Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490
minn Veronica Lynn Mizzi L-ISTUDENTI li jitkellmu bl- Ingliż fid-djar tagħhom u mal-ħbieb, għandhom ċans li jmorru aħjar u jiksbu riżultati tajbin f 'suġġetti bħax-xjenza u l-matematika, iktar minn dawk li jitkellmu bil- Malti biss. Dawn il-fatti joħorġu minn rapport internazzjonali li jsir f 'diversi pajjiżi madwar id-dinja, fosthom Malta, dwar it- trends fl-Istudji Internazzjonali tal- Matematika u x-Xjenza. Ir-rapport, li huwa bbażat fuq informazzjoni miġbura fl-2015, sar fost l-istudenti li kienu jinsabu fit-tielet sena tas-sekondarja, b'total ta' 3,817 student fejn dawn wieġbu għal diversi mistoqsijiet kemm dwar l-andament tagħhom fil-klassi, kif ukoll l-isfond soċjali u familjari tagħhom. Għal-istess rapport, numru ta' għalliema tal-matematika u x-xjenza, kif ukoll numru ta' kapijiet tal-iskola irrispondew il- mistoqsijiet. F'dan ir- rapport irriżulta li fil-maġġoranza tal-pajjiżi li fih sar l-istudju, il- lingwa użata f 'testijiet tal-matematika u x-xjenza kienet il-lingwa nattiva tagħhom. Dan il-fenomenu mhux l-istess f 'Malta, hekk kif numru kbir ta' studenti jitkellmu kważi esklussivament bil-Malti, barra mill-klassijiet, iżda mbagħad, l-eżamijiet u l-modi differenti ta' assesjar, isiru bl-Ingliż. Dan jirrifletti fir-riżultati tal-istess studenti hekk kif dawk li f 'darhom jitkellmu regolarment bil-lingwa li bih isir it-test, jiġifieri bl-Ingliż, imorru aħjar fl- eżamijiet. Fil-matematika fil-fatt, studenti Maltin jiksbu riżultati aħjar skont kemm dawn ikunu jitkellmu bl-Ingliż f 'darhom. Id- differenza bejn ir-riżultati ma kinetx minima, hekk kif dawk li dejjem jitkellmu bl-Ingliż, kellhom bħala medja 511 punt, dawk li kważi dejjem jitkellmu bl-Ingliż ġabu 507 punt, 493 punt dawk li kultant jitkellmu bl-Ingliż u 479 punt dawk li qatt ma jitkellmu bl- Ingliż f 'darhom. Dan deher b'mod simili wkoll fejn tidħol ix- xjenza. Ir-rapport jindika kif l-istudenti tal-iskejjel indipendenti huma l-iktar li d-dar, jitkellmu bl-Ingliż dejjemjew kważi dejjem, b'66% tal-istudenti. Dan filwaqt li 24% tal- istudenti tal-iskejjel tal-istat, ma jitkellmu qatt bl-Ingliż f 'darhom. Kburin bil- professjoni u bis-suġġetti li qed jgħallmu Filwaqt li l-maġġoranza tal-għalliema tal-matematika u x-xjenza huma kuntenti bil-professjoni tagħhom, b'88% u 87% rispettivament, xorta waħda dawn l-għalliema jħossuhom li għandhom numru kbir ta' sfidi x'jaffaċjaw. Fil-fatt, fost numru ta' sfidi msemmija fir- rapport, l-għalliema tax-xjenza u l-matematika, fil-maġġoranza assoluta tagħhom, b'madwar 93% jaqblu li l-ikbar sfida illum | Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 Aħbarijiet 8 Titkellem bl-Ingliż id- dar? Se tmur aħjar fil- Matematika u x-Xjenza Mhux bilfors...imma hemm ċans ikbar 23% 75% 56% 32% 21% tal-istudenti qatt ma jieklu kolazzjon fil-ġranet tal-iskola tal-istudenti jħossu li l-għalliema tagħhom huma ġusti magħhom tal-istudenti jgħidu li l-Matematika tqabbadhom in-nervi tal-għalliema tal-matematika jemmnu li l-għalliema m'għandhomx spazju biżżejjed biex jaħdmu tal-kapijiet tal-iskola jħossu li l-bini tal-iskola mhux adegwat Kuntratt għal xahrejn jinbidel f 'wieħed perpetwu bi prezz ta' €2.2 miljun Minflok sejħa pubblika l-kwotazzjonijiet intbagħtu b'email lil kumpaniji speċifiċi Tkompli minn paġna 1 FL-ISTESS rapport jingħad li t-tmexxija tal-Forzi Armati, fost l-oħrajn, ippuntaw subgħajhom lejn emails li jdumu ma jaslu mingħand il-Minsteru tal- Finanzi jew is-Segretarju Permanenti, minħabba 'backlog' ta' emails. Imma dan mhux kollox. L-Awditur sab ukoll kif fil-25 ta' Awwissu 2011, il-Forzi Armati ta' Malta kienu ngħataw l-approvazzjoni mid-Dipartiment tal- Kuntratti għal Direct order ta' xiri ta' fuel. Kumbinazzjoni, eżatt fl-istess ġurnata tal-approvazzjoni, intagħżlet il-kumpanija li kienet se tissuplixxi servizzi ta' 'bunkering' għal perjodu massimu ta' xahrejn. Sa Marzu tal-2015, tliet snin u nofs wara u saż-żmien li dan it-tip ta' fuel kien għadu neċessarju, il-FAM kienu għadhom qed jagħmlu użu mill-istess kumpanija. Dan irriżulta fi ħlas ta' €2.2 miljun bejn il-perjodu Novembru 2011 u Marzu 2015. L-Awditur jinnota kif minkejja li l-maġġoranza tal-estensjonijiet lil dan il-fornitur partikolari kienu approvati, "li testendi ftehim għal perjodi sussegwenti xorta tfixkel il-kompetizzjoni bejn kumpaniji potenzjali." Dwar dan il-każ, it- tmexxija tal-FAM ikkonfermat l-estensjoni "ladarba kull attentat biex joħorġu t-tenders falliet." Imma anke dwar dan il- punt, l-Awditur jgħid li l-Uffiċċju kien infurmat biss bl-intenzjoni li toħroġ sejħa f 'Settembru 2014," u li sussegwentement ma kien hemm ebda risposta oħra dwar estensjonijiet. Żvelat ukoll fir-rapport tal- Awditur, ippubblikat aktar kmieni din il-ġimgħa, kien kif ix-xiri ta ta' petrol u diesel fl-2015 mingħand kumpanija lokali għall-valur ta' €48,385 sar permezz ta' emails. Intalbu wkoll kwotazzjonijiet minn kumpaniji speċifiċi, minflok b'talba pubblika fuq il-gazzeta tal-Gvern. "Mid-dokumentazzjoni li kienet preżentata, jirriżulta li l-kwotazzjoni (għall-prezz tat-tender) kienet mitluba bl- email minn lista ta' fornituri magħżulin. Dan fixkel it- trasparenza tal-proċess," qal l-Awditur dwar dan. Dwar dan, il-Forzi Armati ta' Malta (FAM) qalu li qed jeżekwixxu r-rakkomandazzjoni tal- Awditur u li issa ħarġu sejħa għal dan l-istess xiri ta' servizzi.