Illum previous editions

ILLUM 3 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 31

I l-frażijiet "tibdil fil- klima", "kriżi fil-klima" u "emerġenza fil-klima" qed nisimgħuhom aktar ta' spiss – fit-toroq u l-ibliet tagħna, u anke f 'ċertu parlamenti inkluż dak ta' Malta. F'rapport li ġie ppreżentat f 'Settembru u ppreparat mill-bord intergovernattiv tal- Ġnus Magħquda dwar it-tibdil fil-klima, ġew enfasizzati tliet punti importanti. L-ewwel nett li l-livell tal-baħar qed ikompli jogħla b'rata allarmanti tant li qed ikun previst li avvenimenti estremi tal-baħar li s-soltu jiġru darba f 'kull seklu se jibdew iseħħu minn tal-anqas darba fis-sena sal-2050 u f 'postijiet differenti; it-tieni: nirien qawwija mistennija jiżdiedu b'mod sinifikanti tul dan is-seklu, u finalment, it-tibdil fil-klima se jkollu impatt fuq l-ammont ta' ħut fl-ibħra tagħna b'effett negattiv fuq il- provvista tal-ikel. L-emerġenza qiegħda hemm, imma kellna biżżejjed rettorika vojta minn dawk li jgħidu li jemmnu li t-tibdil fil- klima għandu jiġi indirizzat b'mod urġenti imma mbagħad jirtiraw meta jasal iż-żmien ta' azzjoni konkreta. Meta jasal il-mument tan-negozjati fuq miżuri reali, li jagħmlu d-differenza u li l-miri jwassluna biex nilħqu, irridu politiċi li jieħdu azzjoni. Iċ-ċittadini qed iħallsu prezz għoli għal nar inkontrollabbli, nixfa, għargħar u maltempati. L-istess ċittadini li jridu li l-mexxejja tagħhom ikunu kapaċi jindirizzaw il-kawża reali li qed twassal għal temp estrem. Fil-Parlament Ewropew, il-Partit Laburista huwa membru tal-Grupp tas- Soċjalisti u Demokratiċi. Fi Strassburgu, grazzi għat-talba li għamilna, id-dibattitu tal-ġurnata kien iffukat fuq il-klima. F'isem il-Grupp, appellajt għal mod ġdid ta' kif nindirizzaw it-tibdil fil-klima li qed niffaċċjaw. Li ngħidu li hija emerġenza mhix biżżejjed. Immaġina li qiegħed jew qiegħda xi mkien, jew id-dar tiegħek stess, u ħadet in-nar, ma tagħfasx il-buttuna tal-alarm u tieqaf hemm. Iċċempel u tara li jiġu tat-tifi tan-nar … u li n-nar jintefa'. Ieqaf u aħseb dwar kif inbidlet it-temperatura f 'pajjiżna; jew ftakar fl- għargħar li jgħarraq bliet sħaħ, jew nixfa mhix tas-soltu. Irridu nibdew naħdmu llum fuq pjan ekonomiku fit-tul, soċjali u ambjentali bi proposti leġislattivi ambizzjużi, li jsibu appoġġ biżżejjed ta' investimenti finanzjarji u infurzar xieraq. Biex nindirizzaw il-klima hemm bżonn ta' finanzjament għal tranżizzjoni meħtieġa – tranżizzjoni li jmissha tibda tiġi ffinanzjata minn kmieni s-sena d-dieħla. Investiment li għandu jsir kemm mill- Unjoni Ewropea u kemm fuq livell nazzjonali, kemm mis-settur pubbliku, kif ukoll mill-privat. Din hija sfida imma mhux piż – din hija opportunità: opportunità jekk irridu li nżommu ekonomija produttiva; jekk in-negozji jridu jżommu l-kompetittività u jekk irridu li jkun hemm aktar impjiegi ta' kwalità. Din it-tranżizzjoni mhix xi ħaġa marbuta ma' settur wieħed. Il-mira hija li jkollna ekonomija carbon neutral li l-potenzjal tagħha jissarraf f 'xogħlijiet ġodda, kompetittività, reżiljenza, kwalità ta' arja aħjar u li s-saħħa tal-bniedem tkun aktar protetta. Biex nilħqu dan neħtieġu: 1. pjan ambizzjuż ta' dekorbanizzazzjoni, 2. sussidji għal teknoloġija aktar nadifa flok fuels li jniġġsu 3. il-produzzjoni ta' enerġija nadifa 4. li tiġi ssalvagwardjata l-bijodiversità, inkluż permezz ta' mudell ġdid agrikolu 5. pjanijiet ta' afforestazzjoni u riforestazzjoni 6. preservazzjoni tar- riżorsi tal-ilma u ninvestu f 'teknoloġiji li jindirizzaw l-iskarsezza tal-ilma 7. li l-bini jkun effiċjenza enerġitika 8. fond għal Tranżizzjoni Ġusta li jiżgura progress ekonomiku, ambjentali u soċjali. Dan il-pjan irid juża l-potenzjal tal-ibħra tagħna – li waħdu jwassal għal 21% fit-tnaqqis tal-emissjonijiet li rridu nnaqqsu sal-2050. Għalhekk hemm bżonn aktar investiment f 'enerġija rinovabbli mill-ibħra, u li t-trasport marittimu jkun aktar effiċjenti fil-konsum tal-enerġija u fl-użu ta' fjuwils alternattivi. Fuq kollox, irridu nirrestawraw u nipproteġu l-eko-sistemi marittimi. Nemmen fi sħiħ li pajjiżna kapaċi u għandu t-talent u l-innovazzjoni fil-ħsieb, biex nindirizzaw dawn il-punti. Fl-2015, Malta saħansitra introduċiet qafas leġislattiv dwar it-tibdil fil-klima – messaġġ li l-pajjiż mhux qed jinjora din ir-realtà ġdida. Fl-istess waqt irridu nirrikonoxxu li din mhix ċaqliqa jew responsabbilità ta' pajjiż wieħed. Hemm bżonn li dak li jiġi diskuss fil-Ġnus Magħquda ma jibqax biss kwistjoni ta' headlines fl-aħbarijiet. Fil-mezzi tax- xandir irridu naraw li qed tittieħed azzjoni konkreta. Bidla fil-politika. Bidla fil- mudell ekonomiku. Jiena nemmen li l-Unjoni Ewropea għandha rwol strateġiku li timla l-vojt li hemm fi tmexxija għal din il-bidla, anke fid-dawl tal- pożizzjonijiet ripetuti li jibqa' jieħu l-President Amerikan. Huwa fid-dawl ta' dan li waqt id-dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar l-emerġenza fil-klima, tkellimt dwar rettorika vojta; li nparlaw fuq suġġett għax naħsbu li hu moda. Li ssir firma ta' ftehim mhix biżżejjed. Hemm bżonn azzjoni. Hemm bżonn li nkunu ambizzjużi. Il-kuxjenza dwar dan kollu qalb in-nies qed tiżdied, iżda b'mod speċjali qalbi ż-żgħażagħ. Għandna għażla x'nagħmlu quddiemna: jew li ngħidu "għandna sfida" u ma nagħmlu xejn konkret dwarha jew inkella nużaw din l-isfida biex noħorġu aktar b'saħħitna. Miriam Dalli hija l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew illum | Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 Opinjoni 20 Mudell ekonomiku ġdid Kellna biżżejjed rettorika vojta minn dawk li jgħidu li jemmnu li t-tibdil l- klima għandu jiġi indirizzat b'mod urġenti imma mbagħad jirtiraw meta jasal iż-żmien ta' azzjoni konkreta MIRIAM DALLI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 November 2019