Illum previous editions

ILLUM 4 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 | illum Sports 33 DWARNA ma' Mariella Dimech kull nhar ta' Tlieta fid-21:00 fuq TVM2 Hamrun Liberty u 9 Ball Cafè jirbħu l-ewwel unuri tal-istaġun l-Pool HAMRUN Liberty A kisbu r-rebħ tal-ewwel unur tal-istaġun tal- Pool meta fil-finali tal-Heineken Team Knockout, riżervata għat- timijiet tad-diviżjonijiet Premier u l-Ewwel Diviżjoni, għelbu lit-tim ta' Domus Kids bl-iskor ta' 10-7. It-tim rebbieħ kien kompost minn Duncan Pisani, Jason Agius, Dylan Cassar, Dejan Grech, Rudolph Gellel, Johan Attard, Ray Caruana, Marius Gatt, Kevin Mercieca u Joseph Grima. Fil-finali tal- kompetizzjoni riżervata għat-timijiet tat-Tieni u t-Tielet Diviżjoni, it-tim ta' 9 Ball Cafè kiseb rebħa konvinċenti ta' 10-6 fuq it-tim ta' Hamrun Liberty B. Din kienet it-tieni sena konsekuttiva li t-tim mill-Qawra kiseb ir-rebħ ta' dan l-unur. It-tim rebbieħ kien kompost minn Tony Zahra, Ranier Felice, Ivan Farrugia, Marlon Bugeja, John Zammit, Stanley Muscat, Edric Grech, James Fenessy, Joseph Psaila u Ivan Bonello. Dawn il- kompetizzjonijiet ġew organizzati mill-Malta Pool Associaiton u ġew ġentilment sponsorjati minn Heineken. It-tim ta' Ħamrun Liberty A It-tim ta' 9 Ball Cafè Marsa St Michael fi l-quċċata tal-Kampjonat tal-MAFA JEKK nagħtu ħarsa lejn dak li qed jiġri s'issa f 'dan il-Kampjonat tal-MAFA magħmul minn disa' timijiet, wieħed jista' jieħu idea li Marsa St Michael u Valletta St Paul's għandhom ikunu fost il-protagonisti prinċipali għar-rebħ ta' dan il-kampjonat. Dawn tal-aħħar għandhom rekord perfett hekk kif rebħu l-logħbiet kollha li lagħbu, b'Marsa l-ewwel però b'logħba aktar mill-istess Beltin. Dawn tal-aħħar għandhom l-aqwa attakk bi 18-il gowl skorjat. Il-Marsin u l-Beltin għandhom ukoll ir-rekord tal-aqwa difiżi hekk kif qalgħu biss żewġ gowls filwaqt li fuq in-naħa l-oħra, Valletta Stars huma l-iktar tim li qala' gowls, għoxrin b'kollox. Minkejja kollox, sorpriża pożittiva ta' dan il-kampjonat huma Santa Lucia Falcons li fl-ewwel staġun tagħhom fil-MAFA diġà kisbu tliet rebħiet minn erba' logħbiet u jinsabu waħedhom fit-tielet post tal-klassifika. Mqabba Albions kellhom s'issa kellhom bilanċ assolut f 'dan l-istaġun hekk kif rebħu tnejn u tilfu fi tnejn oħra. Interessanti l-fatt li hemm erba' timijiet b'erba' punti b'Senglea Gunners, Tal- Qroqq Versity, Fleur de Lys CFK u Qormi Hotspurs. Bir-rebħa li kisbu Valletta Stars fl-aħħar konfront tagħhom, in-naħa t'isfel tal- klassifika se tiżvolġi f 'waħda ferm interessanti. It-tim ta' Marsa St Michael li jinsab l-ewwel l-Kampjonat tal-MAFA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2016