Illum previous editions

ILLUM 3 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 'La spiċċajt dit-tiġrija, nispiċċa kollox!' minn Cristian Antony Muscat L-ISPORT tal-Obstacle Course Racing, jew kif inhu magħruf fil-qosor 'OCR' kiber ferm fil- popolarità kemm f 'Malta kif ukoll madwar id dinja. Tiġrijiet ta' dan it-tip qed jirreġistraw numru rekord ta' parteċipanti li jirriflettu anke f 'pajjiżna, bl-introduzzjoni ta' tiġrija OCR ġdida fil-kalendarju tal-2020 taħt l-isem ta' 'Hold The Fort'. Anke l-Maltin li qed jipparteċipaw fi tlielaq OCR barra minn xtutna, bħal Spartan, qed jimmultipplikaw sena wara sena. Il-format ta' tiġrija OCR tinvolvi diversi ostakli naturali jew mibnijin apposta biex jisfidaw lill-atleta b'kull mod u manjiera possibbli. Ostakli komuni matul it-tiġrija huma ġarr ta' piżijiet tqal, tixbit ma' ħbula jew ħitan, dendil ma' 'gymnastic rings' jew 'monkey bars', tkaxkir fit-tajn u kull forma immaġinabbli ta' ostakli. Tinstema' diffiċli jew impossibbli? Żgur mhux għall-eluf li jipparteċipaw! Ryan Farrugia, magħruf aħjar bħala 'Ryan Mex', huwa r-rebbieħ ta' 'The Grid', fejn dis-sena ddefenda t-titlu ta' champion għas-sitt darba konsekuttiva. Ryan dis-sena, ipparteċipa wkoll fl-iSpartan World Championships 2019, li jseħħu ta' kull sena f 'California, fl-Istati Uniti. Din kienet l-ewwel darba li Malti u Maltija kkwalifikaw għal dan l-avveniment prestiġjuż, magħruf bħala l-ikbar u l-aqwa tiġrija internazzjonali ta' dan l-isport. Biex tikkwalifika għall-iSpartan World Championships tirrikjedi sensiela ta' prestazzjonijiet formidabbli ta' livell internazzjonali. Ryan qasam magħna l-esperjenza tiegħu f 'dan l- isport biex wasal għall-World Championships fl-Istati Uniti: "L-istorja kollha bdiet f 'April 2019 fejn ipparteċipajt fl-ewwel Spartan Race tiegħi ġewwa Orte, l-Italja fid-distanza Super (15-il kilometru). Lanqas qatt ma kont noħlom li ħa nispiċċa tiġrija fl-ewwel pożizzjoni mill-grupp tiegħi. Grazzi għal dan ir-riżultat, infetħuli l-bibien biex nipparteċipa fl-iSpartan European Championships, li wkoll seħħew l-Italja fil-muntaji tad-Dolomiti f 'Ġunju 2019. Din it-tiġrija kienet estrema għall-aħħar fuq l-iski slopes ta' Alleghe-Civetta, b'1700 metru ta' 'elevation gain' fi 23 kilometru, bosta ostakli li jżarmawk u jisfidawlek il-limitazzjonijiet fiżiċi u mentali tiegħek. Kont spiċċajt it-tiġrija kompletament eżawst, imma fis- seba' pożizzjoni tal-grupp tiegħi, minkejja li kkompetejt mal-aqwa atleti tal-Ewropa. Riżultat tal-aqwa 10 mill-Ewropa kollha jfisser ħaġa waħda biss – kwalifikazzjoni għall- Kampjonati Mondjali fl-iStati Uniti. Sa dak iż-żmien, ma kienx fil-pjan tiegħi li nitla' nikkompeti l-Amerika, imma bis-sapport ta' Reflex Total Fitness, din il-ħolma bdiet kulma jmur toqrob lejn ir-realtà. Qabel nitla' nirrappreżenta lil Malta għal din il-kompetizzjoni, ridt nara li t-taħriġ jiżdied fil-kwalità u fl- intensità tiegħu. It-taħriġ jikkonsisti minn ħafna ġiri, ħafna 'core training' kif ukoll ħafna 'upper body' u 'grip training' il-gym stess, fejn għandi l-faċilitajiet meħtieġa biex nitħarreġ għal dan l-isport. Biex inkompli nitħarreġ, f 'Awwissu tlajt intellaq Spartan Krynica, fil-Polonja fejn ksibt it-tieni post kemm fis-super distance kif ukoll fl-isprint distance. F'Settembru 2019, tirt lejn California. Kont mimli entużjażmu imma wkoll b'element ta' biżà – kont naf li l-livell li kont ħa nikkompeti fih kien l-aqwa fid- dinja. It-tiġrija kienet ħa sseħħ fi Squaw Valley, Lake Tahoe u tibda minn altitudni ta' 1900m u titla' sa 2700m. F'altitudni iktar minn 1500m, l-ossiġnu huwa ferm inqas u jaffettwa l-wirja drastikament. Infatti, biex nipprepara ruħi mill- aħjar, tlajt l-Amerika għaxart ijiem qabel biex kemm jista' jkun, niklimatizza ruħi għall-altitudni għolja. Fil-villaġġ tat-tellieqa, bdejt nara atleti ta' fama internazzjonali li s-soltu nsegwi fuq il-media soċjali, u issa kienu quddiemi jitħarrġu jew jieħdu kafè. Il-fatt li kont qiegħed fost l-aqwa atleti fid-dinja, ilkoll lesti biex nikkompetu hija ħaġa li nibqa' ngħożż għal dejjem. It-temp inzerta kontrina, b'diversi maltempati bis-silġ u temperaturi taħt iż-żero. Dakinhar tat-tiġrija, l-istart time kellu jiġi pospost b'sagħtejn minħabba li kollox kien taħt il-borra u diversi ostakli kienu ffriżati. Li tkun f 'temperatura ta' -6 Gradi Celcius b' ġakketta ħoxna wkoll diffiċli - immaġina ttellaq fuq il-muntanji bil-borra nieżla u jkollok tagħmel ostaklu li jirrikjedi għawma bil-ħwejjeġ b'kollox. Il-kesħa li ħassejt dakinhar probabbilment hija l-agħar kesħa li qatt ħassejt f 'ħajti, fejn kien diffiċli anke biex inżomm bilwieqfa fuq saqajn inġazzati u swaba' ffriżati. Ħafna atleti ċedew waqt it-tiġrija u sofrew l-ipotermja. Żgur li ma kinitx faċli li tara atleta jgħajjat għall-għajnuna għax ikun f 'ipotermja u int trid tibqa' tiġri sempliċiment biex tibqa' sħun għax jekk tieqaf tiffriża bħalu. Minkejja dan, spiċċajt it-tiġrija fl-għaxar pożizzjoni mill-grupp tiegħi. Din it-tiġrija mhux biss kienet diffiċli minħabba l-altitudni u l-ostakli, imma l-kesħa għamlitha impossibbli għal ħafna. L-ikbar lezzjoni wara din l-esperjenza hija li la spiċċajt dit-tiġrija, nispiċċa kollox!"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 November 2019