Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 ILBIERAĦ, il-kuntrattur Joseph Portelli, li spiċċa f 'nofs kontroversja dwar permess mogħti fil-Qala biex kamra żgħira u abbandunata f 'ODZ issir villa, irrinunzja l-istess permess. Dan ifisser allura, illi għalissa abbanduna u mhux se jsegwi l-iżvilupp li qajjem kontroversja u rabja kbira fl-aħħar jiem. Minkejja dan, għadu mhux ċar xi tfisser eżatt din ir- rinunzja u għadu mhux ċar x'se jagħmel l-iżviluppatur bil-permess li għadu attiv u li se jibqa' attiv żgur għal sitt xhur oħra. Ir-rinunzja hija xi ħaġa li l-iżviluppatur qed jagħmel minn jeddu u ma jidhirx illi dan b'xi mod se jaffettwa l-għoti tal-permess għalissa. Dan ifisser illi jekk il- kuntrattur jaqdi d-dmirijiet u l-kundizzjonijiet kollha marbuta ma' dan il-permess hu xorta jkun jista' jwettaq il-proġett jew ibigħ l-art inkwistjoni, meta u kif irid fit-termini tal-liġi. Minkejja r-rinunzja, il-Kunsill Lokali tal-Qala mhuwiex se jieqaf hawn u f 'kummenti ma' din il- gazzetta, is-Sindku Laburista Paul Buttigieg għamilha ċara illi l-Kunsill se jkun qiegħed jappella mid-deċiżjoni xorta u se jitlob li l-permess ikun revokat. "Il-Kunsill laqa' b'sodisfazzjoni dak li ġara imma xorta se jibqa' għaddej bl-appell għax dak li ġara ma jfissirx illi l-kuntrattur ma jistax jibni. Irridu li l-permess ikun revokat," sostna Buttigieg. Iktar minn hekk iżda, is-Sindku sostna ma' din il- gazzetta li dik tal-bieraħ ma kienet xejn għajr "stunt politika minħabba r-rabja tan-nies." Ta' min jinnota illi skont il-proċedura tal-Awtorità tal-Ippjanar, biex il-permess li ngħata jkun formalizzat u joħroġ, il-kuntrattur għandu sitt xhur ċans biex jikkonkludi proċeduri u kundizzjonijiet marbutin mal-permess. Jekk sa April, u allura sitt xhur mil-lum, Portelli ma jkunx wettaq dawn l-obbligi, il-permess jaqa'. Dan il-permess qajjem għagħa kbir, b'diversi persuni inkluż l-eks Segretarju Ġenerali Laburista Jason Micallef u l-eks Mexxej Laburista Alfred Sant, jikkritikaw il-mod kif kien mogħti dan il-permess lil Portelli, li qed jiżviluppa wkoll Mercury House f 'Paceville. 'Qatt ma tlabna pjaċiri mill-awtorità u qatt m'aħna se naċċettaw li nkunu trattati b'mod differenti' Fi stqarrija mibgħuta mill- istess kuntrattur, qal illi l-applikazzjoni għar-restawr u estensjoni ta' din il-proprjetà saret wara riċerka estensiva li kkonfermat illi l-proprjetà kienet tintuża bħala residenza fil-passat. "L-applikazzjoni ġiet sottomessa fuq l-istess parametri ta' applikazzjonijiet oħrajn fuq siti simili." Il-kuntrattur fakkar illi għexieren jekk mhux mijiet ta' każi kienu approvati mill-istess awtorità. "Uħud minn dawn l-applikazzjonijiet ingħataw permess għal residenzi li bilkemm kellhom il-pedamenti tal-binjiet preċedenti." "Aħna qbilna wkoll li nemendaw il-pjanijiet u nnaqqsu aktar l-estensjoni li hija limitata għal dak li huwa marbut mal-binja preżenti. "Għal xi raġuni stramba," ikompli jgħid il-kuntrattur, "din l-applikazzjoni kienet inġustament identifikata mill- PA u l-midja." "Qatt ma tlabna pjaċiri mill-awtorità u qatt m'aħna se naċċettaw li nkunu trattati b'mod differenti minn oħrajn. L-Awtorità trid tassigura li l-policies huma ċari u applikati mingħajr diskriminazzjoni." Clayton Bartolo jappella għall-bidla fil-policy 'kemm jista' jkun malajr' Intant, id-Deputat Laburista u membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar Clayton Bartolo, għamel appell lill-Ministru Ian Borg u lill-Awtorità tal- Ippjanar stess biex "kemm jista' jkun malajr" ibiddlu l-policy li tippermetti illi kmamar jew binjiet żgħar