Illum previous editions

ILLUM 3 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

M inn meta dħalna fil-Gvern, nedejna diversi proġetti fil-qasam kulturali. Aħna nemmnu bis-serjetà fil-promozzjoni ta' dan il- qasam li tant jagħmel ġid lil pajjiżna. Huwa settur ukoll, li kif dejjem ngħid, nemmen li jgħaqqad il-poplu tagħna. Apparti dan, waqqafna wkoll entitajiet li llum il-ġurnata qed jagħmlu impatt fuq dan is-settur. Għandna lill-Kunsill Malti għall-Arti, l-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, Festivals Malta u oħrajn, li lkoll flimkien, flimkien ma' entitajiet oħra li jaqgħu taħthom, ilkoll miġbura fi ħdan il-Ministeru għall- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, qed iġibu dejjem 'il quddiem dan is-settur tant għażiż għalina. Fost entitajiet li waqqafna hemm KorMalta, inizjattiva tal-Kunsill Malti għall-Arti li jaqa' fi ħdan il-Ministeru u l-ewwel kor nazzjonali ta' pajjiżna. Kienet wegħda elettorali li dan jitwaqqaf, u waqqafnieh. Minn meta twaqqaf ftit inqas minn sena ilu, KorMalta għamel passi kbar 'il quddiem. Tara l-programmi li diġà twettqu, tara s-serjetà ta' din l-entità u wkoll tagħti raġun il-ħsieb li kellna li ħassejna li dan se jimla vojt li kien qed jinħass. Għalhekk infaħħar is- suċċess li l-kor ksieb fl-ewwel sena tiegħu, u nistqarr li l-kor kompla jsaħħaħ il- professjonalizzazzjoni fis- settur. Permezz tal-ħolqien tal-ewwel kor nazzjonali tagħna, indirizzajna lakuna li kienet preżenti għal numru ta' snin. Il-Gvern huwa kommess li jagħmel l-arti u l-kultura aktar aċċessibbli u dan huwa possibbli grazzi għat-twassil ta' kalendarju kulturali varjat u b'avvenimenti matul is-sena kollha, li jolqot il-gosti ta' kulħadd. Din il-ġimgħa nedejna l-programm għall-istaġun 2019/2020 ta' KorMalta. Hemm proġetti eċitanti u varji għall-aħħar. L-istaġun ta' din is-sena jibda bir-Requiem in F ta' Biber f 'Novembru, kif ukoll il-miġja tal-kor lejn Vjenna fejn se jtella' mix a cappella ta' kanzunetti tradizzjonali tal-Milied. Il- kor se jagħti spettaklu wkoll tal-Missa Brevis ta' Delibes fil- Votivkirche, knisja neo-Gotika. KorMalta se jġib l-ispirtu tal-Milied f 'pajjiżna wkoll, b'kunċert tal-Milied fil-Pro- Katidral ta' San Pawl fil-Belt Valletta f 'Diċembru. Dan il-kunċert se jikkonsisti f 'kollaborazzjoni bejn il-kor nazzjonali u l-kor Jubilate Deo, bi programm mużikali li jvarja minn kant Gregorjan għal repertorju kontemporanju. KorMalta se jipparteċipa wkoll fil-Valletta Baroque Festival, fil-produzzjoni annwali tal- opri tat-Teatru Manoel, se jingħaqad ukoll mal-Orkestra Filarmonika ta' Malta għar- Requiem ta' Mozart fil-Knisja Kolleġġjata ta' San Lawrenz il-Birgu, inizjattiva tal- Fondazzjoni Kottonera u se jippreżenta dan l-ispettaklu wkoll fil-Knisja Parrokjali tal-Qrendi, din id-darba bl- akkumpanjament ta' pjanu. Programm kif għidt vast li jinkludi wkoll it-tielet u l-aħħar opra tal-kompożitur Malti Paolino Vassallo, Edith Cavell, f 'Mejju bħala produzzjoni minn Pjazza Teatru Rjal, bil- parteċipazzjoni ta' KorMalta u l-Orkestra Filarmonika ta' Malta. Se jiċċelebra