Illum previous editions

ILLUM 3 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1181920

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 3 ta' Novembru 2019 DIN il-ġimgħa, 35 organizzazzjoni lokali u ħames organizzazzjonijiet internazzjonali, ingħaqdu f 'dokument bi proposti għar-Riforma dwar it- Traffikar Uman u l-Prostituzzjoni li qed jipproponi l-Gvern u li bħalissa għaddejja l-konsultazzjoni pubblika dwarha. Il-proposti jvarjaw minn aktar għajnuna għal dawk il-persuni vulnerabbli li jinqabdu fiċ-ċirku tal-prostituzzjoni għal aktar regolarizzazzjoni fuq l-istabbilimenti tal-massaġġi u l-għeluq ta' dawk imsejħa gentlemen's clubs. Li kieku wieħed kellu jagħsar dan id- dokument, il-ġist tiegħu jista' jkun spjegat fi tliet punti li l-għaqdiet qed jipproponu li jkunu inklużi fil-leġislazzjoni u implimentati bħala pakkett wieħed. It-tliet punti ewlenin huma dawn: • persuni li jinqabdu fil- prostituzzjoni ma għandhomx ikunu kkriminalizzati għax huma l-vittmi, • huwa x-xiri ta' sess li għandu jkun meqjus illegali u kkriminalizzat għax dan mhuwa xejn għajr sfruttament, • servizzi wiesgħa ta' appoġġ għal dawk fil-prostituzzjoni li jridu jegħlbu l-abbuż u jibnu ħajja ġdida. F'dan l-artiklu, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tagħti ħarsa lejn dan id-dokument, uħud mill-proposti li l-koalizzjoni qed timbotta 'l quddiem u dak li ġara f 'pajjiżi oħra Ewropej. 'Fejn il-prostituzzjoni ġiet iddikriminalizzata, id-domanda splodiet u t-traffikar żdied' Ħafna jħarsu lejn il-prostituzzjoni sempliċiment bħala negozju. Xi ħadd iħallas biex ikollu x'jaqsam sesswalment ma' xi ħadd ieħor u għalhekk is-sess ikun kunsenswali. Iżda l-koalizzjoni qed tisħaq li r-realtà hija differenti ħafna u tiddeskrivi l-prostituzzjoni bħala forma ta' vjolenza li taffettwa l-aktar lin-nisa u l-bniet. "Il-vjolenza ma tista' qatt tkun regolarizzata jew legalizzata," jisħqu waqt li jispjegaw kif ħafna mill-prostituti ġew ittraffikati u huma kkontrollati minn pimps u traffikanti. Fil-fatt huwa stmat li madwar 42 miljun persuna huma maqbuda fil-prostituzzjoni bi studji juru kif il-maġġoranza assoluta tal-prostituti jispiċċaw f 'dan iċ-ċirku meta jkollhom inqas minn 18-il sena, b'uħud saħansitra jispiċċaw vittmi minn meta jkollhom 12-il sena. "Il-kunsens mill-persuna li qed tbigħ huwa ħafna drabi frott il-faqar, l-abbuż, is-saħħa mentali, il-vizzju u l-iskjavitù," tisħaq il-koalizzjoni waqt li titfa' dubju fuq kemm dan jista' verament jissejjaħ kunsens. "Persuni vulnerabbli u t-tfal faċilment jaqgħu f 'din in-nassa u jiġu sfurzati fil-prostituzzjoni." Huwa propju għalhekk li l-għaqdiet qed jinsistu li l-prostituzzjoni m'għandhiex tiġi ddikriminalizzata. Jinsistu li x-xiri tas-sess għandu jsir illegali u ddikjarat bħala sfruttament waqt li prostituti, għandhom jingħataw l-għajnuna kollha neċessarja. Mill-Ġermanja sal-Isvezja; x'ġara? Space International, waħda mill- organizzazzjonijiet internazzjonali li qiegħda tappoġġja dan id-dokument, tagħti diversi eżempji ta' kif, fi kliemha, id-dikriminalizzazzjoni tal-prostituzzjoni mhux talli ma ssolvix il-problemi talli żżid l-isfruttament. • Fi Spanja, il-prostituzzjoni ġiet iddikriminalizzata fl-1995. Illum Spanja