Illum previous editions

ILLUM 3 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Aħbarijiet Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 | illum jew waqt il-leave. Intant, studju mmexxi mill-grupp ta' riċerka Eleas wera illi fl-istess pajjiż, 12% tal-ħaddiema kienu qed isofru minn għejja (burnout) filwaqt li 37% ammettew illi użaw għodda diġitali barra l-ħin tax-xogħol. F'riċerka fl-2016, l-istess Eleas sab illi ftit iktar minn terz tal-ħaddiema jużaw il- mowbajl jew għodda oħra teknoloġika barra mix-xogħol, kuljum. L-istess studju juri illi 62% tal- ħaddiema jħossu li għandu jkun hemm regoli li jirregolaw l-użu tat- teknoloġija f 'relazzjoni max-xogħol. Studju ieħor taċ-Chartered Management Institute fl-2015, sab illi ħafna ħaddiema fir-Renju Unit kienu, mingħajr ma kienu jafu, qed jikkanċellaw żmien ekwivalenti tal-vaganzi f 'ħin imqatta' fuq smartphones jew għodda diġitali. Fir-Renju Unit, studju ieħor juri illi 77% tal-poplu jemmen li għandu jkun hemm liġijiet li jkopru d-dritt li ħaddiem jaqta' mix-xogħol. X'inhi l-kultura 'always-on'? L-istudju jfakkar f 'diversi effetti li jista' jkollha l-kultura li l-ħin kollu għaddej u allura l-always on. L-istudju jfakkar illi llum qed ngħixu ħajja ta' immedjatezza u aċċessibilità u allura wieħed kważi kważi, lanqas jista' jaqbad u joħroġ minnha mill-ewwel din it-tip ta' ħajja. Isemmi wkoll li jaf ikun hemm bżonn ta' saħansitra trattament. Ikun ikkwotat ukoll studju ta' Johnson et al tal-2018 li jgħid illi, "it- teknoloġija - inkluż email – mowbajls kif ukoll siti soċjali, jistgħu jwasslu għal ħsara psikoloġika." Studju ieħor ta' Thomeè (2011) jgħid illi l-iċċekkjar kontinwu jew l-użu kontinwu ta' smartphones kienu allaċċjati ma' livell ogħla ta' stress, ansjetà u diżordnijiet relatati mal- irqad, fost l-oħrajn. X'sabet ir-riċerka dwar l-għodod diġitali fi Franza? Ir-riċerka sabet illi l-parteċipanti li jaħdmu fis-settur privat qattgħu tliet sigħat u 17-il minuta kull ġimgħa aktar mill-ħinijiet normali tax-xogħol fuq għodda diġitali. Min-naħa l-oħra dawk li jaħdmu fis- settur pubbliku, qattgħu inqas ħin fuq xogħol minħabba mowbajls, emails u oħrajn. Dawn fil-fatt qattgħu ftit iktar minn sagħtejn biss. L-istess riċerka turi kif kważi l-parteċipanti kollha, jiġifieri 93.4% jaqblu jew jaqblu ħafna li l-għodda diġitali jistgħu jsiru qishom vizzju. Email lil min qiegħed sular taħtek (!?!) Iva sewwa qed tara u hawn mhux qed nitkellmu dwar persuni bi problemi ta' mobilità, imma persuni li jibagħtu email lil xi ħadd li qiegħed fl-istess uffiċċju. Ir-riċerka tuża dan bħala eżempju ta' kemm hemm dipendenza fuq it-teknoloġija, xi ħaġa li tindika li l-użu tat-teknoloġija lil hinn mill- ħin tax-xogħol tista' tkun aktar minn impożizzjoni mill-impjegatur u minflok għażla wkoll individwali tal- ħaddiem. Imma l-ħaddiema saru aktar produttivi? Waħda mir-raġunijiet għalfejn iddaħħlet leġiżlazzjoni bħal din fi Franza hija biex il-ħaddiem jistrieħ, jgħid l-argument ta' min hu favur u allura jkun aktar produttiv. Imma l-ħaddiema fi Franza hekk jaħsbu wara li ddaħħlet din il-liġi? 75% qablu illi fil-fatt id-dritt li taqta' mix-xogħol jgħin biex tistrieħ u 72% jaqblu li dan huwa aħjar għalihom. Minkejja dan, l-opinjoni hija pjuttost maqsuma meta l-parteċipanti kienu mistoqsijin dwar jekk din iżżidx il- produttività. Maniġer patikolari kien xettiku ħafna dwar din l-inizjattiva u qal illi ħafna mill-maniġers dejjem jibqgħu f 'kuntatt, b'xi mod, mal-kumpanija. Hu qal li huma qed joperaw negozju li għadu kif jibda u allura huwa importanti li l-maniġers ikunu aċċessibbli 24 siegħa fil-ġimgħa. 