Illum previous editions

ILLUM 4 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

minn Albert Gauci Cunningham ILMINISTRU tax-Xogħol u Edukazzjoni Evarist Bartolo ċaħad bil-qawwa l-akkużi fil-konfront tiegħu mill-eks Kap Eżekuttiv tal- Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada Philip Rizzo, li kif kienet żvelat il-gazzetta MaltaToday, irreżenja wara li allega korruzzjoni fil-mod kif kienu qed joħorġu d-direct orders. Fiċ-ċentru tal-allegazzjonijiet hemm Edward Caruana, il-kanvażer u person of trust tal-Ministru Bartolo kif ukoll ħuh, Joseph Caruana, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru li jmexxi Bartolo. Rizzo, fl-ittra tar-riżenja tiegħu, qed jakkuża lil Bartolo li prova jiskoraġġih milli jirraporta lil Caruana lill-Pulizija. "Ilu jaf ir-raġunijiet mill-aħħar ġimgħa t'April 2016 u ripetutament prova jiskoraġġini milli jifformalizza numru ta' nuqqasijiet, imwettqin primarjament minn xi ħadd mill- familja tiegħek," jgħid Rizzo fl-ittra tar-riżenja lil Joseph Caruana. "Assolutament gidba totali u assolutament mhu vera xejn," kienet ir-reazzjoni ta' Evarist Bartolo li skont korrispondenza li għandha f 'idejha l-ILLUM f 'email li bagħat nhar l-1 ta' Settembru 2016 lil Rizzo, il-Ministru sostna li l-eks CEO tal-Fondazzjoni għandu jmur għand il-Pulizija. "Int bħala CEO għandek biżżejjed provi prima facie biex tressaq l-allegazzjonijiet serji lill-Pulizija kif wara kollox huwa d-dover tiegħek. Żommni informat." NEWSPAPER POST Nr 529 • 4 ta' Diċembru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Gylfi Sigurdsson Ara paġni 34 u 35 MINISTRY FOR GOZO Victoria Local Council PARLIAMENTARY SECRETARIAT FOR LOCAL GOVERNMENT www.visitgozo.com S P E C I A L G U E S T DESI CAMPBELL Novel | Upper lip | Strait ahead | DJ Brooks | DJ MatT & Geez Independence Square & St George's Square • 10pm onwards V I C T O R I A - G O Z O V I C T O R I A - G O Z O V I C T O R I A - G O Z O V I C T O R I A - G O Z O V I C T O R I A - G O Z O V I C T O R I A - G O Z O V I C T O R I A - G O Z O Direct orders mhux approvati, kuntratti 'perpetwi', nuqqas ta' trasparenza u kumbinazzjonijiet żvelati fi r-rapport tal-Awditur minn Albert Gauci Cunningham FTIT inqas minn €1,000,000 f 'direct orders mingħajr l-approvazzjoni meħtieġa mingħand il-Ministeru tal- Finanzi, kuntratt ta' xahrejn isir wieħed ta' tliet snin u nofs bi spiża globali ta' €2.2 miljun u emails lil numru ta' fornituri ta' petrol u diesel, minflok ħruġ ta' tenders. Dawn huma wħud mill-elenku sħiħ ta' nuqqasijiet li l-Awditur Ġenerali jiżvela fir-rapport tiegħu ppubblikat aktar kmieni din il-ġimgħa u li jagħti stampa pjuttost kerha tas-sitwazzjoni u tal-immaniġġjar tal-fondi fil-Forzi Armati ta' Malta, b'uħud minn nuqqasijiet imorru lura għall-2011. B'kollox, l-Awditur sab li f 'ħames każijiet, direct orders b'valur ta' €157,656 ma kellhomx l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi. Apparti dawn, kien hemm ukoll ftit inqas minn €820,000 f 'direct orders li ngħataw mingħajr ma ħarġet l-approvazzjoni formali neċessarja mill-Ministeru tal- Finanzi. L-akbar direct order kien dak fl-2015 li jammota għal €701,111 lill-kumpanija li tipprovdi l-fuel għall- ajruplani tal-Forzi Armati. Il-Ministeru tal-Finanzi jidher li ma kienx informat lanqas dwar direct order ta' €31,600 għal korsijet ta' taħriġ, €31,857 f 'direct order lill-kumpanija li kienet qed tforni s-servizz ta' telefonija bis-satellita u €50,200 lil kumpanija barranija għall- aċċess ta' data dwar tbassir ta' kurrenti u riħ. L-Awditur jinnota kif għalkemm f 'dawn l-aħħar erba' każijiet seta' kien hemm operatur wieħed li joffri s-servizz jew il- prodott, il-FAM xorta kienu obbligati li jinfurmaw lill- Ministeru tal-Finanzi hekk kif stipulat skont ir-regoli tal-Procurement u l-istess Ministeru tal-Finanzi. Frejjeġ fil-Forzi Armati Tkompli f 'paġna 8 Kull każ trattat għalih 'Mur għand il-Pulizija kif inhu dmirek' ILKAP tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università, Bernard Micallef jgħid li ma jaqbilx li l-Malti ma jibqax rekwiżit għal studenti bl-awtiżmu u jinsisti li kull każ ikun trattat għalih. Tkompli f 'paġna 5 Philip Rizzo Evarist Bartolo Ara intervista f 'paġni 14 u 15

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2016