Illum previous editions

ILLUM 3 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- waterpolo? Kont għadni żgħir u kont insegwi regolari dan l-isport. Għandi t-tifel li wkoll kien wera x-xewqa li jilgħab il-waterpolo u għalhekk kien hemm kollega li ressaqni lejn il-klabb ta' San Ġiljan u minn hemm bdiet avventura ġdida li għadha għaddejja sal-lum il-ġurnata. Bdejt man- nursery sa ma ftit ftit, komplejt immidd idejja wkoll fil-kumitat kif ukoll fl-amministrazzjoni tal-klabb. Issa kelli x-xorti li nilħaq president ta' dan il-klabb glorjuż. Nafu li ftit tal-ġranet ilu kien hemm l-elezzjoni ta' president. Tqis li din kienet sorpriża għalik li l-membri tal- kumitat għażlu lilek bħala president? Iva jien ħadtha bħala sorpriża. Fil-fatt jien kont qed naħdem mill- qrib ma' Edward Zammit Tabone, fejn it-tnejn li aħna kellna l-istess prinċipji u ideat. Min-naħa tiegħi jien bqajt nikkonċentra fuq ix- xogħol tal-kumitat li kien wieħed ferm impenjattiv fejn kelli nsib xi kowċis biex jingħaqdu magħna kif ukoll nirreġistraw il-barranin għall- istaġun li ġej. L-għan primarju tiegħi kien li Edward Zammit Tabone jilħaq bħala president. Jien min- naħa tiegħi tfajt in-nomina tiegħi biex inkun ċert li jekk ma jilħaqx is-sur Zammit Tabone, ikun hemm jien li nressaq l-ideat u l-prinċipji li fassalna flimkien. Fil-fatt hekk ġara għax hu ġab 64% tal-voti u m'għamilhiex għal 0.2%. Kellna ngħaddu għat-tieni fażi tal-elezzjoni fejn kien hemm kontestazzjoni bejni u bejn is-sur Ramon Micallef. Finalment kont jien li ġibt il-maġġoranza tal-voti sabiex b'sorpriża għalija lħaqt president. Madankollu lis-sur Micallef wegħdtu li jiġri x'jiġri kont se nagħtih kariga fi ħdan il-klabb tant li laħħaqtu bħala Kap Eżekuttiv. Konvint li se nkomplu naħdmu flimkien għall-ġid tal-klabb. Xi tgħidli dwar il-proġett tal- pixxina tal-waterpolo li għandkom f 'moħħkom? Iva bi pjaċir ngħid li ninsabu fi stadju avvanzat li jkollna l-pixxina tagħna u bħalissa għandna l-applikazzjoni tagħna mal-MEPA. Il-proġett se jkompli għaddej b'diversi pjanijiet li għandna filwaqt li nixtiequ nagħtuh importanza kbira. Ċert li s-sur Ramon Micallef se jgħinna f 'dan ir-rigward anke għax se jkun l-ewwel kap eżekuttiv ta' klabb fl-istorja tal-waterpolo lokali. Jien u Ramon għandna sintonija kbira u beħsiebna nagħmlu dan il-proġett realtà. X'involviment kellkom sabiex ġew Malta Christian Presciutti u Petar Muslim? Iva ridna lil dawn il-barranin għax nafu l-kalibru li għandhom. Il- ħames membri fil-kumitat, qbilna li nġibuhom u fuq kollox ħdimna biex nagħlqu d-diskussjonijiet mal- klabbs rispettivi tagħhom. Ridna wkoll inġibu żewġ kowċis Serbi fosthom Milan Djukovic sabiex jgħinna fin-nursery li għandna. Matul is-sajf ġibna kowċ ieħor biex jgħinna niżviluppaw liż-żgħażagħ tagħna u b'xi mod mexjin mhux ħażin. Taħseb li l-istaġun li għadda kien wieħed diżappuntanti? X'taħseb li mar ħażin? Il-verità hi li ma rnexxilniex inġibu r-riżultati mistennija minna. Kellna tim li