lil Beethoven permezz ta' The Ruins of Athens, f 'kunċert mal-Orkestra Filarmonika ta' Malta. Għall-aħħar tal-istaġun, KorMalta se jtella' Sunrise Mass ta' Ola Gjeilo fit-Tempji tal-Imnajdra b'2 kunċerti waqt is-soltizju tas-sajf f 'Ġunju, avveniment prodott minn KorMalta, b'kollaborazzjoni ma' ŻfinMalta u Heritage Malta. Meta tara programm eċitanti bħal dan, tara wkoll ħsieb, pjan li qed jirriżulta f 'suċċess u kemm verament KorMalta mela vojt f 'dan il-qasam tal- kultura. *** Il-Fondazzjoni tal-Arkivji Nutarili fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali għadha kif ħabbret li grazzi għall-iskema Addotta Nutar/Oġġett, qiegħed jiġi rrestawrat volum tas-seklu 16 tan-Nutar Placido Abela – wieħed mill-ewwel nutara rinomati fl-istorja ta' Malta. Grazzi għal din l-iskema qegħdin nirrikonoxxu l-isforzi tas-settur privat biex inkomplu nżidu l-għarfien fuq l-impotanza tar-restawr u l-konservazzjoni tal-wirt tagħna. Aħna ħsibna għat- tisħiħ tar-riżorsi tal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern, fejn rajna l-introduzzjoni ta' binja ġdida li qiegħda tiġi rrestawrata, kif ukoll żieda fl-allokazzjoni tal-boroż ta' studju għall- konservazzjoni tal-kotba u l-karta ta' 25%, biex niżguraw li aktar manuskritti u volumi li dwar il-passat tagħna jkunu disponibbli. Kienet verament interessanti l-konferenza tal-aħarijiet li għamilna biex nagħtu din l-informazzjoni. Apparti l-apprezzament lejn GasanMamo li qed jagħtu appoġġ lejn dan il-proġett u wkoll appoġġ finanzjarju, nfaħħar id-dedikazzjoni u l-professjonalità tar- restawraturi, li mill-ispjega tax-xogħol li qed isir, tinduna x'xogħol kbir qed isir biex nippriservaw il-patrimonju tagħna. Il-manuskritt nutarili oriġinali jmur lura għas-snin 1557-1560 u jitfa' dawl fuq l-ewwel snin tal-Ordni f 'Malta, anka qabel l-Assedju tal-1565, li waqtu l-gżejjer Maltin kienu għaddejjin proċess ta' bidla gradwali u kontinwu. In-Nutar Abela kien imfittex minn individwi notevoli: il-klijenti tiegħu kienu jinkludu bosta Kavallieri bħal Gran Mastru de Valette, il-famuż kavallier u kursar Romegas u l-Kmandant Kavallier Couppier. Apparti minn hekk, in-Nutar Abela kienu jinqdew bis-servizzi tiegħu l-membri tal-kleru għolja, bħall-Isqof Cubelles. Din il-varjetà tal-atti nutarili tirrifletti r-rekords ta' raġel stabbilit sew fis-soċjetà Maltija tas-seklu 16. Kif għidt, dan ix-xogħol kien possibbli grazzi għal GasanMamo Insurance li jipparteċipaw fl-iskema Adotta Nutar/Oġġett. Din l-iskema tinkoraġixxi istituzzjonijiet, kumpaniji u individwi biex jew jaddottaw ġabra ta' atti ta' nutar li jista' jkun ikunu jikkonsistu f 'diversi volumi; jaddottaw volum wieħed li jista' jkollu sinjifikat storiku partikolari; jew jaddottaw dokument storiku b'mod li jisponsorjawh għall-konservazzjoni u preservazzjoni futura. Apparti l-ewwel sponsorship fl-2013 minn GasanMamo Insurance li kien għall-qxur protettivi tal-kollezzjoni, huma wkoll 'addottaw' dan in-nutar importanti tas-seklu 16, Placido Abela. Dan huwa riżultat eċċellenti b'ħidma bejn il-Gvern u l-privat biex naraw li dak li