Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490
illum | Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 12 Aħbarijiet Thursday TVM 20:50 IL-MEXXEJ Laburista Ingliż Jeremy Corbyn kellu kliem iebes ħafna għall-partiti populisti fir-Renju Unit u madwar l-Ewropa li bħalissa qed jakkwistaw ċertu popolarità fil-kontinent. Waqt il-Kunsill tal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej huwa ddeskriva dawn il-partiti bħala "parassiti." "Dawn huma parassiti politiċi li qed jinqdew bit-tħassib tan-nies u l-kundizzjonijiet dejjem jeħżienu ta' uħud minn nies. Dawn il-partiti," kompla jgħid Corbyn f 'sentiment soċjalista u xellugi veru, "qegħdin jitfgħu l-ħtija fuq l-aktar nies vulnerabbli tas-soċjetà minflok joffru alternattiva ekwa biex nieħdu lura l-kontroll ta' ħajjitna mill-elite li jservu l-interessi tagħhom biss." Corbyn kompla jsostni li jekk il-partiti progressivi ma jiddiżassoċjawx lilhom infushom minn establishment politiku u ekonomiku fallut, "huma l-vuċijiet tal-lemin estrem u populist li se jimlew il-vojt." Intant, il-President tal- Partit tas-Soċjalisti Ewropej Sergei Stanishev sostna li "żmien il-paroli u żmien it-tixjir tal-bnadar issa spiċċa. Jeħtieġ naġixxu fuq l-inugwaljanzi, fuq il-faqar fuq id-drittijiet taż-żgħażagħ u jeħtieġ li naġixxu issa. Jekk ma nagħmlux dan nirriskjaw li nidhru bħala l-establishment." 'Il-lemin estrem huwa parassit' - Jeremy Corbyn L-iskandlu tal-Panama kixef ħafna... L-ISKANDLU tal-Panama Papers tefa' dawl fuq iktar minn ftehim dubjużi ma' pajjiżi terzi," saħqet il- Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista Roberta Metsola. "Tefa' dawl u żvela wkoll kif l-attivitajiet ta' ħasil ta' flus korrotti qed isir fuq skala industrijali. L-iskandlu tefa' wkoll dawl fuq is-sistemi finanzjarji sigrieti ta' politikanti ta' stati membri," Metsola, li kienet qed titkellem fil-Parlament Ewropew dwar il-ħasil tal-flus, sostniet li m'hemmx dubju li hemm bżonn li pajjiżi jiffaċċjaw u jindirizzaw din il-problema b'urġenza, għalkemm qalet ukoll li "jeħtieġ noqogħdu attenti li ma ninżlux fit-triq li nirfsu fuq is-sovranità tal-pajjiżi f 'materji ta' tassazzjoni." Robert Metsola L-esperjenza tax-xiri tiegħek fil-Pama, issa iktar eċitanti L-ESPERJENZA tax-xiri tiegħek fis-supermarket Pama, issa se titjieb u ssir iktar eċitanti, hekk kif il- kumpless espanda sabiex jinkludi fih ukoll ċentru kummerċjali b'għadd ta' ħwienet ġodda għall- konvenjenza tal-klijent. Iċ-ċentru kummerċjali ta' Pama ġie inawgurat nhar il-Ġimgħa li għadda mill-President Marie Louise Coleiro Preca. Dan huwa proġett ieħor tal- intraprenditur Paul Gauci, li kompla jespandi fuq is-supermarket Pavi ta' Ħal Qormi. Il-mistiedna għall-inawgurazzjoni kienu milqugħha mill-Kap Eżekuttiv tal-grupp, Charles Borg. Iċ-ċentru kummerċjali l-ġdid, li huwa l-akbar wieħed flimkien mas-supermarket, jinkludi ħwienet ta' ditti rinomati fl-oqsma tal-moda u tal-arredamenti għad-dar. Il-kumpless u supermarket għandu wkoll il-faċilità ta' għadd kbir ta' postijiet għall- parkeġġ, hekk kif minbarra li l-parkeġġ fuq barra huwa wieħed estensiv, wieħed jista' jsib ukoll parkeġġ taħt l-art. 'Tebgħa sewda fuq l-istorja ta' pajjiżna' IL-PRIM Ministru Joseph Muscat żar il-qabar fejn jinsab midfun is-Sur Raymond Caruana li nqatel f ' attakk vjolenti fuq il-każin tal-Partit Nazzjonalista 30 sena ilu. Dr Muscat fakkar din it- traġedja bi tqegħid ta' fjuri f 'riġlejn il-qabar tas-Sur Caruana. Il-Prim Ministru ilu snin isostni li dawn l-avvenimenti u l-qtil ta' Raymond Caruana u Karin Grech, fost oħrajn, huma tebgħa sewda fuq l-istorja ta' pajjiżna, u li flimkien għandna ningħaqdu biex qatt iktar ma jirrepetu ruħhom. Wara li snin ilu bħala Kap tal-Oppożizzjoni kien iltaqa' ma' membri tal-familja Caruana, il-Prim Ministru ħass li kien wasal iż-żmien, f 'dan l-anniversarju, li jagħti ġieħ lil vittma ta' aġir kundannabbli għall-aħħar li jappartjeni biss għall-passat ta' pajjiżna.