Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490
illum | Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 Opinjoni 20 Ir-Ripetizzjoni f 'Xarabank I l-programm Xarabank (TVM) għandu problema fejn jidħlu t-temi li qed jagħżel minn ġimgħa għall-oħra. Minbarra r-ripetizzjonijiet (eż. temi dwar l-ipnosi), Xarabank, minħabba li jasal fi tmiem il-ġimgħa jispiċċa jeżawrixxi suġġetti li jkunu investigati diġà matul il-ġimgħa fi programmi oħra ta' diskussjoni fuq id-diversi stazzjonijiet. Id-defiċit ta' Xarabank għandu x'jaqsam mal-kontenut kulturali. Il- programm jippreferi l-banalizazzjoni u s-sensazzjonaliżmu. Dan ifisser li l-prodott qed jinbiegħ a spejjeż tal- edukazzjoni popolari. Xarabank jorbot ħafna wkoll fuq episodji ta' gwaj u traġedji li seħħew lill-persuni tad-demm u l-laħam bi ksur indinjituż tal-etika. Aktar imwiet fit-triqat Fl-ewwel ħdax-il xahar tal-2016, kien hemm 22 mewt traġika fit-triqat Maltin, li diġà jinsabu fi stat prekarju. Dan issemma' tul il-programm Mhux Għax Jimpurtani (Net TV). Disgħa minn dawn l-imwiet seħħew bil- muturi, żieda fuq is-sena li għaddiet (2015). Tabib li jservi fit-Taqsima tal- Emerġenza għamel lista tal-kawżi tal-aċċidenti tat-traffiku. Identifika dawn ir-raġunijiet; (a) l-alkoħoliżmu; (b) l-aljenazzjoni; (ċ) il-veloċità; (d) l-użu tal-mobile waqt is-sewqan u (e) in-nuqqas ta' esperjenza. Importanti li tiddaħħal is-sistema ta' tnaqqis ta' punti mil-liċenzja għal min jikkommetti reati tat- traffiku. Il-vjolenza domestika Fil-programm Life & Style (Net TV) Josef Bonello u Marbeck Spiteri stiednu membri tal-Appoġġ biex jagħtu pariri dwar każijiet ta' vjolenza domestika. Il-maġġoranza vasta ta' dan it-tip ta' aggressjoni isseħħ fuq in-nisa. Fil-panel kien hemm ukoll min tkellem dwar kunċetti żbaljati dwar din iċ-ċirkostanza. Eżempju, mhux minnu li mara li titlaq mid- dar minħabba theddid u vjolenza fiżika se titlef id-dritt fuq id-dar matrimonjali. L-avukat irreġistra li diversi għases tal-pulizija huma "għajjenin" wisq. Parir ieħor tiegħu hu li meta jseħħ rapport lill-pulizija, il-vittma għandha tieħu magħha lil xi ħadd bħala xhud. Life & Style se jkompli b'din il- materja fil-ġimgħat li ġejjin. Ta' min jgħid li t-Times Online irrappurtat li 47% tal-Maltin jaħsbu li r-rapporti min-nisa dwar l-istupru huma eżaġerati. Forsi Life & Style jista' jelabora dwar dan ir-rapport. Voice of the voiceless Din hi konferenza b'wirja bl- annimali li saret fil-Lukanda Corinthia fit-18 ta' Novembru. L-avveniment kien hemm warajh il-membru parlamentari Ewropea Marlene Mizzi tal-grupp soċjalista. Mizzi hi animatriċi appassjonata favur id-drittijiet tal-annimali: hi l-presidenta tal-Kumitat favur l-annimali fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Mizzi qalet lil TVM li d-drittijiet tal- annimali se jkunu tema importanti matul il-presidenza ta' Malta tal- Unjoni Ewropea. IL-MPE Maltija żvelat kif, 