Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490
minn John Busuttil IX-XAHAR ta' Diċembru u l-festa tal-Milied saru parti mill-Kalendarju Għawdxi, fejn l-avvenimenti organizzati mill-kumitat ta' 'Milied f 'Għawdex' immexxi mill-Ministeru t'Għawdex joħnoq dan ix- xahar. Presepji ħajjin, kunċerti, parata tal-Milied, villaġġi tal-Milied, Milied mat- tfal, purċissjonijiet bil- bambin, wirjiet ta' presepji, pasturi u anke filatelija tal-Milied u bla dubju Betlem f 'Għajnsielem li jibda mill-11 ta' Diċembru sat-8 ta' Jannar bil-wasla tat- tliet slaten Magi li tagħlaq l-avvenimenti kollha tal- Milied f 'Għawdex. Iżda din is-sena se jkun organizzat għall-ewwel darba f 'Għawdex Festival Internazzjonali tal-korijiet minn 14-il kor fosthom tmien korijiet Għawdxin, mill-Italja, Estonja u l-Ungerija. Dawn se jipparteċipaw fi tliet villaġġi, fil-Bażilika ta' San Pietru u San Pawl tan-Nadur, fil-Bażilika tal-Bambina tax-Xagħra u fir-Rotunda tax-Xewkija. Dan il-festival Internazzjonali tal-korijiet għandu jkun opportunità unika għall-pubbliku in ġenerali li jiddeverti jisma' repertorju ta' kanzunetti tal- Milied u għanjiet tal-Milied fil-qalb ta' tliet villaġġi tipiċi Għawdxin. Din l-attività korali f 'Għawdex dejjem kienet karatterizzata fil-villaġġi Għawdxin speċjalment f 'dawn il-festi natalizji. U dawn saru parti mill- arkitettura urbana ta' Għawdex li tant huma kburin bil-bażiliki tagħhom, koppli u kampnari. Kull komunità Għawdxija kważi ħolqot il-kor tagħha sew tat- tfal kif ukoll tal-kbar. Kien għalhekk li l-kumitat ta' 'Milied f 'Għawdex' iddeċieda li jagħti aktar sens lill-korijiet Għawdxin billi l-livell jogħla anke b'parteċipazzjoni ta' korijiet Ewropej. U dan se jipprovdi opportunità kbira lill- korijiet Għawdxin li jkunu jistgħu jqabblu kemm għolew fil-livell tagħhom f 'dawn l-aħħar snin meta jikkompetu ma' korijiet Ewropej. Kien b'hekk li Euro Art Productions (Italy) u Leon Promotions (Malta) ingħaqdu biex jikkreaw l-ewwel Festival Internazzjonali tal- Korijiet f 'Għawdex (Gozo International Choir Festival). Iż-żewġ kumpaniji għandhom esperjenza kbira li jorganizzaw avvenimenti internazzjonali fuq dan il-livell sew lokalment kif ukoll f 'pajjiżi varji Ewropej. Permezz ta' dan il-festival, il-Ministeru għal Għawdex se jgħolli l-livell ta' dawn il-festeġġjamenti tal-Milied f 'Għawdex u fl-istess waqt ikompli jkabbar il-kultura mużikali Għawdxija u jinkoraġġixxi kuntatt b'saħħtu ma' pajjiżi oħra Ewropej. Dan il- festival se jibda l-Ġimgħa 9 ta' Diċembru f 'żewġ villaġġi fl-istess ħin, dik tan-Nadur u tax-Xagħra. Iż-żewġ kunċerti jibdew fis-6.30 pm u f 'kull bażilika jieħdu sehem sitt korijiet differenti li jkantaw l-aqwa kanzunetti mir-repertorju tagħhom u anke għanjiet tal-Milied għal dawn iż- żminijiet. Il-finali se ssir nhar is-Sibt 10 ta' Diċembru fir-Rotunda tax-Xewkija fis-6.30 pm, u hawn se jieħdu sehem tmien korijiet differenti. Id-dħul għal dawn il-kunċerti hija bla ħlas. Il-korijiet li se jieħdu sehem huma • Aurora Youth Choir – Gozo • Regina Angelorium Choir – Gozo • Soldanella di Brentonico Choir - Italy • Gaulitanus Choir - Gozo • Rello Choir - Estonia • Laudate Pueri Choir - Gozo • La Presolana Choir – Italy • Voci Angeliche Choir - Gozo • Family Singers Vocal Ensemble Choir - Hungary • Piccole Stelle Choir - Gozo • Laudamuus Choir - Italy • Magnificat Choir - Gozo • Crammer Company of Singers Choir – UK • Chorus Urbanus – Gozo Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 | illum Għawdex 13 IRBAĦ il-ktieb Agħżel ir-riposta it-tajba u idħol ċ-ċans li tirbaħ dan il-ktieb: Kemm-il ktieb hemm s-sensiela 'F'qiegħ l-abbiss'? ❏ 2 ❏ 4 ❏ 5 Ibgħat ir-risposta tiegħek sad-9 ta' Diċembru f 'dan l-indirizz: MediaToday, Irbaħ ktieb ma' BDL, Vjal ir-Rihan, San Ġwann, SĠN 9016 ippubblikat minn BDL Liżbetta - F'qiegħ l-abbiss I Isem: Numru tat-telefown: Lokalita': Milied f'Għawdex Festival Internazzjonali tal-korijiet • 14-il kor minn 5 pajjiżi differenti fosthom 8 korijiet Għawdxin Dati u ħinijiet ta' Betlehem f 'Għajnsielem Il-Ħadd 11 ta' Diċembru 3.30 – 8.30 p.m. It-Tlieta 13 ta' Diċembru 2.30 – 7.30 p.m. Is-Sibt 17 ta' Diċembru 4.30 – 8.30 p.m. Il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2.30 – 7.30 p.m. It-Tlieta 20 ta' Diċembru 9.30 a.m – 12.30 p.m. L-Erbgħa 21 ta' Diċembru 9.30 a.m – 12.30 p.m. Il-Ħadd 25 ta' Diċembru 3.30 p.m. – 8 p.m. It-Tnejn 26 ta' Diċembru 2.30 p.m. – 7.30 p.m. Is-Sibt 31 ta' Diċembru 2.30 p.m. – 7.30 p.m. Il-Ħadd 1 ta' Jannar 3.30 p.m. – 8 p.m. Is-Sibt 7 ta' Jannar 4.30 p.m. – 8.30 p.m. Il-Ħadd 8 ta' Jannar 2 p.m. – 8 p.m. Wieħed mill-korijiet li se jikkompetu Betlehem f 'Għajnsielem