'M'għamlitx differenza' Meta wieħed ipoġġi kollox flimkien jinduna li għalkemm il-kunċett ta' din l-inizjattiva huwa ferm pożittiv, hemm ukoll ir-realtà li m'hemm xejn stabbilit għal kulħadd, kif diġà għidna. Fil-fatt, fir-riċerka, 97% qalu li sa dak iż-żmien ma kinux raw xi differenza. Ir-riċerka stess tgħid "hemm differenza u vojt bejn ir-regolamentazzjoni u l-implimentazzjoni tal-prattika." 'Right for chosen connection' minflok? Ir-riċerka tasal għal konklużjoni interessanti u allura dik illi minflok id- dritt li taqta' mix-xogħol, għandu jkun hemm id-dritt li tagħżel meta taqta' u meta tkun f 'kuntatt. Studju ieħor li qed ikun ikkowotat (Wajcman 2015) jgħid illi numru ta' nies iħossu illi fix-xogħol tagħhom l-immedjatezza u l-aċċessbilità hija imporatanti, speċjalment l-aċċessibilità bl-emails. Għalhekk ir-riċerka tipproponi li għandu jkun hemm minflok, 'the right of chosen connection'. Din tfisser li "l-ebda forza ma tista' ġġiegħel jew tikkastiga lil xi ħadd biex jibqa' f 'kuntatt jew iwettaq xogħol, barra l-ħin tax-xogħol. Imma dawk li jixtiequ jagħmlu dan għandhom jagħmluha mingħajr ebda aspettattiva li ħaddieħor jagħmel l-istess." tax-xogħol. nirrispondix? Waħda mill-aktar affarijiet li laqtuni matul dawn l-aħħar xhur, kemm waqt il-kampanja elettorali u kif ukoll issa li qed inservi bħala Membru Parlamentari Ewropew, huwa t-tħassib taċ-ċittadini fuq il-fatt li l-ħajja saret wisq mgħaġġla u li kulma jmur, il-ħin mal-familja qiegħed ikompli jonqos. Aħna l-politikanti ħafna drabi naqgħu fin-nasba tas-soċjetà mmexxija mill-ekonomija, u spiss niffukaw primarjament fuq it-tkabbir tal-ekonomija, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tnaqqis fir-rata tal-qgħad. Dawn kollha huma affarijiet importanti u għandna nibqgħu nagħmluhom, però nemmen ħafna li għandna bżonn nibdew niffukaw ukoll fuq il-kwalità tal-impjiegi u fuq il- kundizzjonijiet li qed jiġu soġġetti għalihom il-ħaddiema tagħna. Illum it-teknoloġija hija preżenti f 'kull aspett ta' ħajjitna, kemm fuq livell personali u anke fid- dinja tax-xogħol. Minħabba d-dipendenza qawwija li għandna fuq l-ismartphones, il-kompjuters u l-internet b'mod ġenerali, ħafna drabi saret ferm faċli biex il- konfini bejn il-ħajja tal-familja u l-ħajja tax-xogħol jintilfu. Ħafna ċittadini tkellmu miegħi fuq il-fatt li qed jispiċċaw jaħdmu barra mill-post tax-xogħol tagħhom għalkemm mhumiex imħallsa ta' dawn is-sigħat żejda. Uħud jargumentaw li wieħed huwa liberu li jagħżel jekk jaħdimx jew le barra l-ħin tal-uffiċċju, madankollu mhux kulħadd iħossu komdu jgħid le lill-imgħallem tiegħu għaliex ikun hemm il-biza' li dan jista' jaffettwa r-relazzjoni ta' bejniethom. Għalhekk nemmen tassew li dan id-dritt hekk imsejjaħ Right to Disconnect għandu jkun mogħti s-saħħa tal-liġi, sabiex min iħaddem ma jabbużax mill- pożizzjoni dominanti li jkollu, u b'hekk l-impjegati jitħallew igawdu l-ħin personali tagħhom, jew inkella jiġu kkumpensati b'mod ġust għax-xogħol żejjed li jsir barra s-sigħat maqbula. Dan huwa l-pass li jmiss fil-mixja tal-Unjoni Ewropea għal aktar bilanċ bejn ix- xogħol u l-ħajja privata. U Alex Agius Saliba, għaliex jaqbel li għandha tiddaħħal din il-liġi? Madwar id-dinja qed issir diskussjoni dwar jekk għandux ikun introdott dan id-dritt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 November 2019