'il bogħod mill-għajn, għad hemm ħafna krudeltà mifruxa madwar l-Ewropa: semmiet krudeltà kontra l-annimali matul it-traġitti; il-mod ta' kif jinqatlu l-annimali f 'inħawi bħar- Rumanija u b'mod klassiku, il-ġlieda biex titwaqqaf il-corrida fi Spanja. IL-MPE appellat biex l-annimali domestiċi ma jingħatawx bħala rigali fil-festi, bħal dawk tal-Milied. Lil hinn mill-hekk imsejħa Brussels Bubble hemm ħafna x'isir kontra l-moħqrija tal-annimali u kif jingħataw leħen bi dritt. Luchino Visconti: 40 sena wara mewtu Ir-RAI fakkar l-erbgħin sena mill-mewt tar-reġista famuż b'dokumentarju li nħadem meta Visconti għalaq 90 sena. Visconti hu magħruf għad-drama soċjali relatata mal-problemi tal-integrazzjoni. Fost il-films famużi tar-reġista Taljan hemm La terra trema (1948) u Rocco e is suoi frattelli (1960), fost oħrajn. Hemm ukoll La caduta degli dei (1969) u Morte a Venezia (1971), ibbażat fuq ir-rumanz klassiku famuż ta' Thomas Mann. Ma rridux ninsew ukoll Il Gattopardo (1963) mibni fuq ir-rumanz ieħor klassiku ta' Giuseppe di Lampedusa. Visconti ħoloq kontroversja b'temi li missew l-omosesswalità u l-pedofelija, meta dawn is-suġġetti kienu għal kollox tabù. Ir-reġista miet bi trombosi li għall-ewwel ħallietu nofsu paralizzat u mbagħad qerditu. Bħala reġista, id-direttur minn Milan kien jgħid lill-atturi tiegħu: "Irrid nara lill-personaġġ, mhux lill- attur." Visconti kien "skopra" l-omosesswalità tiegħu meta f 'Pariġi spiċċa taħt l-influwenza ta' Renoir. Lejn l-aħħar ta' ħajtu, Visconti dar għall-ġeneru tal-opra lirika. Dan tar-RAI kien omaġġ dinjituż ieħor għal artist distint. L-Arabja Sawdija tħarrax il- bestjalità Londra u Washington huma notorji għall-appoġġ politiku sħiħ li jagħtu lill-familja rjali tal-Arabja Sawdija, magħrufa għas-salvaġiżmu ta' kif tikkastiga lil dawk li jopponu l-oppressjoni tagħha kontra min hi tipperċepixxi li huma għedewwa 'terroristi' tagħha. Intesa kif fil-bidu ta' din is-sena, l-Arabja Sawdija eliminat 47 ċittadin tagħha, kif ukoll Eġizzjan u Chadjan li kienu ta' 'theddida' għall-monarkija u l-gvern. Dan il-qtil spettakolari seħħ ftit jiem biss wara li Amnesty International ħabbret li fl-2015 l-Arabja Sawdija qatlet 151 persuna, l-akbar numru li nqatlu f 'dawn l-aħħar għoxrin sena. L-Amnesty akkużat lill-Arabja Sawdija b'assassinji bl-addoċċ. Ma' dawk imneħħija, kien hemm il- mexxej reliġjuż Xijta Nimr al-Nimri, kleriku li żgur li ma setax ikun akkużat 'b'terroriżmu'. Filwaqt li l-familja Sawdija qabblet lil dawk iġġustizzjati mal-ISIS, il-Ħiżbollaħ, ibbażati fil-Libanu, sostnew li Nimr al-Nimri kien bniedem tal-paċi li dejjem tkellem favur il-ġustizzja u favur il-jeddijiet tal-monoranzi. Londra u Washington baqgħu kompletament passivi biex ma jikkompromettux ruħhom kontra l-familja Sawdija. Biss, il-kuntratti tal-bejgħ tal-armi lill-Arabja Saqwdija baqgħu jiġu ffirmati. MARIO AZZOPARDI Xarabank: formola li xjaħet