Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490
illum Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 Sports 32 FIL-JIEM li għaddew, ġiet fi tmiemha d-29 edizzjoni tal-Open Internazzjonali tad-Darts f 'Malta fejn xejn inqas minn 358 parteċipant ikkompetew fuq tlett ijiem għall-erba' unuri għad-dispożizzjoni. Għall-ewwel darba wara nuqqas ta' snin, wieħed mil-unuri ntrebaħ mil- pari tal-irġiel Maltin, Norbert u David Attard. Fil-kompetizzjoni tal- individwali tal-irġiel, il- finali kienet ikkontestata minn Dave Prins u Paul Williams tar-Renju Unit fejn Williams ġie nkurunat champion b'rebħa ta' 6-2 fil-finali u medja impresjonanti ta' 94.80. Fi triqtu għall-unur, Williams elimina lill-plejer Malti Gordon Stanmore 4-3 fir-rawnds ta' 128 u lill-plejer irrenkjat numru wieħed fid-WDF, Darius Labanauskas tal- Litwanja 4-2 fil-kwarti tal-finali. Ma jistax jonqos li ma nsemmux lil żewġ plejers lokali li kellhom prestazzjoni tajba f 'din il-kompetizzjoni fejn Andy Keen safa eliminat fil-kwarti tal-finali 4-3 ma' Carlo Van Cleef tal- Olanda u Albert Scerri mar pass oltre fejn ġie eliminat minn Dave Prins fis-semi-finali 5-2. Fiż- żewġ rawnds preċedenti Scerri elimina żewġ seeds, Sven Wens tal-Belġju li kien irrankjat fin-numru 3 u Barry Zander tal-Olanda li kien irrankjat fin-numru 11. Fil-kompetizzjoni tal- individwali tan-nisa, il-pronostiċi qabel il-bidu tat-tournament kienu jippuntaw lejn rebħa oħra taċ-Champion renjanti, Ann-Kathrin Wigmann tal-Ġermanja imma din ġiet eliminata fil-fażi tal- aħħar 16 minn Sas Bode tar-Renju Unit. It-titlu ntrebaħ minn Christine Readhead fejn fil-finali għelbet lil Kaz Kirkby b'rebħa faċli ta' 4-0. Ta' min isemmi wkoll li fil-fażi tal-finali kellna kompetitriċi Maltija, Tracy Chambers, fejn tilfet bl-iskor ta' 3-1, fil-fażi tal-aħħar 16 mal-finalista Kirkby. Fil-kompetizzjoni tal-pari, Lorraine Woodrow u Sarah Chick tar-Renju Unit għelbu lil Kaz Kirkby u Kaytee Bispham 4-1. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, saret il- kompetizzjoni tal-pari tal-irġiel fejn quddiem folla numeruża, l-aħwa Norbert u David Attard għelbu lil Dave Prins tar-Renju Unit u Wayne Halliwell ta' Ċipru 4-1 fil-finali, b'Norbert jagħlaq skor ta' 94 u 154. Wara l-finali ħadna l-kummenti ta' David Attard fejn staqsejnieh x'kien ifisser dan l-unur għalih bir-risposta tiegħu tkun din: "Huwa unur sabiħ ħafna kemm għalina bħala plejers imma anke għall-Maltin kollha. Meta tilgħab ma' plejers bħal dawn ta' fama mondjali li tkun xbajt issegwihom fuq it-televixin u tispiċċa b'rebħa u prestazzjoni tajba ħafna timlik bil- kuraġġ għax wara kollox, kulħadd jaf li aħna pajjiż żgħir u