Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490
Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 | illum Sports 31 Ikompli s-suċċess għal Kimberley Galea fl-isquash minn Cristian Antony Muscat IX-XAHAR ta' Novembru beda pjuttost tajjeb għal Kimberley Galea, li ħadet sehem fl-Exeter Junior Squash Open, fejn kisbet l-ewwel post fil- Girls Under 19 wara li lagħbet fil-finali kontra Alexandra Boughton fejn rebħet bir-riżultat ta' 3-0 (11-2/ 11-5/ 11-3). Galea ħadet sehem ukoll fil-Polish Junior Squash Open. Kimberley kellha tilgħab l-ewwel logħba tagħha kontra Emilia Kaniewska mill-Polonja li kienet klassifikata fil- ħames post minn tmien parteċipanti. Galea rebħet din l-ewwel logħba faċilment bl-iskor ta' 3-0 (11-3/11-7/11-3). Fit- tieni logħba, Galea ġiet wiċċ imb'wiċċ ma' Denisa Rohunova mir-Repubblika Ċeka, fejn il-Maltija kisbet rebħa oħra bir-riżultat ta' 3-0 (11-3/ 11-9/ 11- 7). Rohunova kienet klassifikata bħala t-tieni plejer fid-draws. Wara dawn iż-żewġ rebħiet, Galea kisbet post fis-semifinali, fejn kellha taffaċċja lil Alekasandra Surdziel mill-Polonja li kienet klassifikata fil- ħames post fil-'main draw'. Il-Maltija rebħet din il- logħba wkoll faċilment 3-0 (11-7/ 11-0/ 11-6). Għal- logħba finali, Galea kellha tilgħab kontra l-avversarja mir-Repubblika Ċeka, Hana Matouskova, li kienet klassifikata fl-ewwel post. Kimberley spiċċat rebħet il-finali wkoll fejn poġġiet lil Galea fl-ewwel post fil- kategorija tal-Under 19. Galea kisbet l-ewwel post f 'dawn iż-żewġ tournaments, u kienet sodisfatta ferm għaliex is- sagrifiċċji kollha li għamlet din is-sena swew għal xi ħaġa. Hija xtaqet tirringrazzja lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), u lil SportMalta tas-sapport li jtuha kontinwament, kif ukoll lill-kowċis tagħha Bradley Hindle Deguara u Ian Thomas. Galea tinsab fl-aħħar sena tagħha ġewwa Millfield School fl-Ingilterra, fejn tirrapreżenta lit-tim tal- bniet tal-iskola. Kimberley Galea xtaqet tirrangrazzja wkoll lil Harrow Sports, li jisponsorjawha. Kimberley Galea fuq il-podju fl-ewwel post Issir f 'Malta t-tieni laqgħa tal- European Professional Football Social Dialogue Taskforce ĠIET organizzata b'suċċess f 'Malta t-tieni laqgħa tal-European Professional Football Social Dialogue Taskforce. Il-laqgħa dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti minimi tal-kuntratti tal-plejers professjonali kellha kontinwazzjoni t-Tlieta 29 ta' Novembru 2016, f 'lukanda fil-Furjana u li fiha attenda r-rappreżentant tal-UEFA, Angelo Rigopoulos u l-imsieħba soċjali barranin rappreżentanti tal-ECA (European Clubs Association), tal-FIFPro, u l-EPFL (European Professional Football League) u kif ukoll amministraturi lokali f 'isem il-klabbs u l-MFPA f 'isem il-plejers. Din il-laqgħa, li saret bħala parti mid-Djalogu Soċjali imbuttat mill- Unjoni Ewropea fis-sena 2012, tmexxiet minn Norman Darmanin Demajo, President tal- Malta Football Association. Għaliha attendew ukoll, Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali, Chris Bonett, Kap tad-Dipartiment Legali u Governanza u Angelo Chetcuti li jidħol fil-kariga ta' Segretarju Ġenerali minn dan ix-xahar. Darmanin Demajo fetaħ din il-laqgħa u ta aġġornament tal- implentazzjoni li saret wara l-ewwel laqgħa tat-Taskforce li saret f 'Malta f 'Jannar tas- sena 2015. L-uffiċjali tal-MFA tennew dwar id-djalogu li seħħ bejn l-imsieħba kollha matul is-sena 2015 u r-riformi, fosthom il-Players Status Reform, li wasslet għal tibdil drastiku fir- regolamentazzjoni. Dan kien rifless fl-introduzzjoni tal- Players' Standard Contract u fil-kompożizzjoni u l-operat tal-korpi ġudizzjarji nterni fi ħdan l-MFA. Sussegwentament l-MFA ħolqot kumitat intern biex ikompli jiddiskuti l-progress dwar diversi temi importanti u fil-preżent l-imsieħba soċjali bdew jiddiskutu aktar emendi fejn hemm lok għal tibdil biex in-neċessitajiet tekniċi jkomplu jkunu implimentati għall-iżvilupp tal-logħba tal-futbol f 'Malta. Fost it-temi għad- diskussjoni lokalment, li wkoll issemmew fil-laqgħa tat-Taskforce, kien hemm it-Tribunali Indipendenti tal- Arbitraġġ u emendi oħra fil- Players' Standard Contract.