Illum previous editions

ILLUM 3 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

Aħbarijiet 14 illum | Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio IŻŻEWĠ unjins ewlenin li jirrappreżentaw il-ħaddiema, jaqblu li wasal iż-żmien li ssir diskussjoni serja dwar jekk għandhiex issir reviżjoni tal- mekkaniżmu li jikkalkula ż-żieda għall-għoli tal-ħajja jew, jekk saħansitra, għandhiex tinstab alternattiva oħra li tkun tirrifletti aħjar ir-realtajiet tal-lum il- ġurnata. Anke jekk mhux l-ewwel darba li l-General Workers Union (GWU) u l-UĦM Voice of the Workers tkellmu dwar dan, l-ILLUM għamlet kuntatt magħhom wara li l-Alleanza Kontra l-Faqar appellat ma' din l-istess gazzetta li wasal iż-żmien li tinbidel ir-riga li biha tkun ikkalkulata ż-żieda għall-għoli tal-ħajja. Kemm is-Segretarju Ġenerali tal- GWU, Josef Bugeja u anke l-Kap Eżekuttiv tal-UĦM, Josef Vella, saħqu mal-ILLUM li wasal iż-żmien li kulħadd ipoġġi madwar mejda u ssir diskussjoni serja dwar il- mekkaniżmu wara l-COLA (Cost of Living Allowance) u l-alternattivi li jistgħu jkunu aktar adegwati għar- realtajiet tal-lum. Fil-fatt, kemm l-Alleanza Kontra l-Faqar u anke s-Segretarju Ġenerali tal-GWU kkonfermaw mal-ILLUM li diġà saru laqgħat bejniethom dwar dan, u aktar laqgħat mistennija li jsiru fil-ġimgħat li ġejjin. Living Income jew Living Wage minflok il-COLA? X'qed ikun propost? Matthew Borg, mill- Alleanza Kontra l-Faqar, kien saħaq mal-ILLUM li l-mod kif tinħadem il-COLA hija l-aktar inġusta ma' dawk bi dħul baxx. L-Alleanza qed tipproponi li ftit ftit il-COLA tkun eliminata u minflokha jiddaħħal il-kunċett tal-Living Income. Fi kliem sempliċi, il-Living Income huwa dak id-dħul minimu li persuna f 'Malta jkollha bżonn biex tgħix ħajja diċenti. Fil-fatt, Borg kien insista li l-kejl ma għandux jibqa' l-Indiċi tal- Prezzijiet iżda jsir il-ħajja diċenti, waqt li saħaq li f 'Malta, il-paga minima hija "garanzija ta' ħajja mhix diċenti." Mill-banda l-oħra, kemm il- General Workers Union u anke l-UĦM qegħdin jitkellmu fuq il- kunċett tal-Living Wage. X'inhi d-differenza bejn il-Living Income u l-Living Wage? kemm il-Living Income (li qed tipproponi l-Alleanza Kontra l-Faqar) u anke l- Living Wage (li dwarha qed jitkellmu l-unjins) jistabbilixxu dħul minimu għal ħajja diċenti. L-uniku differenza hija li l-kunċett tal-Living Income jiġbor fih lil kulħadd, inkluż pensjonanti u dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jaħdmu, filwaqt li l-Living Wage jiffoka biss fuq il-ħaddiema, jiġifieri dawk li għandhom paga. Minkejja din id-differenza żgħira, kemm l-Alleanza u anke ż-żewġ unjins jaqblu fil-prinċipju li l-mekkaniżmu tal-COLA ma għadux biżżejjed u lesti li jikkoperaw flimkien biex tibda diskussjoni serja dwar dan. 