Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920
L i ninvestu fl- edukazzjoni ambjentali tat- tfal u ż-żgħażagħ tagħna hu l-aħjar investiment għax jagħti ħafna frott. Il-programm eko-skola, immexxi mill- għaqda ambjentali Nature Trust, hu wieħed minn dawn l-opportunitajiet ta' utilità kbira. F'Malta, il-programm eko-skola ilu għaddej madwar sbatax-il sena. Bħala riżultat ta' din il- ħidma, illum il-ġurnata 76 skola f 'Malta ttajjar il- Bandiera l-Ħadra, simbolu ta' għarfien ambjentali u ta' determinazzjoni ambjentali. Dan hu investiment fil-futur tal-pajjiż li minnu għad irridu nieħdu ħafna frott. Il-President Eżekuttiv ta' Nature Trust, Vince Attard, meta kien qed jagħti bidu għaċ-ċerimonja ta' din is-sena li fiha numru ta' skejjel ingħataw il-bandiera l-ħadra minħabba l-miri ambjentali li laħqu, enfasizza li: "Il-programm eko-skola hu strumentali biex jipprovdi lill-istudenti bl-għodda biex jgħinhom jaħsbu dwar l-ambjent madwarna u wara li jgħarblu dak li jaraw b'għajnejhom u jmissu b'idejhom jidentifikaw soluzzjonijiet u jwettquhom. Dan nistgħu nifhmuh aħjar meta llum naraw lill- ġenerazzjonijiet ż-żgħar li qed jargumentaw mal-mexxejja tal-pajjiż u jinsistu magħhom biex jaġixxu. Dan l-għarfien ambjentali qed jikber kontinwament. Iktar mal-mexxejja jagħtu kas tas-sejħiet tal- ġenerazzjoni żagħżugħa malajr iktar ikun possibbli li nibdew nirrimedjaw il-ħsara ambjentali, soċjali u ekonomika li qed issir. Biex nikkwota lit-tfal u liż- żgħażagħ infushom fl-aħħar Parlament EkoSkola: Flok toqogħdu tiggustawna, aħjar tisimgħuna ftit!" Eko-Skola hu programm globali li llum il-ġurnata jinvolvi 19.5 miljun tfal u żgħażagħ f '67 pajjiż. Għal madwar 25 sena, eko- skola għenet lit-tfal u liż- żgħażagħ biex b'għarfien aħjar ambjentali jirrealizzaw li għandhom l-abbiltà li jindirizzaw l-isfreġju li hawn madwarna. L-abbiltà li akkwistaw ingħatat għarfien internazzjonali bil-bandiera l-ħadra ta' eko-skola. Il-programm Eko-Skola jiżviluppa l-ħiliet tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, iżid l-għarfien ambjentali, itejjeb l-ambjent tal-iskola u joħloq numru ta' benefiċċji mhux biss għall-istituzzjonijiet edukattivi tagħna imma fuq kollox għall-komunità. L-eko-skola, pemezz ta' proċess edukattiv mifrux fuq seba' passi, jimmira lejn bidla fl-istil tal-ħajja li ngħixu. Il- linji gwida li ġew ippubblikati dwar dan il-proċess edukattiv huma informattivi u ta' għajnuna għal kull min hu involut. L-ewwel pass huwa l-ħolqien ta' ambjent ta' demokrazija parteċipattiva fl-iskejjel tagħna. Taħt it-tmexxija tal-istudenti, dawk kollha effettwati huma inkoraġġuti biex jinvolvu ruħhom. Bl-għajnuna tal-edukaturi, l-istudenti jidentifikaw l-impatti ambjentali ta' madwarhom li jeħtieġ li jkunu indirizzati. Dan jagħmluh flimkien ma' dawk affettwati. Permezz tal-programm eko-skola, l-istudenti