Illum previous editions

ILLUM 4 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 | illum Intervista 15 intom fit-triq, mhux aħna' tal-prietka tal-quddies, tat-taħdit taż-żgħażagħ f 'Paceville. Għalhekk, meta twarrab il-maġġoranza ta' dawn il-persuni kkwalifikati tkun, effettivament, qed tnaqqas ir- rappreżentanza tal-użi differenti ta' lsienna." 'Hu periklu kbir li tħalli bniedem mhux kwalifikat fil-Malti jieħu d-deċiżjonijiet' "Jekk min jiddeċiedi mhux se jkun kwalifikat fil-Malti, fuq liema kriterju se jkun qed jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu? Fuq impressjoni li jkollu, jew fuq gost li jkollu? Jew għax ikun iltaqa' ma xi ħadd li tah parir personali?" jistaqsi Micallef dwar il-kompożizzjoni tal- Kunsill kif propost. Għaldaqstant, jinsisti li fil-Kunsill, li finalment jittratta l-ilsien nazzjonali, "il- bniedem kwalifikat fil-Malti mhux biss għandu postu, imma għandu jkollu maġġoranza biex finalment, id-deċiżjoni aħħarija tittieħed fuq studju serju, kif dejjem sar, u skont qbil bejn l-entitajiet tal-Malti," bħalma f 'kumitat mediku tistenna li l-maġġoranza tan-nies ikunu tobba jew speċjalisti fil-qasam. Micallef jiddefinixxi l-Malti fil-ħajja tal-istudjużi bħala, "ħajjithom u l-karriera tagħhom." U għalhekk jistaqsi jekk, "ikollok persuna li fuq il-Malti taħseb għal ftit ġranet u tispiċċa f 'kariga li teħtieġ deċiżjoni, u bniedem li ħajtu ddedikaha lill-Malti u jrid jiddeċiedi l-istess każ, min taħseb li se jieħu l-aħjar deċiżjoni?" 'Il-ħidma tal-esperti fil-Kunsill hi kollha bla ħlas' Meta mistoqsi dwar il-liġi kif kienet sa issa, Micallef jgħid li din kienet taħdem tajjeb. Insista li l-membri "mhumiex nies li qed idaħħlu l-flus, qed jagħtu s-sehem tagħhom b'xejn. Immaġina għandek espert, u l-Kunsill jgħidlu li jrid l-għajnuna f 'xi studju li qed jagħmel. Meta jgħid, 'kollox sew', ifisser li dan qed jagħti sigħat sħaħ fil-ġimgħa ddedikati lill- kunsill, b'xejn, mingħajr mhu se jiggwadanja xi ħaġa. Jekk xejn, ikunu qed jaħlu l-ħin minflok jippubblikaw xogħol tagħhom," insista Micallef. Rigward l-armonija li ntlaqħet bejn l-għaqdiet tal-Malti bil-ħolqien tal-Kunsill, Micallef jgħid li din hija mhedda minħabba li se jerġa' jkun hemm iktar bidliet. "Il-Kunsill kiseb armonija li qabel ma kellniex. Għal dawn l-aħħar 10 snin, konna qed ngħidu għall-erwieħ, għax għandna ftit kwiet fil- Malti." 'Huwa inġust kif saret il-kritika dwar il-bdil fl-ortografija' Prodott tal-Kunsill f 'dawn l-aħħar snin, kien ktejjeb bid-deċiżjonijiet meħuda dwar l-ortografija fil-Malti, li wara ħafna snin iddeċieda kif għandu jinkiteb ċertu kliem, u b'hekk qata' l-ħafna varjanti li kien hawn. "Fid- Deċiżjonijiet, kien hemm min sab żewġ kelmiet, bħall-kelma 'skont,' u weħel fuqha, imma mbagħad ma semmiex mijiet ta' termini oħra li fl-aħħar ġew deċiżi. Il-kittieba u l-pubblikaturi fl-aħħar qalu għall- erwieħ li issa għandhom gwida fuqiex jimxu, u fuq dawn il-kelmiet fl-aħħar inqatgħu l-kwistjonijiet." Iżid jgħid li meta l-Kunsill jiġi attakkat fuq kelma waħda, dan huwa inġust. "Huwa inġust li tattakka l-Kunsill dwar kelma waħda li ħolqot kontroversja, meta dan solvielek tant problemi oħra. Jiġifieri naqqas il-kontroversja fuq il-maġġoranza assoluta tal- kliem, u hemm min baqa' jtambar fuq l-eċċezzjoni." Wara snin ta' ħidma ma' diversi entitajiet, finalment, jgħid Micallef , "intlaħqet ċerta armonija fil-ħidma bejniethom." Żied jgħid li l-Kunsill sar punt ta' referenza fejn tidħol il-lingwa, u dan wara li fiż-żmien kien hemm nuqqas ta' qbil kbir bejn u fi ħdan numru ta' entitajiet tal- Malti. Minkejja dan, jgħid li issa, "ix-xitan deffes denbu, u issa hija ħasra kbira. B'dawn l-argumenti tal-emendi, qisna qed nitkellmu fuq lingwa li lanqas hi stabbilita. Jekk jgħaddu l-emendi kif proposti, se jiġu effettwati l-kittieba, l-għalliema, u diversi oqsma oħra dipendenti fuq il-Malti." 'Huwa ovvju ħafna li lill-Ministru, mar ikellmu xi ħadd...' Micallef żied jgħid li l-inkwiet tagħhom huwa għal kulħadd, "aħna m'aħniex inkwetati għalina, għax finalment, il-Malti se jibqa' jimxi, imma hija ħasra kbira jekk ma nitkellmux u dawn l-emendi jibqgħu mexjin mingħajr konsultazzjoni magħna." Saħaq li huwa ovvju ħafna li xi ħadd li ma jafx il-Malti mar ikellem lill-Ministru, "fil-fatt, dan jidher mill-ammont ta' żbalji li kien hemm" fl-ewwel dokument li ħareġ dwar il-bidla fil-Kunsill. "Il- Ministru mexa fuq bniedem li ma jafx il-Malti u qed jagħtih il-pariri." Minħabba li Micallef qal li l-Kunsill kien qed jaħdem b'mod tajjeb, il-mistoqsija tiġi waħedha, u l-gazzetta tistaqsi, mela għalfejn ġew proposti dawn il-bidliet? Għal dan, il-Kap tad- Dipartiment tal-Malti fl-Università, jgħid, "din mhix mistoqsija li trid issir lili imma direttament lill- Ministru. Aħna jew il-Kunsill ma wrejna l-ebda xewqa li jkun hemm xi tip ta' tibdiliet, la kollox kien qed jaħdem tajjeb." Għaldaqstant, il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti temm bl-appell liż- żewġ naħat tal-Parlament, biex f 'xi ħaġa fundamentali bħall-ilsien Malti, tingħata l-aqwa kunsiderazzjoni, serjetà, u professjonalità, u tirrenja l-loġika. Ritratt: James Bianchi Bernard Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2016