Illum previous editions

ILLUM 3 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 NHAR is-16 ta' Ottubru 2017 ġiet assasinata ġurnalista. Inutli ngħidu li ma kinitx diviżiva, daqs kemm inutli ngħidu li ma kellhiex fost l-aktar stejjer li heżżu lid-dinja politika ta' pajjiżna u allura skont ir-riga ġurnalistika, stejjer tajbin u effettivi. Il-qtil brutali tagħha, li għadu mhux solvut, ma biddilx l-opinjonijiet estremi dwar Daphne. Min baqa' kważi jobgħodha u min għalih saret punt ta' referenza importanti għall-bżonn li tirrenja t-trasparenza f 'soċjetà li togħla 'l fuq mill-interessi partiġġjani li jwasslu għan-nepotiżmu u l-korruzzjoni. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Robert Aquilina. Avukat mis-Siġġiewi, attivist tal-għaqda Repubblika, ħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina u wieħed minn dawk il-mijiet u xi minn daqqiet eluf li qed imorru jipprotestaw il-Belt Valletta favur il-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia. 'F'Malta bħalissa għandna s-saltna tad-delinkwenza' Nistaqsu lil Aquilina x'inhi l-forza li qed twassal lil tant nies jitkellmu, jiltaqgħu, jimxu, jiktbu u jsemmgħu leħinhom? Inkwiet ġenwin għal pajjiżna jew sempliċiment antipatija kbira lejn il-Partit Laburista? Aquilina jfakkar li ftit qabel inqatlet Caruana Galizia, il-Prim Imħallef, fid- diskors tal-ftuħ tas-sena forensi, kien qal illi jekk ma jkunx hemm ġustizzja għal kulħadd bl-istess riga, minflok saltna tad-dritt pajjiżna jkollu s-saltna tad-delinkwenza. "Aħna nemmnu li f 'Malta bħalissa qiegħda ssaltan id-delinkwenza, b'impunità minn reati ta' individwi komuni. Imma mhux biss," ikompli jgħid Aquilina, "agħar minn hekk għandek persuni fil-politika b'allegazzjonijiet serji ħafna fuqhom ta' korruzzjoni u reati serji oħrajn." "Jekk m'għandekx saltna tad-dritt, m'għandekx demokrazija," jinsisti l-avukat ma' din il-gazzetta. Jgħid li lil hinn minn dan iżda, hemm l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia nnifsu. "Li kellek il-ġurnalista li l-aktar illi ħarġet bi stejjer dwar allegazzjonijiet fuq politiċi, fis-sens ta' korruzzjoni, tinqatel b'mod mafjuż huwa inkwetanti ħafna għal pajjiżna." Huwa jsemmi l-istorja ta' Don Luigi Ciotti illi kien mistieden minn Repubblika biex jindirizza l-folla li attendiet għall-attività tat-tieni anniversarju mill-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Ifakkar illi dan iġġieled lill-mafja u qal li dan mhux meqjus bħala traditur, donnu biex jibbottja għal ħafna nies li jagħtu lil ta' Repubblika u oħrajn din it-tikketta. "U l-istess aħna qed niġġieldu d-delinkwenza u l-impunità." 'Meta żżid fil-problema tad- densità m'intix qed tħares l-interess tal-poplu' Semma l-bniedem komuni u l-impunità. Jista' jagħti eżempju? "Nieħdu l-eżempju tal-ambjent. Qatt daqs illum ma kellek żviluppaturi li qed joħolqu skumdità kbira fir-rigward tal-poplu." Inwaqqfu. Forsi għax qatt daqs illum ma kien hawn xogħol f 'din l-industrija? "Il-kostruzzjoni żdiedet speċjalment għax il-Gvern iddeċieda li jistimulaha b'aktar permessi u sulari u għax ġie ddikjarat ukoll li hemm bżonn nimpurtaw aktar nies minn barra mill- pajjiż," jgħid Aquilina li jkun pront iżda jgħid illi l-problema mhix l-immigranti imma n-nuqqas ta' ppjanar. Imma skużi, Aquilina x'qed jipproporni eżatt? Li nwaqqfu l-industrija tal-kostruzzjoni? Huwa jgħid li hemm bżonn ta' politika li tħares lil hinn u 'l bogħod. "Li inti konxjament tiggrava l-problema tad-densità ta' pajjiżna, huwa ovvju li m'intix tħares l-interess tal-poplu," sostna Aquilina ma' din il-gazzetta. Huwa jgħid li l-liġijiet ta' pajjiżna lanqas huma ppreparati biżżejjed biex jipproteġu lil dawk li darhom taqa' bħalma ġara xi drabi din is-sena. Nerġa' nwaqqfu. Min