huma mħarrġa biex jaħsbu, jiddiskutu u mbagħad jikkonkludu x'għandu jsir u jwettquh. Il-lista tal-inizjattivi li ttieħdu fl-iskejjel tagħna bħala riżultat tal-programm eko-skola hi waħda impressjonanti. Ittieħdu diversi inizjattivi fosthom dwar l-ilma, l-iskart u r-riċiklar, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u t-tibdil fil-klima u l-apprezzament tal-wirt storiku u bosta oħrajn. Dak li jitgħallmu l-istudenti bħala riżultat tas-sehem tagħhom fil-programm eko-skola jeħduh magħhom fid-dar fost il-familji tagħhom u fis-soċjetà. B'hekk l-impenn ambjentali jkompli joktor. L-edukazzjoni ambjentali tmur lil hinn minn apprezzament u rispett tan-natura. In-natura mhix maqtugħa għaliha, iżolata li naħsbu dwarha waqt il-mixjiet fil-kampanja. Tikkonċerna wkoll l-istil tal-ħajja tagħna. Bħala riżultat tal- edukazzjoni ambjentali li l-programm eko-skola qed jipprovdi lill-istudenti tagħna, il-ġenerazzjoni żagħżugħa qed titħarreġ u titgħallem li bosta mill-ħsara ambjentali tista' tkun evitata, inkella tista' tkun irrimedjata kemm-il darba jkun hemm impenn da parti ta' kull wieħed u waħda minna. Qed jitgħallmu li huma jistgħu jkunu aġenti tal-bidla tant meħtieġa biex inwaqqfu u eventwalment nirrimedjaw il- ħsara ambjentali akkumulata. Din hi ż-żerriegħa għal futur aħjar! Carmel Cacopardo hu ċ-Chairman tal-Alternattiva Demokratika G ħaliex ix- xmara Amażon tissejjaħ il-pulmun tad-dinja? Din ix-xmara tgħaddi minn 9 pajjiżi tal-Amerika t'Isfel. 60% tagħha tgħaddi mill- Brażil, imma tgħaddi wkoll mill-Bolivja, mill-Perù, mill- Ekwador, mill-Kolombja, mill-Venezuela, mill-Gujana, minn Surinam u mill-Gujana Franċiża. B'kollox tofroq 5.5 miljuni kilometru kwadru. Għaliex bdiet tissemma fl- aħbarijiet? Matul l-2019 seħħew 70,000 ħruq fil-foresti tagħha, 70,000 ħruq li fihom inqerdu nofs miljun siġra, 45% iżjed milli nqerdu fl-2018. Jixhed Carlo Petrini, fundatur u president tal- organizzazzjoni Slow Food, li kien mistieden biex jieħu sehem attiv fis-sinodu dwar l-Amażonja li sar tul iż-żmien bejn is-6 t'Ottubru u s-27 t'Ottubru f 'Ruma. Lejlet il-ftuħ tas-Sinodu, Pertini, stqarr li "matul l-aħħar sentejn il-qerda tal-foresta żdiedet f 'livelli enormi u kebbset ir-regħba tal-ftit". Għaliex qed iseħħ dal-ħruq kollu fl-Amażonja? Ma tistax ma tilmaħx fih pjan politiku u ekonomiku bil-għan li jinkisbu artijiet ġodda għall-kultivazzjoni agrikola u jkunu sfruttati r-riżorsi minerali tat- territorju. Slow Food Slow Food Brażil, ħadet pożizzjoni ċara ħafna kontra l-Gvern tal-President Bolsonaro, li ma wera l-ebda rispett lejn il-wirt li jinsab fl-Amażonja. U Petrini jfakkar li dan l-isfruttament tal-foresta Amażonika mhu se jkun ta' ebda benefiċċju tal-klassijiet l-iżjed foqra, kif qed iħambqu ċerti propogandisti imma biss jissodisfa r-regħba tal- ftit u għalhekk Petrini wissa lill-komunità internazzjonali li ma tistax tikkuntenta bil- protesti: "jekk l-Amażonja hija pulmun tal-Umanità jeħtieġ toħroġ tiddefendih, billi toffri r-riżorsi meħtieġa." L-ilma li hemm fil-foresta tinsab avvelenata. 