writna, nippriservawh u nħalluh ukoll għal riċerki tal- ġenerazzjonijiet futuri. *** Jekk tara l-politika mħaddna minn dan il-Gvern tara kemm jemmen u jgħin b'appoġġ konkret lis-settur volontarju. Anki fil-qasam tal-kultura. Għalhekk kien ukoll ta' pjaċir għalija li din il-ġimgħa nidejt fond ġdid li hu mmirat għax- xiri ta' strumenti mużikali ta' Soċjetà tal-Banda Maltija. Dan kien possibbli b'ħidma tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti b'kollaborazzjoni mal-Għaqda Każini tal-Banda. Il-fond se jkompli jsaħħaħ ix-xogħol li jagħmlu s-soċjetajiet mużikali, biex tiġi promossa aktar il-mużika fil-komunitajiet tagħna, filwaqt li ngħinuhom biex jixtru u jrawmu aktar l-edukazzjoni fuq strumenti. Din hi wegħda elettorali oħra mwettqa. Inħares ukoll lejn l-attivitajiet frekwenti organizzati mis- soċjetajiet mużikali b'mod li jkompli jżidu l-ħajja tal-kultura u t-tradizzjonijiet fil-lokalitajiet tagħna. Inizjattivi bħal dawn tas-soċjetajiet mużikali jagħmlu s-settur kulturali u artistiku aktar aċċessibbli għal kulħadd u jipprovdu l-aħjar pont għaż-żgħar tagħna biex jiskopru t-talenti tagħhom. Għalhekk huwa fid-dmir tagħna li nkomplu nsaħħu l-edukazzjoni tal-mużika fi ħdan il-komunità. Dan il-fond huwa għall- kofinanzjar ta' strument li jinxtara għall-użu minn bandist jew bandisti rreġistrati mas-soċjetà li qed tapplika. Il-fond jista' jkopri sa 85% tal-ispiża totali tal-proġett u l-proposta trid tinkludi programm edukattiv dettaljat u realistiku u tinkludi l-isem u l-esperjenza tal-għalliem, flimkien ma' dak li mistenni li jkun it-tagħlim proġettat. Il- lista ta' strumenti eliġibbli taħt din l-iskema huma l-piccolo, oboe, cor anglais, bass clarinet, bassoon, baritone saxophone, eflat trumpet, flugelhorn, bass trombone u d-double bass. Il-bandisti rreġistrati jrid ikollhom minn tal-inqas sentejn esperjenza fid-daqq ta' strument tal-istess familja mużikali li qed jiġi propost kofinanzjar fuqu u/jew tliet snin jekk tkun se tinqaleb it-tip ta' strumentatura. Il-bandist huwa mistenni li jidher quddiem panel ta' esperti għal smigħ biex jiġi ddeterminat il-livell tajjeb ta' kompetenza. Il-proġett propost irid ikollu xejriet innovattivi, professjonali u kreattivi fejn jidħol it-tagħlim u l-implimentazzjoni tiegħu. L-applikazzjoni trid ukoll tikkunsidra s-sostenibbiltà fit- tul tal-proġett kif ukoll l-iskop u l-benefiċċji. Il-proposti jridu jitressqu fuq www.vofunding.org.mt sat-3 ta' Diċembru f 'nofsinhar. Applikazzjonijiet wara din id-data u l-ħin mhux se jiġu aċċettati mis-sistema. Il-Ministeru dejjem ikompli għaddej bil-ħidma tiegħu biex mhux biss iqawwi dan is-settur kulturali, imma jirrikonoxxi b'mod konkret il-ħidma f 'dan is-settur li ssir ukoll minn ħafna li mexxew 'il quddiem u żammew ħaj lil dan is- settur, ħafna minnhom b'mod volontarju. Owen Bonnici huwa l-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura, u Gvern Lokali illum | Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 18 Opinjoni Staġun eċċellenti OWEN BONNICI

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 November 2019