Illum previous editions

ILLUM 4 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 | illum Tkompli minn paġna 1 FILFATT, il-Pulizija bħalissa qed tinvestiga l-allegazzjonijiet ta' Rizzo li kien ukoll iltaqa' mal- Prim Ministru Joseph Muscat dwar il-każ. Fl- email, Bartolo jgħid li hu kien bagħat għal persuna, li isimha ma jidhirx fl- email li wasal għand din il-gazzetta, u staqsieha dwar l-allegazzjonijiet li għamel Rizzo. Din il-persuna, skont l-email tal-Ministru, ċaħdet l-allegazzjonijiet ta' Rizzo għalkemm ikkonfermat li, "Edward Caruana qallu biex imexxi x-xogħlijiet bil-mod fuq l-iskola tas-Swatar, biex ix-xogħol ma jkunx lest fil-ħin u b'hekk l-FTS tidher f 'dawl ikrah." F'kuntatt mal-ILLUM, il-Ministru Bartolo sostna li hu ma ndaħal fl-ebda ħin u li dejjem bagħat lil Rizzo għand il-Pulizija meta ffaċċjah b'allegazzjonijiet ta' korruzzjoni fil-proċess ta' għoti ta' direct orders. Hu kien akkużat minn Rizzo fl- ittra tar-riżenja li ppubblika l-Ministru Bartolo F'email li ntbagħtet fl-1 ta' Settembru wkoll lil Rizzo, iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, Emmanuel Camilleri tkellem fuq l-istess linja tal- Ministru. Huwa informa lil Rizzo li "m'għandux għażla oħra ħlief li jieħu l-azzjoni neċessarja biex tipproteġi l-interessi tal-Ministeru, partikolarment tal-FTS." Filwaqt li Rizzo jgħid li hu daħħal sistema trasparenti u ġusta fil-Fondazzjoni, jgħid fl-ittra tiegħu ukoll li l-affarijiet laħqu limitu għalih meta Camilleri, li kien għadu kif ġie appuntat, ma laqax it-talba li l-bord tal-FTS isejjaħ għal investigazzjoni fin- nuqqasijiet li kienu għadhom kif inkixfu mill-maniġment tal-Fondazzjoni. Il-Ministru Bartolo wieġeb bil-qawwi u filwaqt li reġa' nnega, qal ukoll li Rizzo ngħata l-indipendenza kollha meħtieġa biex jopera kif xtaq hu u fakkru wkoll li ma kellux għalfejn jistenna approvazzjoni diretta jew indiretta biex jagħmel rapport lill-Pulizija. Fuq il- paġna tiegħu ta' Facebook, il-Ministru Bartolo sostna li qed iħossu "dispjaċut u tradut", bl-allegazzjonijietli saru fuqu u li "ħadt il-passi mill-ewwel billi ordnajt inkjesta interna u rrapurtajt l-allegazzjonijiet kollha lill- Pulizija." kien bagħat għal persuna, li isimha ma jidhirx fl- ittra tar-riżenja li ppubblika l-Ministru Bartolo nuqqasijiet Edward Caruana ried li l-Fondazzjoni tidher f 'dawl ikrah

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2016