hija meqjusa bħala t-tielet l-akbar ċentru tal-prostituzzjoni fid-dinja wara t-Tajlandja u Puerto Rico. 90% tal-prostituti huma immigranti. Bħalissa, Spanja tinsab fil-proċess biex tikkriminalizza x-xiri tas-sess. • Fil-Ġermanja, madwar 400,000 mara tinsab fil-prostituzzjoni. Skont il-mudell addotatt fil- Ġermanja, il-prostituzzjoni hija meqjusa bħala impjieg u biex il-prostituti jkunu protetti hemm ħlas u kundizzjonijiet stabbiliti u legali. Minkejja l-liġi tal-2002, 44 prostituta biss irreġistraw mal-aġenziji tal-ħarsien soċjali, bi prosekuturi jisħqu li saret aktar diffiċli għalihom biex jieħdu passi kontra traffikanti tal-bnedmin u persuni li jħaddmu n-nisa għas- sess. • Fi New Zealand, id- dikriminalizzazzjoni tal- prostituzzjoni ttieħdet fuq livell ieħor. Gruppi li jipprostittwixxu lin-nisa huma legali sakemm iħallsu t-taxxa. Id-dikriminalizzazzjoni wasslet biex żdiedet ħafna d-domanda u l-kompetizzjoni. Il-prezzijiet tbaxxew u żdiedu t-talbiet għal prattiċi sesswali perikolużi u sess bla protezzjoni (anke jekk dan huwa illegali). • Mill-banda l-oħra hemm il-mudell Nordiku li huwa l-favorit anke jekk ilaqqat kritika wkoll. Dan jikkriminalizza kull tip ta' xiri ta' servizz sesswali iżda mhux l-att li persuna tipprostitwixxi lilha nnifisha. L-Isvezja, l-Irlanda, Franza, in- Norveġja, il-Kanada u pajjiżi oħra, jiddikjaraw ix-xiri tas-sess bħala reat kriminali u jqisu l-prostituzzjoni bħala forma ta' skjavitù li tikser id-drittijiet umani u fundamentali tal-bniedem. Fl-Isvezja, dan il-mudell kien addottat 20 sena ilu u l-istatistika turi tnaqqis drastiku fin-numru ta' nisa ttraffikati u li esperjenzaw vjolenza sesswali jew fiżika. 'Għalqu l-gentlemen's clubs u irregolarizzaw l-istabbilimenti tal-massaġġi' Anke jekk il-proposti li qed tipproponi l-koalizzjoni joqorbu lejn il-mudell Nordiku, Dr Anna Borg, waħda mill- uċuħ ta' din il-koalizzjoni, spjegat mal- ILLUM kif id-dokument imur lil hinn għax iħares aktar lejn ir-realtajiet lokali, fosthom il-kwistjoni tal-istrip clubs u l-istabbilimenti tal-massaġġi. Fil-fatt, parti sostanzjali mid-dokument jiffoka fuq il-gentlemen's clubs u l-istabbilimenti tal-massaġġi. Anke jekk is-sidien jgħidu xorta oħra, il-koalizzjoni qed tinsisti li qed tiżdied ir-rabta bejn il-prostituzzjoni u attivitajiet oħra "ta' sfruttament sesswali" bħall- istripping f 'dawn l-istabbilimenti. Ifakkru kif f 'Paceville biss hemm xejn inqas minn disa' strip clubs. Minkejja li r-regolarizzazzjoni ta' dawn l-istabbilimenti ilha tissemma u minkejja l-appelli saħansitra tal-Qrati Maltin, din baqgħet fuq l-ixkaffa, kif irrapportat din il-gazzetta diversi drabi. "L-aċċettazzjoni ta' strip clubs ta' sfruttament f 'post daqshekk ikkonċentrat u ffrekwentat minn ħafna adoloxxenti u żgħażagħ jibgħat messaġġ dijametrikament l-oppost tal-politika tal-Gvern li tipproteġi lill-persuni vulnerabbli u tippromovi l-ugwaljanza L-ILLUM tagħti ħarsa lejn id-dokument li koalizzjoni ta' għaqdiet nazzjonali u internazzjonali ppreżentaw lill-Gvern bħala parti mill-konsultazzjoni għar-Riforma dwar it-Tra kar Uman u l-Prostituzzjoni 'Agħlqu l-istrip clubs ... X'qed jipproponu 40 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 November 2019