngħollu jew infaħħru lill- kuntrattur Joseph Portelli, però ejja ngħiduha kif inhi. Portelli qed jieħu vantaġġ mill-opportunità, nieqsa minn kull kuxjenza jew ħsieb ambjentali, li ħoloq il-Gvern. Bħalma n-nies ħadu l-opportunità meta Gvern Nazzjonalista rrazzjonalizza l-konfini tal- iżvilupp. Ma tistax tqiegħed l-ikel quddiem in-nies, imbagħad twaħħal fihom għax jiekluh. Din kienet deċiżjoni ħażina, ir- responsabilità għandu jerfagħha l-Gvern, il-Ministru ta' dak iż- żmien u anke l-Prim Ministru u hemm bżonn illi llum qabel għada, dan l-iżball jiġi rranġat. Jekk dan il-Gvern huwa differenti minn oħrajn qablu, huwa li baqa' jisma' lin-nies u n-nies, inkluż ħafna Laburisti ma jistgħux qed jgħajtu iktar milli qed jgħajtu. Iż-żejjed kollu żejjed! Jiġri x'jiġri mill-permess ta' Portelli, nittamaw li jista' jkun revokat u qed nitolbu biex dan isir, din ma tistax terġa' tiġri darb'oħra! Daqshekk logħob bil-ftit art li għad fadal! Daqshekk permessi oxxeni li jieklu minn artna biex jeħxinu erba' ħbieb! Daqshekk deċiżjonijiet ambjentali ħżiena! Qed ngħiduha aħna, qed jgħiduha ħafna nies u qed jindikawha ħafna Laburisti wkoll; iż-żejjed kollu żejjed! Iż-żejjed kollu żejjed issa!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 November 2019