Illum previous editions

ILLUM 4 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Pembroke A ............... 0 Valletta ..................... 3 VALLETTA għelbu lil Pembroke Athleta bla tbatija bl-iskor ta' 3-0. Il-Beltin fetħu l-iskor fl- 14-il minuta meta xutt ta' Federico Matias Falcone ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper ta' Pembroke Athleta, u mir-rebound daħal tajjeb il-captain tat- tim nazzjonali, Michael Mifsud li tefa' l-ballun fix- xibka. Pembroke Athleta rrispondew fit-23 minuta permezz ta' freekick insidjuż tal-plejer mil- Maċedonja, Asani Djeljilj, li ġie newtralizzat mill- goalkeeper miI-Litwanja ta' Valletta, Dziugas Bartkus. Valletta reġgħu ħolqu l-periklu erba' minuti biss wara u kienu sfortunati li ma rduppjawx l-iskor meta xutt b'saħħtu minn ġol-kaxxa ta' Jhonnattann Benites Da Conceicao, stampa mal-mimduda. Il-Beltin komplew fuq l-offensiva u man-nofsiegħa logħob, Jhonnattann Benites Da Conceicao, għadda tajjeb lejn Federico Matias Falcone li minn quddiem Matthew Calleja Cremona ra lill-istess goalkeeper ta' Pembroke Athleta isalva tajjeb minn mal-art. Fit-58 minuta freekick tal-ispeċjalista Jhonnattann Benites Da Conceicao għal Valletta ġie salvat tajjeb minn Matthew Calleja Cremona. Valletta rduppjaw l-iskor fis-76 minuta permezz ta' freekick ċentrali mill-isbaħ ta' Santiago Malano, bil-ballun jaħbat maż-żewġ lasti qabel intemm ġewwa. Il-Beltin skorjaw it-tielet gowl fit-82 minuta permezz ta' freekick mill-isbaħ mil-lemin ta' Leandro Aguirre, li ma ta l-ebda ċans lil Matthew Calleja Cremona. Pembroke - A. Calleja Cremona, Eboh, Djeljilj, Barbetti, Levnaic, Bugeja (Borg 70'), Attard (Mariano 64'), Akuto, Eddin Arab, Shola Shodiya Haruna, Scozzese Valletta - Bartkus, Caruana, Camilleri, Malano, Mifsud (Dimech 88'), J. Borg (Cremona 70'), Falcone, Pani, Aguirre, Benites Da Conceicao (Fenech 82), Pericles Romao Referi - Clayton Pisani MICHAEL MIFSUD Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja l-ewwel gowl mit-tlieta ta' Valletta f 'din il-partita. Huwa l-ikona tal-futbol Malti hekk kif lagħab rekord ta' 123 logħba mat-tim nazzjonali Malti u skorja 40 gowl. Valletta jegħlbu lil Pembroke A. bla tbatija Delegazzjoni tal-ASMK f 'Berlin u llum ssir l-Enduro fil-Qrendi ILLUM, l-'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' (ASMK) se tkompli bl- attivitajiet mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2016/2017. Is-sezzjoni tal- muturi Enduro se tkun qed torganizza t-tieni attività ta' dan il-Kampjonat. Din it-tiġrija Enduro se ssir fil-Barriera tax-'Xagħra tal-Magħlaq' fil-limiti tal- Qrendi. Ir-reġistrazzjoni tibda fid-9am waqt li l-attività tibda fl-10am. Intant, wara l-ewwel attività Enduro li saret ix- xahar li għadda, il-klassifika Enduro issa hija miftuħa u fuq quddiem naraw lil Joseph Scicluna fuq mutur KTM segwit minn Matthew Gauci fuq mutur Sherco. Scicluna u Gauci huma segwiti minn James Zahra fuq mutur Yamaha u Bernard Sammut fuq mutur KTM rispettivament. L-Assoċjazzjoni bħalissa qed tkompli twettaq l-aħħar tħejjijiet fil-Kumpless Sportiv tagħha f 'Ta'Qali biex lejn tmiem din il-ġimgħa, dan jerġa' jinfetaħ għat-taħriġ tal- karozzi u l-muturi. Ix-xogħol jinsab fl-aħħar fażi tiegħu fejn kulma jonqos huma l-aħħar irtokki fil-korsa tal-karozzi waqt li fil-korsa tal-muturi jonqos biss li jinbena mill-ġdid l-istarting line f 'direzzjoni differenti. Is-Sezzjoni Autocross bħalissa għaddejja bl- iċċekkjar u l-ittestjar tal- karozzi qabel jibda l-istaġun. L-aħħar ġurnata li jistgħu jiġu ċċekkjati l-karozzi hija nhar is-Sibt 10 ta' Diċembru qabel issir l-ewwel attività. Intant, delegazzjoni tal-ASMK, ħadet sehem fil-Konferenza Annwali tal- Federazzjoni Internazzjonali tal-Muturi (FIM) li saret fil-Ġermanja fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Id-delegazzjoni tal-ASMK kienet iffurmata minn John Micallef - Viċi-President, Johann Pace - Segretarju Ġenerali u Manuel Camilleri - Kaxxier tal-Assoċjazzjoni. Is-Sibt 26 ta' Novembru, id-delegazzjoni attendiet l-Assemblea Ġenerali tal- FIM kif ukoll l-għada l-Ħadd attendiet għal ċerimonja tal-unuri taċ-Champions tad-dinja tal-Kampjonati FIM tal-Muturi. Wara l-esperjenza akkwistata s-sena li għaddiet meta l-ASMK organizzat f 'Malta l-Konferenza tal-FIM-Europe, id- Delegazzjoni preżenti fil-Ġermanja fil-Konferenza tal-FIM mondjali, offriet li torganizza f 'Malta din il- konferenza tal-FIM fis-snin li ġejjin. F'din il-konferenza jiġu ppremjati ċ-Champions mondjali tal-Muturi kollha kif ukoll jiġu onorati mill- FIM persuni distinti f 'dan il- qasam Mondjali tal-muturi. Naturalment, din il- konferenza hija fuq skala ferm ikbar minn dik tal- FIM-Europe minħabba li fiha jkun hemm rappreżentanza mill-pajjiżi tad-dinja kollha, b'madwar 1,100 ruħ bejn delegati, kompetituri u champions mondjali tal-Muturi tal- Kampjonati FIM, kif ukoll diversi persuni li jkunu se jiġu ddikjarati leġġendarji. Jidher li hemm interess qawwi li l-Konferenza tal-FIM tiġi f 'Malta tant li ser ikollna l-ewwel żjara minn delegat tal-FIM f 'Marzu li ġej biex jibdew it-taħdidiet dwar il-possibiltà li din il-konferenza tiġi organizzata f 'Malta għal sentejn konsekuttivi. Il-mira tal-ASMK hija għas-sena 2019 u 2020 minħabba li Andorra diġà huma mpenjati li jorganizzaw din il-konferenza għas-snin 2017 u 2018. Id-Delegazzjoni Maltija tal-ASMK f 'Berlin, fil-Ġermanja Ritratt: FIM Ritratt: Christine Borg Leandro Aguirre jikkontrolla l-ballun segwit minn plejer ta' Pembroke Athleta Ritratt: www.vallettafc.net

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2016