fil-kampanja jistgħu jinbidlu f 'residenzi jekk tingħata prova li kienu residenzi qabel l-1978. Din il-policy iddaħħlet fl-2014, mill-Gvern preżenti. Dan qalu wara li ftit tal-ħin ilu wara li l-kuntrattur Joseph Portelli ħabbar li se jabbanduna l-iżvilupp li dwaru hemm permess. "Matul dawn l-aħħar jumejn kont suġġett għal ħafna kritika minħabba l-vot fuq applikazzjoni barra ż-żona ta' żvilupp fil-Qala, Għawdex. Vot li, għalkemm approva tip ta' żvilupp li bħalu ġie approvat fuq bosta siti oħra madwar Malta u Għawdex, xorta waħda ġie taħt skrutinju qawwi mill-pubbliku ġenerali, liema skrutinju allura huwa indikattiv ta' ċertu sentiment ta' skuntentizza li qed jirriżultaw mir-reġim ta' policies kurrenti." "Se nagħmel ħilti sabiex, fejn hu possibbli, dan il-proċess jitħaffef mingħajr dewmien żejjed," wiegħed Bartolo. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham We're Recruiting Join Our Team Unit Coordinator (ICT Service Manager) Permit no. 822/2019 Qualifications & Experience • A minimum of 3 years' experience in ICT Administration & in possession of a valid Microsoft MCSA certification; OR • MQF Level 6 in Computer Science with (1) year relevant work experience in ICT. Main Duties & Responsibilities • Lead and coordinate the IT service support team in achieving results; • Implement derived policies, systems and procedures; • Monitor the effectiveness of existing systems; • Provide recommendations to further improve operations, systems and ICT equipment; • Ensure that all software and IT platforms are up to date and in accordance to the latest releases; • Effectively communicate and escalate issues in timely manner. • Any other duties assigned by the CEO or his delegate. Interested persons are kindly requested to submit a letter of application and a detailed CV to recruitment@identitymalta.com by 17th November, 2019 Manager Permit no. 821/2019 Qualifications & Experience • Diploma Level 5 in Leadership & Management, similar or higher; & • 6 years work experience Main Duties & Responsibilities • Responsible for the smooth running of the office; • Plan and coordinate the implementa- tion of approved development plans in achieving targets; • Develop and implement policies relating to the processes entailed; • Assist in the drawing up of efficient policies and structures that will benefit to the Unit; • Carry out enforcement as may be required; • Liaise within the different Units to render a high quality public service; • Any other duties assigned by the CEO or his delegate. Il-kuntrattur jirrinunzja imma l-Kunsill qed jitlob ir-revoka illum | Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 Il-kuntrattur jirrinunzja imma l-Kunsill qed jitlob ir-revoka Minkejja li l-kuntrattur irrinunzja l-permess għall-proġett ta' villa f'ODZ, il- permess għadu attiv u l-kuntrattur għadu jista' jwettaq il-proġett jew ibigħ l-art. Imma se jsib kontrih lill-Kunsill tal-Qala li se jibqa' għaddej bl-appell... Imma dan il-permess kif ingħata? Dan l-iżvilupp kontroversjali ngħata fuq il-premessa ta' policy introdotta mill-Gvern preżenti fl-2014 biex binjiet mitluqin li kienu abitati qabel l-1978 ikunu jistgħu jerġgħu jsiru postijiet ta' abitazzjoni dejjem jekk min qed iressaq l-applikazzjoni jista' jipprova dan. Jidher illi din il-prova ngħatat minn Joseph Portelli b'mod sodisfaċenti f 'dan il- każ u allura l-permess ħareġ. Jidher illi l-Gvern qed jaħseb biex ibiddel din il-policy li qajmet furur kbir fost il-poplu inkluż ħafna Laburisti. Clayton Bartolo Is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg