Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920
23 IL-KUMPANIJA Brittanika Aardman Animation li tispeċjalizza fi produzzjonijiet ta' pupazzi b'ħalq daqsiex, barra xogħlijiet oħrajn, kellha suċċess b'Shaun The Sheep Movie fl-2015. Għal dan it-tieni film tal- eroj sufi tagħna, Aardman qed jippreżentaw xogħol ieħor, ħelu tal-ġeneru tax- xjenza fittizja. Fil-belt kwieta ta' Mossingham, in-nagħaġ kollha ta' Mossy Bottom Farm għaddejjin qishom xalata jilagħbu ferħanin però dejjem taħt is-supervizzjoni tal-kelb tal-għassa, waqt li Farmer John jinsab ġewwa bi kwietu. Malajr fis-smewwiet jidhru dwal strambi u vettura spazjali tikkraxxja qrib ir-razzett. Ikun Shaun, il-mexxej tal-merħla li jiskopri lil Lu-La, kreatura aljena, gustuża u mbeżżgħa (eku ta' E.T. - The Extra- Terrestrial). Shaun jorganizza lil sħabu flimkien biex dan iċ-ċkejken mitluf jerġa' jingħaqad mal- familja tiegħu. Raġel misterjuż liebes l-iswed ukoll qed ifittex lil din il-kreatura b'poteri maġiċi. Farmageddon - A Shaun The Sheep Movie tassew hu addattat għall-familja kollha b'final sfrenat b'wirja dwar l-aljeni organizzata mill- bidwi, li suppost kellha tkun fjask, iżda b'koinċidenza u l-għajnuna ta' Shaun u n-nagħaġ l-oħra tirnexxi verament. Avventura oħra, leġġera u farseska, imħarrka b'pupazzi tat-tafal li dlonk iż- żgħar jinkarmu warajhom. illum | Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 TV/Ċinema Carmel Bonnici Films ġodda li se joffru s-swali taċ-ċinema FARMAGEDDON - A SHAUN THE SHEEP MOVIE Vuċijiet Ewlenin: Justin Fletcher; John Sparkes; Amalia Vitale; Kate Harbour; David Holt. Diretturi: Will Becher u Richard Phelan. Maħruġ minn KRS Releasing. 86 min. Ċert. U. Vuċijiet Ewlenin: Oscar Isaacs; Charlize Theron; Chloe Grace Moretz; Finn Wolfhard; Bette Midler; Allison Janney. Diretturi: Conrad Vernon u Greg Tiernan. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 87 min Ċert. P. G. SENSIELA li verament qabdet l-immaġinazzjoni tal-pubbliku kienet dik televiżiva The Addams Family, li ntweriet bejn l-1964 u l-1966. Il-karattri gotiċi, eċċentriċi, strambi imma fl-istess ħin ħelwin u anki pjuttost ġentili tant li kulħadd ħa grazzja magħhom, kienu maħluqa minn Charles Addams f 'forma ta' cartoons fl- 1938. Wara żewġ films, fl-aħħar xi ħadd ħaseb biex din il-familja, li tnissel xi daqsxejn biża' fil- poplu b'mod ġenerali, ikollhom film animat iddedikat għalihom. Waqt it-tieġ tagħhom, Gomez u Morticia Addama (vuċijiet ta' Isaacs u Theron) jitkeċċew minn ċorma nies tal-viċin li ma japprovawx il-ħajja ta' natura makabra li jgħixu. Dawn ikollhom imorru jabitaw f 'post abbandunat, li qabel kien manikomju, fuq għolja fi New Jersey, fejn il-poplu komuni jibża' jersaq. Wara 13-il sena jkunu lesti biex jilqgħu f 'darhom lil xi qraba aktar strambi minnhom. L-inkwiet jinqala' meta Margaux Needler (Janney), personalità tat-TV b'aġenda sigrieta tkun trid il-post fejn jgħixu biex tiżviluppa l-inħawi għall-gwadann personali tagħha. The Addams Family hu mimli movimenti u azzjoni mħarrka fejn din il-familja stramba tirriżulta li hija aktar ċivili minn nies ta' madwarha. Morticia Addams qisha xi karattru minn ta' Tim Burton f 'The Nightmare Before Christmas. THE ADDAMS FAMILY TERMINATOR: DARK FATE IS-SENSIELA Terminator waslet fis-sitt film tagħha b'Terminator: Dark Fate. Wara bidu ta' żewġ episodji eċċellenti, The Terminator (1984) u Terminator 2: Judgement Day (1991), din is-saga żvijat u anki bdiet tnaqqas mill-popolarità tagħha. Fortunatament, l-atmosfera mistika ta' dawn l-ewwel żewġ produzzjonijiet ġiet maqbuda kważi perfettament minn dan ix-xogħol ġdid ibbażat minn fuq storja ta' James Cameron (il-moħħ u d-direttur tal- ewwel żewġ films), Charles Eglee, Josh Friedman, David S. Goyer u Justin Rhodes. Il-protagonisti ewlenin tal- bidu, Arnold Schwarzenegger u Linda Hamilton ukoll qed jerġgħu jirrepetu l-irwol rispettiv tagħhom ta' T-800, il-qalil Terminator u Sarah Connors, dik li salvat l-umanità mill-qerda tal- magni. Terminator: Dark Fate jaqbad l-avvenimenti ta' Terminator 2: Judgement Day (1991). 27 sena wara, mill-futur, Skynet, l-organizzazzjoni ta' magni u robots sofistikati ġellieda li jridu jeqirdu l-umanità, tibgħat fid- dinja Terminator ġdid, xjentifikament u teknikament avvanzat fuq dawk ta' qablu, iffurmat minn metall likwidu f 'Mexico City biex joqtol lil Dani Ramos (Reyes), tfajla sempliċi li tgħix ma' ħuha u missierha. Fl-istess waqt, ukoll mill-ispazju tal-futur, l-umani jibagħtu cyborg (robot/umana) jisimha Grace (Davis) biex tipproteġi lil Dani. Fit-tfittxija qalila tiegħu fejn iħalli gzuz ta' mejtin warajh, Rev-9 (Luna), biex ifittex lil Dani, dan l-indistruttibbli li jieħu l-forma tal-umani, se jkollu jħabbat wiċċu ma' Grace u ma' Sarah Connors (Hamilton), issa avvanzata fiż-żmien b'wiċċha jixhed tbatija minn inkontri ma' Terminators oħrajn. Dawn kollha jsibu fejn qed jgħix T-800 (Schwarzenegger) ħajja kwieta fid-dinja, Terminator mill-passat ta' Connors. Dan hu episodju ieħor b'furja eżileranti u ħerba spettakolari li jippompja fik l-adrenalina li żżommok ħerqan u attent kontinwament, aqwa bil- bosta mill-aħħar tliet films ta' din is-serje. Vuċijiet Ewlenin: Justin Fletcher; John Sparkes; Amalia Vitale; Kate Harbour; David Holt. Diretturi: Will Becher u Richard Phelan. Maħruġ minn KRS Releasing. 86 min. Ċert. U.