limitat. Kif jgħidu ċ-ċirasa fuq il-kejk kien il-fatt li rnexxieli nirbaħ dan l-unur ma' ħija li huwa unur għall-familja tagħna." Il-Malta Darts Association xtaqet tirringrazzja lil kull min kien ta' għajnuna f 'dan l-Open - minn membri tal-kumitat għall-plejers u partitarji, waqt li assigurat li x-xogħol diġà beda biex il-kompetizzjoni tas- sena d-dieħla tkun ikbar u aħjar. L-Assoċjazzjoni xtaqet ukoll tirringrazzja lil kull min ta donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund Foundation waqt l-Open peressli din il-kompetizzjoni kienet ta' sapport lil din il- fondazzjoni bil-programm ta' 'Solidarjetà bl-Isport'. Għal aktar informazzjoni, ritratti u vidjos, wieħed jista' jżur il-paġna ta' Facebook u ta' YouTube tal-Malta Darts Assocation. RIŻULTATI Individwali tal-Irgiel L-aħħar 16 Labanauskas, Darius- LIT 4-1 Littlecott, Colin- ENG; Williams, Paul-ENG 4-0 Upton, Greg-ENG; Attard, Norbert-MLT 2-4 Keen, Andy-MLT; Davis, Joe-ENG 0-4 Van Cleff, Carlo-NL; Wens, Sven- BEL 1-4 Scerri, Albert- MLT; Zander, Barry-NL 4-2 Jackson, Charlie-ENG; Head, Sam-ENG 3-4 Prins, Dave-ENG; Stoner, Craig-ENG 0-4 Hogan, Paul-ENG Kwarti tal-finali Labanauskas, Darius-LIT 2-4 Williams, Paul-ENG; Keen, Andy-MLT 3-4 Van Cleff, Carlo-NL; Scerri, Albert-MLT 4-2 Zander, Barry-NL; Prins, Dave- ENG 4-2 Hogan, Paul- ENG Semi-finali Williams, Paul-ENG 5-4 Van Cleff, Carlo-NL; Scerri, Albert-MLT 2-5 Prins, Dave-ENG Finali Williams, Paul-ENG 6-2 Prins, Dave-ENG Individwali tan-Nisa L-aħħar 16 Wigmann, Ann-Katrin- GER 2-3 Bode, Sas-ENG; Johnson, Gerry-ENG 1-3 Smith, Sue-ENG; McLoughlin, Cheryl-ENG 3-2 Paine, Mary-ENG; Kirkby, Kaz-ENG 3-1 Chambers, Tracy-MLT; Readhead, Christine-ENG 3-1 Collins, Paula-ENG; Perkins Robbins, Carol- ENG 1-3 Chick, Sarah- ENG; Kallen, Nathalie-SUI 1-3 Thame, Stacey-ENG; Hogan, Angela-ENG 1-3 Byo, Kirsten-DEN Kwarti tal-finali Bode, Sas-ENG 0-3 Smith, Sue-ENG; McLoughlin, Cheryl-ENG 1-3 Kirkby, Kaz-ENG; Readhead, Christine-ENG 3-2 Chick, Sarah-ENG; Thame, Stacey- ENG 2-3 Byo, Kirsten-DEN Semi finali Smith, Sue-ENG 0-3 Kirkby, Kaz-ENG; Readhead, Christine 3-1 Byo, Kirsten-DEN Finali Kirkby, Kaz-ENG 0-4 Readhead, Christine-ENG Pari tal-Irġiel Semi-finali N.Attard/D.Attard 3-0 B.Milkins/Z.Quinn; D.Prins/W.Halliwell 3-0 S.Head/C.Jackson Finali 1 N.Attard/D.Attard 4-1 D.Prins/W.Halliwell Pari tan-nisa Semi-finali S.Goebel/A.Wigmann 0-3 L.Woodrow/S.Chick; K.Bispham/K.Kirkby 3-1 B.Gabriel/S.Moldenhauer Finali L.Woodrow/S.Chick 4-1 K.Bispham/K.Kirkby Riżultati pożittivi għall-plejers Maltin fil-Malta Darts Open 2016 Ir-rebbieħa tal-pari tal-irġiel flimkien ma' David Agius Ritratt : Marpics Photography