'Ma jistax ikollna mekkaniżmu statitku...' – Josef Vella (UĦM) Fil-kummenti mal- gazzetta ILLUM, il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM saħaq li l-pożizzjoni tal-unjin hija waħda ċara, jew jiġi rivedut il-mekkaniżmu tal-COLA jew inkella tinstab alternattiva oħra, li tista' tinkludi l-Living Wage. "Il-COLA mhux qed tirrifletti biżżejjed il-ħtiġijiet tal-lum," insista Josef Vella. Vella saħaq li jekk, wara d-diskussjonijiet jirriżulta li għandu jinżamm il-mekkaniżmu tal-COLA, jeħtieġ li jkun hemm reviżjoni serja biex il-mekkaniżmu jkun jirrifletti aħjar ir-realtajiet tal-lum. Kien hawn, li l-Kap Eżekuttiv tal- UĦM insista li l-basket tal-prezzijiet jinbidel kontinwament u għalhekk saħaq li l-mekkaniżmu ma jistax ikun wieħed statiku iżda jeħtieġ jiċċaqlaq. "Fil-kera mhux ċaqlieqa kbira kien hemm?" staqsa Vella biex itenni l-argument tiegħu li l-"mekkaniżmu jrid ikun wieħed ħaj." Iżda aktar importanti, Josef Vella appella biex kwalunkwe mekkaniżmu li jintuża jkun wieħed trasparenti fejn l-istakeholders ikunu jafu l-metodoloġija użata biex anke huma, min-naħa tagħhom ikunu jistgħu jirrepetuha. "Mhux kuntent li xi ħadd jgħid li għamel aġġustament. Jien irrid nara," saħaq Vella. Insista li hu mhux qed jgħid li l-unjins għandhom ikunu inklużi fil- mekkaniżmu. "Qed ngħid biss li bħala unjin, għandi dritt inkun naf x'inhi l-metodoloġija. Biex inħares l-interess tal-ħaddiema, irid ikolli kollox f 'idi," spjega Vella. Josef Bugeja jsejjaħ għal diskussjoni wiesgħa mal- għaqdiet u l-awtoritajiet kollha kkonċernati Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja saħaq mal- ILLUM li l-General Workers Union ilha mill-2015 titkellem favur l-introduzzjoni tal-Living Wage. Huwa fakkar f 'diskors li kien għamel f 'għeluq it-73 sena tal- unjin li matulu kien appella għall- introduzzjoni tal-Living Wage li "kontinwament ikun aġġustat biex verament il-ħaddiema tagħna u l-familji tagħhom ikollhom l-opportunità li jgħixu aħjar." Filwaqt li kkonferma li saret laqgħa bejn l-Alleanza Kontra l-Faqar u l-unjin, Bugeja saħaq li d-differenza bejn il-Living Wage li qed tipproponi l-GWU u l-Living Income li qed tipproponi l-Alleanza huma simili ħafna. "Għaldaqstant żgur li naqblu fuq dan il-kunċett u ma' kull kunċett ieħor li jgħin biex is-soċjetà tagħna timxi 'l quddiem b'mod soċjali u mhux ekonomiku biss," insista Bugeja. Kompla jisħaq kif id-diskussjoni dwar kif aktar familji se jgħixu ħajja diċenti hija importanti dejjjem, iżda insista li din id-diskussjoni hija bżonjuża llum aktar minn qatt qabel fid-dawl "tat- tkabbir ekonomiku bla preċedent," li qed jesperjenza l-pajjiż. Fakkar li l-Living Income huwa kunċett li jinkludi numri ta' elementi, fosthom ikel, ilma, akkomodazzjoni, edukazzjoni, kura tas-saħħa, trasport, ħwejjeġ u ħtiġijiet essenzjali oħra. Kien għalhekk li appella biex id- diskussjoni ssir ma' diversi għaqdiet u awtoritajiet. "Dan iservi biex barra li naraw il- kunċett kif jista' jaħdem, naraw ukoll fuq kemm għandu jkun il-perjodu biex ikun implimentat u kif se jiġi sostnut," spjega Bugeja. Temm jisħaq li l-kunċetti li jgħinu lill-familji tagħna jgħixu ħajja diċenti għandhom ikunu fuq nett tal-aġenda tal-pajjiż. Wara l-appell tal-Alleanza Kontra l-Faqar biex jinbidel il-kejl li bih tkun ikkalkulata ż-żieda għall-għoli tal-ħajja, iż-żewġ unjins ewlenin jisħqu mal-ILLUM li jinsabu kommessi li tibda diskussjoni serja dwar ir-reviżjoni tal-COLA jew mekkaniżmu ieħor li jirri etti aħjar il-ħtiġijiet tal-lum Living Income jew Living Wage minflok il-COLA? Il-GWU U l-UĦM iridu 'diskussjoni serja' Josef Bugeja Josef Vella

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 November 2019