Illum previous editions

ILLUM 3 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 | illum Sports 27 JUSTIN Grioli - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol lokali f 'dawn l-aħħar snin u li matul l-istaġun li għadda laħaq it-tragward tat-300 logħba fil- Kampjonat Premier. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Missieri Frans Grioli u l-kuġin Stefan Giglio u z-ziju Toninu Giglio u n-nannu Walter Bone kienu kollha jilagħbu l-futbol u kont nitla' l-grawnd narahom jilagħbu ma' Valletta. Il-ħajra minn dejjem hemm kienet li xi darba nkun bħalhom nilgħab il-futbol. Kif qed tħares lejn dan l-istaġun ma' Gudja United? L-istaġun ma' Gudja United ħa jkun ta' sfida għalija hekk kif wara żewġ staġuni ma' Balzan fejn ma kontx daqshekk utilizzat, matul dan l-istaġun irrid nerġa' nuri li ħaqqni nkompli nilgħab fil-Premier. Hemm ambjent sabiħ u rridu naħdmu bħala tim biex naslu għat-tragwardi li għandna u nemmen li jekk nibqgħu naħdmu kif qed naħdmu, naslu! X'tikkummenta fuq il-kowċ Josef Mansueto? Il-kowċ huwa ddedikat ħafna u jaħdem ħafna fuq id-dettalji tal-logħba u jaħdem ħafna fuq il-mentalità tal-iskwadra. Għad fadlilna x'naħdmu peress li t-tim għadu ġdid imma bid- dedikazzjoni tal-kowċ, nemmen li se nkunu qed naslu fejn għandna naslu. Matul l-istaġun li għadda, ilħaqt it-tragward tat-300 partita fil-Kampjonat Premier. X'tikkummenta dwar dan? Għalija kien tragward kbir. Dejjem stinkajt u tħarriġt bis- serjetà u fl-aħħar mill-aħħar meta xi darba tieqaf mill-futbol, huma dawn l-affarijiet li tibqa' ġġorr miegħek! X'tikkummenta fuq l-esperjenzi tiegħek ma' Valletta, Tarxien Rainbows u Balzan? Ma' Valletta minn dejjem kienet il-ħolma tiegħi li nilgħab mal-kbar u fl-ewwel sena li bdejt nilgħab regolari rbaħna l-kampjonat li għalija kienet l-ikbar ħolma. Ma' Tarxien Rainbows kelli tliet snin u nofs sbieħ u minn hemm ġejt mgħajjat man-nazzjonal. Kemm tgħallimt minn dawn l-esperjenzi? Titgħallem dejjem. L-isbaħ ħaġa minn dawn l-esperjenzi li dejjem tagħmel ħbieb ġodda u minn kull plejer u kowċ tista' titgħallem ħafna affarijiet kemm fil-futbol kif ukoll affarijiet ta' ħajja. X'emozzjoni tħoss kull darba li tilgħab kontra l-eks timijiet tiegħek? Kull logħba fiha l-emozzjonijiet tagħha, però kontra Valletta l-iktar dejjem tkun speċjali għalija għax jien Belti u għall-bidu kont insibha ftit diffiċli emozzjonalment però issa drajt. Niġu issa għall-kwistjoni tal- plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal- proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Jien ma naqbilx mal-11-il barrani għax hawn Malta, il-Malti ma jiġix trattat bħall-barranin. Jien għalija jekk il-Malti għandu potenzjal il-klabb għandu jinvesti fih u mhux iġib barrani u jrid jilgħab għax barrani. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Hawn ċerti timijiet li għandhom barranin ta' kwalità u hawn timijiet li le - dik problema għax jekk qed tifrex baġit ta' klabb fejn qabel kienu jiġu ħames barranin ta' kwalità u issa hemm l-istess baġit ovvja li l-barranin mhux ħa jkunu ta' kwalità. Hemm bżonn li jagħtu ċans iktar lill-Maltin għax hawn plejers Maltin ta' kwalità. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal- kampjonat Premier? Ifhem, ma tantx hawn grawnds ta' kwalità hawn Malta. Jekk irridu ngħollu l-livell ta' futbol milgħub irid ikollna grawnds ta' kwalità. Tal-inqas il-Premier ikun fuq ħaxix u ħaxix ta' kwalità mhux biss grawnd tal-ħaxix. Tmur barra minn Malta anke timijiet inqas minna jkollhom grawnds aħjar minn tagħna. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? U kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? Hija sfida kbira imma jekk il-futbol ikun il-ħolma tiegħek tagħmel minn kollox u tegħleb kull għejja u kull ostaklu biex tilgħab il-logħba li tant tħobb. Tqis li fil-futur tissejjaħ mat-tim nazzjonali mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Ma nafx imma ma naranix nilgħab man-nazzjonal. Hemm iż-żgħażagħ telgħin tajbin u aħjar jagħtu ċans liż-żgħar għax huma l-futur tagħna. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Sakemm il-Bambin jagħtini s-saħħa, nixtieq nibqa' nilgħab fl-ogħla livell tal-futbol Malti. Il-futur ħadd ma jafu - nimxu ġurnata b'ġurnata u naraw x'joffri l-futur. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil- futbol. Jien meta kont żgħir ħlomt u forsi xi ħolmiet għamilthom realtà. Bix-xogħol, id- dedikazzjoni u r-rispett lejn ħaddieħor żgur li timxu 'l quddiem! Taqtgħu qalbkom qatt għax fil-futbol jew f 'xi sport ieħor, jekk taħdem bis-serjetà, tista' l-ħolm iġġibu realtà! 'Matul dan l-istaġun irrid nerġa' nuri li ħaqqni nkompli nilgħab fil-Premier' minn Cristian Antony Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 November 2019