64,000 miljun ta' ilmijiet tossiċi jħammġu x-xmajjar fejn in- nisa jaħslu l-ħwejjeġ u jġibu l-ilma biex isajru. Hemmhekk l-irġiel jistadu u t-tfal jgħumu bir-riżultat li din il-parti tad-dinja għandha l-akbar inċidenza ta' tumuri meta tqis l-għadd ta' abitanti, kif hemm iddokumentat fi studju tal-2016 li sar mill-organizzazzjoni UDA PT flimkien mal-Klinika Ambjentali Svizzera CSSR. Paolo Fajardo Skont Pablo Fajardo, li twieled qrib wieħed mill- bjar taż-żejt, li jgħoddu 365 wieħed, li jgħaddi ħajtu jiddefendi l-jeddijiet tal- popolazzjoni Amażonika: "kull sena qed ikun hemm 200 każ ġdid ta' kanċer li jolqot l-iżjed lin-nisa għax huma l-iżjed li jużaw l-ilma; minn kull 4 każijiet ta' kanċer, tlieta huma nisa". Bil-ħila ta' Fajardo u membri oħra tal-komunità indiġena, id-ditta Amerikana Chevron Texaco ttellgħet il-Qorti mixlija bil-ħsara ambjentali. Minkejja s-sentenza favorevoli għall-każ tal- ambjentalisti, li kkundannat lid-ditta Chevron - Texaco biex tħallas lill-vittmi s-somma ta' $9.5 elf miljun, id-ditta multinazzjonali qatt ma waslet biex tħallas dejnha. Il-Knisja Il-Knisja Kattolika laqqgħet Sinodu speċjali għall- Amażonja li fih ħadu sehem 184 membru sinodali u dawn tkellmu mhux biss dwar it-tibdiliet fil-klima u l-qerda tal-foresta, imma wkoll kif in-nies tal-foresta jkunu moqdija permezz ta' nies ta' fidi soda li jistgħu jkunu ordnati ministri li jagħtu garanzija ta' mill- inqas il-Quddiesa tal-Ħadd lill-popolazzjoni f 'territorji wiesgħa li għadhom qed jibqgħu xhur sħaħ mingħajr Ewkaristija. Saret anke diskussjoni kif in-nisa jkunu jistgħu jingħataw id-djakonat li bħalissa huwa riservat lill- irġiel. Il-Papa jidher imħeġġeġ ħafna għal dan is-Sinodu u qed jagħmel sejħa għal dik il-"prudenza kuraġġuża" biex biha timxi l-Knisja fl- Amażonja b'dak in-nar t'Alla li jaħraq bla ma jikkonsma. Taw sehem importanti, il- Kardinal Brażiljan Hummes u l-Kardinal Afrikan Turkson. Il-Papa awgura li s-Sinodu jsib triqat ġodda ta' evanġelizzazzjoni "għal dik il-parti tal-poplu t'Alla, imċaħħdin minn prospettivi ta' ġejjieni seren anke minħabba l-kriżi tal-foresta Amażonika, pulmun tant importanti għad-dinja tagħna kollha". Mhux ta' b'xejn das-Sinodu kien taħt il-patroċinju ta' San Franġisk t'Assisi, li għandu l-Kantiku tal-Ħolqien! Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth illum | Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 16 Opinjoni DUN ANG SEYCHELL Eko-skola: iż-żerriegħa tal-futur L-Amażon; il-pulmun tad-dinja CARMEL CACOPARDO L-eko-skola, pemezz ta' proċess edukattiv mifrux fuq seba' passi, jimmira lejn bidla -istil tal- ħajja li ngħixu