stajna nikkompetu iżda ma lħaqniex l-objettivi primarji tagħna. Kien hemm ħafna raġunijiet fosthom seta' kien hemm nuqqas ta' armonija u l-kundizzjoni fiżika tal-plejers ma kinitx mill- aħjar. Nemmen li l-barranin li ġibna ma tawx il-mija fil-mija tagħhom kif ukoll numru ta' fatturi oħra li ma kellniex kontroll fuqhom. Xi tgħidli dwar il-kowċ leġġendarju Marko Orlovic li ġab suċċessi kbar lejn San Ġiljan? Ċertament li Marko Orlovic kien parti mis-suċċess ta' dan it-tim. Ksibna riżultati mill-aqwa li ħadd ma laħaq u rnexxielna wkoll noħolqu rekord ta' 54 logħba mingħajr telfa. Irbaħna żewġ kampjonati ma' Orlovic. Hu kien motivatur kbir u kapaċi jagħti kuraġġ lill-plejers tiegħu f 'kull ċirkostanza anke meta s-sitwazzjoni tkun waħda diffiċli. Il-plejers kienu jobduh b'mod perfett u b'hekk inkisbu dawn ir-riżultati storiċi. Imbagħad Marko kien għad fadallu sena fil-kuntratt iżda ddeċieda li jmur jikkowċja lil Sirens. Aħna temmejna l-kuntratt b'mod amikevoli u rringrazzjajnieh tax- xogħol siewi li għamel. Kemm hu importanti għall-klabb tal- waterpolo bħal San Ġiljan li jkollu tim tan-nisa? Il-viżjoni tiegħi u anke ta' Edward Zammit Tabone minn dejjem kienet li jkollna tim tan-nisa b'saħħtu. Se nkunu qed ninvestu b'mod sostanzjali f 'dan it-tim sabiex fl- aħħar mill-aħħar naħsdu l-frott. Bħalissa hemm Dino Zammit li qed jikkowċja lil dan it-tim u qed naraw progress kbir. Beħsiebna nsaħħu t-tim b'diversi plejers ta' kalibru u se niffukaw sabiex inkunu l-aqwa tim tal-waterpolo femminili f 'Malta. Kemm titkellem mal-eks president ta' San Ġiljan Daniel Aquilina? Is-sur Daniel Aquilina jfisser l-istorja tal-klabb. Hu ħabib kbir tiegħi u ili nafu għal ħafna snin. Għandu mod kif jitratta l-problemi li jitfaċċaw minn żmien għal żmien. Dan il-president jibqa' f 'qalbi u fl-istorja ta' San Ġiljan għal dak li rnexxielu jagħmel. B'xorti ħażina tliftu t-teżorier ferm Ivan Said ukoll. Iva lis-sur Ivan Said nista' nqisu bħala Ġiljaniż pur u leali lejn il- klabb. Ir-riżenja tiegħu kienet daqqa ta' ħarta għall-klabb. Is-sur Said kien 'Se nagħmel ħilti kollha sabiex inreġġa' Cristian Antony Muscat Peter Bonavia - il-president il-ġdid ta' San Ġiljan ASC, li fost oħrajn, wiegħed li se jkun qed jagħmel ħiltu kollha biex ireġġa' lura lil San Ġiljan ASC għas-suċċessi tant mixtieqa Huwa l-president il-ġdid ta' San Ġiljan ASC. Wiegħed li se jkun qed jagħmel ħiltu kollha biex ireġġa' lura lil San Ġiljan ASC għas-suċċessi tant mixtieqa. Se jkun qed jaħdem spalla ma' spalla mal-membri kollha tal-kumitat ta' San Ġiljan ASC fosthom ma' Edward Zammit Tabona, li mal-ewwel ap- puntah bħala Kap Eżekuttiv tal-ist- ess klabb. Jiġi missier il-plejer żagħżugħ ta' tal- ent liema bħalu li jilgħab mal-istess San Ġiljan ASC, Jake Bonavia. PETER BONAVIA Se nibdew it-triq tagħna sabiex naslu għall-għanijiet li nixtiequ nilħqu fosthom li nieħdu sehem fil-Euro Champions League tal-waterpolo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 November 2019