Illum previous editions

ILLUM 4 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 Aħbarijiet 10 minn John Busuttil WARA li s-sit illum.com. mt żvela kif il-Gvern Tajlandiż raħħas l-ispejjeż relatati mal-viża b' €30, liema roħs ingħata lil 19-il nazzjonalità oħra, kienu bosta li għamlu kuntatt ma' din il-gazzetta u sostnew li huwa fatt stramb li għal xi raġuni Malta u l-Maltin għandhom bżonn viża biex jidħlu t-Tajlandja. Meta 22 pajjiż mill-Unjoni Ewropea m'għandhomx bżonn viża filwaqt li nofs tużżana biss mill-UE huma obbligati li jkollhom, fosthom Malta tqajjimlek ftit ta' kurżità. L-uniċi pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li huma fil-bżonn tal-viża meta jivjaġġaw lejn it-Tajlandja huma: Bulgarija, Litwanja, Latvja u r-Rumanija li ġejjin mill- blokk tal-Ewropa tal-Lvant, Ċipru li tinsab fil-Lvant u l-uniku pajjiż mill-Punent hu Malta. Din il-gazzetta talbet lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin spjegazzjoni għaliex Malta hi fost in-nofs tużżana li għandhom bżonn viża u mhux mat-22 pajjiż Ewropew li m'għandhomx bżonnha. Iżda r-risposta ma waslet qatt, sakemm morna għall-pubblikazzjoni. Malta, barra li flimkien ma' Ċipru huma l-uniċi pajjiżi Mediterranji li għandhom bżonn viża, jingħaqdu mal- Bhutan, iċ-Ċina, l-Etjopja, l-Indja, l-Użbekistan, il- Mauritius fost 19-il pajjiż li għandhom bżonn viża anke għal 15-il ġurnata. Il-Malti jrid il-viża għat-Tajlandja imma 22 pajjiż Ewropew m'għandhomx bżonnha Il-Gvern Tajlandiż raħħas il-viża, imma l-Maltin fost il-ftit li jeħtieġu viża biex jidħlu t-Tajlandja Mixja fuq it-Tieqa tad-Dwejra taf issallbek b'multa ta' €1,500 KULL min jinqabad jimxi jew jaqbeż mill- monument naturali Għawdxi tad-Dwerja se jaqla' multa ta' €1,500. Dan tħabbar mill-Ministru għall- Ambjent José Herrera lbieraħ filgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet hekk kif ħarġet ordni ta' nfurzar mill-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi, ġimgħa wara li partijiet mid-Dwejra bdew jaqgħu hekk kif raġel qabeż għall-baħar. Għalhekk l-Awtorità iddeċidiet li ħadd ma jista' jimxi, jixxabbat jew jaqbeż minn fuq id-Dwejra u min jinqabad jagħmel dan, ikollu jaffaċċja multi ta', mill-inqas, €1,500. Din l-ordni se tkun valida sa Ġunju tas-sena d-dieħla, meta mbagħad ikun hemm leġiżlazzjoni permanenti. Se jitwaħħlu sinjali ta' twissija u se jkun impjegat xi ħadd illi se jkun qed idur u jissorvelja ż-żona. Dwar dan, il-Ministru Herrera qal li pajjiżna għandu biex ikun kburi li minkejja l-qies ġeografiku tiegħu, proporzjonalment għandu fost l-aktar siti ta' Natura 2000. Huwa qal li f 'Lulju li għadda, ħatar il-Kumitat tad-Dwejra sabiex jibdew il-ħidma tagħhom biex fost affarijiet oħra jkunu jistgħu jassistu fl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni mmirati lejn l-immaniġġjar tal-biodiversità tas-sit. Kunċett ġdid għall- Kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida GĦALL-EWWEL darba, il-Kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida, li kull sena jiġi organizzat mill- Kunsill Malti għall-Arti flimkien mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta' Malta, se jittella' nhar il-31 ta' Diċembru 2016, fit- tmienja u nofs ta' filgħaxija f 'Dar il-Mediterran għall- Konferenzi, il-Belt Valletta. Waqt it-tnedija tal- kunċert fil-Palazz ta' Sant' Anton, Maria Blanco mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta' Malta qalet li din is-sena l-kunċert għandu kunċett ġdid: fejn minbarra li se jkun twil siegħa u mingħajr intervall, ingħatat attenzjoni partikolari għar-repertorju magħżul, li se jkun varjat b'siltiet klassiċi u siltiet minn musicals popolari. Annabelle Stivala mill- Kunsill Malti għall-Arti spjegat li dan il-kunċert huwa ideali biex dawk preżenti jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom ta' Lejlet l-Ewwel tas- Sena, biċ-ċans li wara jmorru jgawdu ċ-ċelebrazzjonijiet kbar li jiġu organizzati fil-Belt Valletta. Dan il-kunċert se jkollu bħala mistiedna ewlenija lis- Soprano Maltija Nicola Said, filwaqt li l-orkestra se tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast internazzjonali, Dionysis Grammenos li kien f 'Malta f 'Ottubru meta mexxa il-Junge Philarmonie Wien. Il-President ta' Malta rringrazzjat lill-Kunsill Malti għall-Arti u lill-Orkestra Filarmonika ta' Malta talli għal sena oħra ħadu f 'idejhom l-organizzazzjoni ta' dan il-kunċert. Irringrazzjat ukoll lil Nicola Said u lis- Surmast Grammenos li se jkomplu jżidu l-prestiġju ta' dan il-kunċert. Il-President irringrazzjat ukoll lil dawk kollha li se jattendu, li se jgawdu serata ta' mużika mill-aqwa, filwaqt li jgħinu biex jinġabru fondi b'risq il- mijiet ta' Maltin u Għawdxin li ta' kuljum jirrikorru għand il-Malta Community Chest Fund Foundation għall- għajnuna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2016