Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490
Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 | illum Sports 35 ipproduċa l-futbol Iżlandiż Aħna ppreparajna b'mod normali għall-Euro 2016 u morna hemmhekk mingħajr ħafna daqq ta' trombi. Iżda bħala plejers, minn dejjem konna nemmnu li stajna nikkwalifikaw mill-grupp li kien jinkludi wkoll lill-Portugall, l-Awstrija u l-Ungerija, kif finalment għamilna. Permezz ta' ħidma kbira u organizziazzjoni sħiħa, irnexxielna niksbu dak li ħafna ħasbu li kien impossibbli għalina li niksbu. Taħseb li bħala Iżlanda fil-futur qrib tistgħu tiksbu suċċess ikbar minn dak li ksibtu waqt Euro 2016, min jaf forsi fit-Tazza tad-Dinja tal-2018 fir- Russja? Għall-pajjiż żgħir bħall-Iżlanda li għamilnieha għal mal-aħħar tmienja ta' touranament maġġuri bħalma kien Euro 2016, kienet xi ħaġa tassew kbira. Iżda nemmen li jekk jirnexxielna nikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tar-Russja, din tkun xi ħaġa iktar storika u ta' trijonf ikbar għalina bħala tim. Din żgur li mhux se tkun xi ħaġa faċli għalina minħabba l-fatt li ninsabu fi grupp diffiċli jiġifieri Grupp I, li jinkludi wkoll il-qawwa tal-Kroazja, l-Ukrajna u t-Turkija. Madankollu, meta tikkunsidra l-għaqda u l-qawwa tat-tim tagħna, tassew nemmen li tabilħaqq nistgħu nagħmluha! Minn dak li taf fuq it-tim nazzjonali Malti, kif tqis il-livell tal-istess tim? Qabel il-logħba ta' ħbiberija li lgħabna nhar it-Tlieta 15 ta' Novembru li għadda, rajna xi filmati ta' dan it-tim li fihom rajna kemm l-istess tim irnexxielu jagħmel avvanzi tul l-aħħar snin. Huwa tim li kulma jmur iż-żmien qed jitjieb, waqt li jiddefendi tajjeb ħafna. Inżid ukoll li huwa tim organizzat u kumpatt ħafna fil-grawnd u diffiċli li tinfiltrah fid-difiża. Kif rajtu jevolvi l-futbol ġewwa l-Iżlanda matul il-medda tas-snin? Dejjem pruvajna ntejbuh matul is-snin u fejn l-ewwel bdejna bil- kampjonat domestiku, spiċċajna biex tejjibna wkoll il-livell tat-tim nazzjonali Iżlandiż, fejn għamilna passi ta' ġgant f 'dan l-aħħar diċenju. X'tikkummenta dwar il-livell tal- grassroots f 'pajjiżek? Għandna sistema organizzata, b'kowċis tal-ogħla livell sabiex kemm jista' jkun l-edukazzjoni kalċistika tkun waħda ta' kwalità minn età żgħira, biex eventwalment ma jkunx hemm diskrepanza bejn futbol taż-żgħażagħ għall-futbol tal-adulti. Bħala wieħed mill-pilastri ewlenin tat-tim nazzjonali Iżlandiż, kif qed tħares lejn il-futur tat-tim nazzjonali Iżlandiż u anki tal-futbol fl-Iżlanda b'mod ġenerali? Il-futur tat-tim nazzjonali Iżlandiż jidher wieħed sabiħ, iżda rridu nibqgħu saqajna mal-art u naħdmu pass pass. Vera li rbaħna lil timijiet importanti fosthom l-Ingilterra, iżda baqalna x'naqdfu. Iżda ovvjament, jekk toħlom b'xi ħaġa, tajjeb li taħdem għaliha. Għamilna l-aħjar li stajna biex nibnu l-pedament għall-futur, kemm f 'termini ta' stadia kif ukoll f 'faċilitajiet ta' swali tal-isport indoor, kif ukoll edukazzjoni mill-aqwa tal-kowċing, u dan kollu ħalla l-frott meħtieġ. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni taż- żgħażagħ fil-futbol qed tiżdied kulma jmur iż-żmien, u qed naraw ħafna plejers żgħar ta' talent, kemm subien kif ukoll bniet, li qed jagħmlu l-qabża f 'dak li għandu x'jaqsam ma' teknika fil-futbol. Taħseb li fiż-żmien li ġej Malta kapaċi tavvanza bħall-Iżlanda? Ovvjament li iva! Inħoss li f 'Malta hemm bżonn li jsir ħafna xogħol fil- livell taż-żgħażagħ sabiex ikun hemm bażi soda għall-futur. Ħa nduru issa għall-andament tat-tim li int tilgħab miegħu fl- Ingilterra, li sfortunatament, xejn mhu qed ikollhom staġun pożittiv fil- Kampjonat Barclays Premier, u żgur li se tkunu qed tiġġieldu biex tevitaw ir-relegazzjoni għaċ-Championship fi tmiem l-istaġun. X'tikkummenta rigward dan? Hekk hu, iżda nistqarr li għalkemm kellna bidu ta' staġun xejn favorevoli, sforz l-għaqda li hemm tirrenja fit-tim u anke l-kwalitajiet tagħna bħala tim, se jkun qed jirnexxielna nsalvaw u għalhekk inkomplu nilagħbu mal-elite tal-futbol Ingliż anke matul l-istaġun li ġej. Il-messaġġ finali tiegħek liż-żgħażagħ Maltin speċjalment biex jagħżlu li jmorru jilagħbu barra mill-pajjiż. Li tmur tilgħab barra mill-pajjiż huwa importanti, għaliex titgħallem ħafna. Tiżviluppa ħafna karatteristiċi li probabbilment lanqas tkun taf bihom, kemm bħala karattru kif ukoll fil- futbol. Twieled fit-8 ta' Settembru 1989 f 'Reykjavik, fl-Iżlanda, u għandu 27 sena. Huwa wieħed mill-aqwa plejers li qatt ipproduċa l-futbol Iżlandiż. Jilgħab fl-irwol ta' plejer ta' nofs il-grawnd u jispeċjalizza fis-set-pieces. Qabel ingħaqad ma' Swansea City, lagħab ukoll ma' Reading, Shrewsbury Town, Crewe Alexandra, 1899 Hoffenheim u Tottenham Hotspur. GYLFI SIGURDSSON "Jekk jirnexxielna nikkwalifikaw għat- Tazza tad-Dinja tar- Russja, din tkun xi ħaġa iktar storika u ta' trijonf ikbar għalina bħala tim, mhux faċli imma tassew nemmen li tabilħaqq nistgħu nagħmluha"