Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920
Minn Liam Carter STĦARRIĠ ġdid li għamel il-Parlament Ewropew wara l-elezzjonijiet ta' Mejju li għadda sab li, 50% tal- Maltin qalu li l-kwistjoni tal-immigrazzjoni kienet ir-raġuni għalfejn ħarġu jivvotaw. Ir-rapport li stħarreġ ir-relazzjoni bejn l-imġiba tal-votanti fl-istati membri u l-vot tagħhom sab ukoll, li ftit anqas mill-maġġoranza tal-Maltin, jiġifieri 47%, semmew it-tibdil fil-klima u l-protezzjoni ambjentali bħala raġuni oħra li ħeġġithom joħorġu jivvotaw fl-elezzjonijiet ta' Mejju li għadda. Ta' min wieħed jinnota li l-medja Ewropea rigward dawn iż-żewġ kwistjonijiet hi ferm inqas, b'34% 'biss' tal-Ewropej jgħidu li vvotaw bl-imigrazzjoni fuq moħħhom u 37% jgħidu li vvotaw bil- bidla fil-klima bħala prijorità tagħhom. Meta jiġu mqabbla żewġ pajjiżi, it-tħassib dwar l-immigrazzjoni kien l-istess fl-Italja u viċin ta' din ir-rata fl-Olanda. L-iktar poplu li sab din il-kwistjoni irrelevanti għall- motivazzjoni tiegħu tal-vot kien il-Portugall, b'10% biss tal-votanti jgħidu li l-immigrazzjoni ħeġġithom jivvotaw. Ta' min wieħed jinnota li f 'Ċipru, gżira Mediterranja bħal Malta, l-inkwiet dwar l-immigrazzjoni huwa pjuttost anqas minn pajjiżna b'20%. Apparti minn dan, l-istħarriġ sab li kwistjonijiet popolari oħra li ġiegħlu lill-Maltin joħorġu jivvotaw. Dawn kienu l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, il-futur tal-Unjoni Ewropea, il-protezzjoni soċjali u l-protezzjoni għall- konsumaturi. 3% biss tal-Maltin kienu indeċiżi lil min se jivvotaw Interessanti l-fatt li skont dan ir-rapport, 3% biss tal- Maltin kienu indeċiżi lil min se jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. B'kuntrast, l-istudju sab li f 'ħames pajjiżi speċifiċi: l-Olanda, l-Isvezja, il- Finlandja, id-Danimarka u Franza, il-maġġoranza qalu li ddeċidew lil min se jivvotaw ftit jiem qabel jew saħansitra fil-mument preċiż li daħlu fil- kamra tal-vot. Fuq nota simili, 87% tal-Maltin qalu li dejjem ikunu ċerti lil liema partit se jivvotaw, filwaqt li qalu li vvotaw lit-tali partit għaliex dejjem hekk għamlu fil- passat. Riżultati simili ġew irrapportati fil-Portugall, fil- Polonja u l-Bulgarija. Min-naħa l-oħra, il- maġġoranza tal-parteċipanti fl-Olanda u fl-Isvezja qalu li dejjem ikunu indeċiżi dwar liema partit se jivvotaw. Żieda ta' 8% fit-turnout finali Fl-istess rapport, il-PE ġabar it-turnout finali għal dawn l-elezzjonijiet u b'hekk ġiet stabbilita uffiċjalment għal 50.66%. Dan ifisser li meta mqabbla mat-turnout għall-istess elezzjoni fl-2014, din is-sena l-votanti żdiedu bi 8%. Dan fil-fatt huwa l-ogħla persentaġġ ta' votazzjoni mill- elezzjonijiet Ewropej tal-1994. Żieda sinifikanti fil- votazzjonijiet ġiet irreġistrata fil-Polonja, ir-Rumanija, Spanja, l-Awstrija, l-Ungerija u l-Ġermanja. Barra minn dan, pajjiżi b'votazzjoni tradizzjonalment baxxa ħafna fl-elezzjonijiet Ewropej, bħas- Slovakkja u r-Repubblika Ċeka wrew żiedet sostanzjali wkoll. Il-Maltin jemmnu li jibbenifikaw mill- Unjoni Ewropea Fuq nota differenti, il- maġġoranza tal-parteċipanti mill-istati membri kollha qalu li jaħsbu li l-UE kienet ta' benefiċċju għal pajjiżhom. L-unika kuntrast ġie rrapportat fl-Italja hekk kif il-maġġoranza jaħsbu l-kontra ta' dan. Finalment, 81% tal- Maltin li ħadu sehem f 'dan l-istħarriġ qalu li jemmnu li pajjiżhom ibbenefika ħafna mill-UE. Fil-maġġoranza tagħhom, il-Maltin qalu wkoll li l-UE tgħin persuni f 'pajjiżhom isibu opportunitajiet ta' xogħol. Apparti dan, 38% tal- Maltin qalu li l-UE tgħin sabiex jitjiebu l-istandards tal-ħajja f 'pajjiżhom. 5 Aħbarijiet Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 | illum Is-Servizz Parlamentari jistieden applikazzjonijiet għall-kariga ta' PARLIAMENTARY USHER I (Sejħa HR 1/19 - Permess ta' Jobsplus Numru 87/2019) u TECHNICAL SUPPORT OFFICERS (ICT/AV) (Sejħa HR 2/19 - Permess ta' Jobsplus 519/2017) fil-Kamra tad-Deputati. Dettalji dwar il-kundizzjonijiet, dmirijiet, rekwiżiti ta' eliġibilità, għażla u sottomissjoni ta' applikazzjonijiet jinsabu fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li tista' titniżżel mis-sit tal-Parlament www.parlament.mt jew miġbura mit-Taqsima Finanzi u Amministrazzjoni, Kamra tad-Deputati, Misraħ il-Ħelsien, Valletta VLT 1111. Applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumentati relattivi jintlaqgħu mill-Kamra tad-Deputati mhux aktar tard minn nofsinhar (CET), tal-Ġimgħa, 15 ta' Novembru 2019, jew jintbagħtu b'mod elettroniku fuq dcs.parlament@parlament.mt. Ir-raġunijiet, il-kwistjonijiet u l-perċezzjonijiet tal- Maltin dwar l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew mistħarrġa f'rapport ġdid Ir-raġunijiet, il-kwistjonijiet u l-perċezzjonijiet tal- Maltin dwar l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew mistħarrġa f'rapport ġdid 50% tal-Maltin jgħidu li l-immigrazzjoni kienet ir-raġuni li ħarġu jivvotaw f 'Mejju