ma jaqbilx miegħek jgħid li inti, bl-argument tiegħek se twaqqaf ix-xogħol u thedded l-impjiegi. Kif twieġeb? "Il-kwalità tal-ħajja ma tiddependix biss fuq il-flus. X'garanzija għandu ċ-ċittadin li din is-sitwazzjoni tista' tkun sostnuta?" jistaqsi rettorikament Aquilina, forsi għax jaf (jew suppost) l-art hija finita u xi darba (suppost) mhux se jkun hemm fejn nibnu. Infakkru li taħt Gvern Nazzjonalista, iż-żoni tal-iżvilupp kienu estiżi daqs is- Siġġiewi, x'kumbinazzjoni fejn konna. Allura dakinhar għaliex ma tkellimx ukoll? Aquilina jirrakkonta kif fl-2009 kien hemm kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, ħabib tiegħu, li kien kitiblu diskorsi. F'diskors minnhom huwa kien staqsa jekk kellniex "naslu sa hawn ... u jekk l-istat hux qiegħed jipproteġi l-interessi tal- istat jew inkella tal-iżviluppaturi." "Jiena minn dejjem hekk kont naħseb, qatt ma biddilt dak li nemmen fih," sostna Aquilina. "Imma ħaġa waħda bidlet kollox. Li nqatlet ġurnalista," jirrimarka. Panama: 'għadhom ma nqabdux għax hawn kollass fl- istituzzjonijiet' Diversi, inkluż Konrad Mizzi u Keith Schembri stess, jgħidu li dwar il-ftuħ ta' kumpanija mhux iddikjarata fil- Panama ma hemm ebda prova li daħlu flus u allura l-ebda prova ta' tixħim. Imma n-nies jimpurtaha minn dan kollu? Ikellmuk dwar dan in-nies li tiltaqa' magħhom? "Issemmulek l-FIAU, pereżempju. Ara qabel ħadd ma kien jaf bl-FIAU," jibda jirrispondi. "Meta nistaqsihom kemm qed jaqilgħu flus u allura għandhomx biżżejjed biex jixtru din il-proprjetà, jistaqsu jekk il-politiċi jiġu mistoqsijin dawn it-tip ta' mistoqsijiet. "U din kulħadd, m'hemmx Laburisti jew Nazzjonalisti. Il-pubbliku jħoss li saru affarijiet ħżiena u ħżiena ħafna. Aquilina jsemmi l-ftuħ ta' kumpaniji fil-Panama u jallega illi sa issa Konrad Mizzi u Keith Schembri "għadhom ma nqabdux għax hawn kollass fl- istituzzjonijiet." Aquilina jagħmel aċċenn għar-riżenji tal-eks Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar u dik tal-eks Direttur tal-FIAU Manfred Galdes u jorbot dawn ir-riżenji mal-kwistjoni tal- Panama Papers. "L-ewwel riżenja kienet dik tal-Kummissarju Cassar, imbagħad ta' Galdes wara li dan ippreżenta minn tal-anqas rapport wieħed lill-Pulizija dwar il-kumpaniji tal-Panama." Filwaqt li jallega illi Cassar, li kien qal illi rriżenja minħabba raġunijiet ta' saħħa, ma riedx jieħu passi u għalhekk irriżenja jgħid ukoll illi hu jinsab infurmat li tliet xhur qabel ma rriżenja, Galdes kien qal illi jekk il- Gvern jindaħallu f 'din il-kwistjoni hu se jirreżenja. "Allura dan iqajjem suspetti kbar," jisħaq Aquilina. Egrant: ħafna mill- informazzjoni minn Dubaj ma waslitx Induru għal ftit fuq il-kumpanija Egrant, l-aktar kumpanija mit-tlieta li hija kontroversjali. Il-konklużjonijiet tar-rapport dwar Egrant huma ċari: m'hemm l-ebda prova li torbot lill- Egrant ma' Michelle jew Joseph Muscat. Ma jaħsibx li dawn il-konklużjonijiet taw daqqa kbira lil dawk kollha bħalu li ddubitaw tant lil Muscat fuq Egrant u lill-kawża ta' Repubblika? Intervista illum | Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 Avukat u ħu Deputat Nazzjonalista. Kien preżenti kważi f'kull attività li ttrattat l-assassinju jew il-messaġġ ta' Daphne Caruana Galizia. Imma għaliex issa? U għaliex donnu hawn min irid bilfors jagħti l-impressjoni li xi ħadd fil-Gvern qatilha lil Daphne? Mhux qed issir ġustizzja fil-Qorti bl-arrest ta' tlieta min-nies? Robert Aquilina jirrispondi ... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'Għandna bżonn aktar Daphnes f 'Malta "Aħna nemmnu li f 'Malta bħalissa qiegħda ssaltan id-delinkwenza, b'impunità minn reati ta' individwi komuni. Imma mhux biss..."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 November 2019