Illum previous editions

ILLUM 4 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 | illum Sports 29 FIL-LIGA Spanjola, Barcelona u Real Madrid temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1 bil-gowl għal Barcelona jasal minn Luis Suarez fit-53 minuta, waqt li Real Madrid ġabu d-draw drammatiku permezz ta' Sergio Ramos fid-90 minuta. Intant, fil-Kampjonat Barclays Premier fl- Ingilterra, Chelsea dawru telfa f 'rebħa meta barra minn darhom fl-Etihad Stadium għelbu lil Manchester City bl-iskor ta' 3-1, bil-gowls għalihom jaslu minn Diego Costa, Willian u Eden Hazard. Min-naħa l-oħra, kienu Manchester City li fetħu l-iskor permezz ta' awto- gowl tad-difensur ta' Chelsea, Gary Cahill fil-45 minuta. Tajjeb ngħidu li Manchester City spiċċaw il-logħba jilagħbu b'disa' plejers meta tkeċċew għalihom Sergio Aguero u Fernandinho fid-90 minuta. Crystal Palace ġewwa darhom għelbu lil Southampton bl-iskor ta' 3-0, bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Christian Benteke u gowl uniku minn James Tomkins. Stoke City ġewwa darhom għelbu lil Burnley bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Jonathan Walters u Marc Muniesa. Sunderland ukoll ġewwa darhom għelbu lil- Leicester City bl-iskor ta' 2-1, bil-gowls għalihom jaslu minn awto-gowl tal- plejer tal-Foxes, Robert Huth, u gowl ieħor minn Jermain Defoe. Min-naħa l-oħra l-gowl uniku għall- Foxes wasal minn Shinji Okazaki fit-80 minuta. Tottenham Hotspur ġewwa darhom f 'White Hart Lane għelbu lil Swansea City bl-iskor kbir ta' 5-0, bil-gowls għalihom jaslu minn żewġ doppjetti ta' Harry Kane u Christian Eriksen u gowl uniku minn Heung-Min Son fil- 45 minuta. WBA ġewwa darhom għelbu l-isfuda ta' Watford bl-iskor ta' 3-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Jonny Evans, Chris Brunt u Matthew Phillips, bil- gowl uniku għal Watford jasal minn Christian Kabasele fis-60 minuta. Tajjeb ngħidu li Watford spiċċaw il-logħba jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Roberto Pereyra fl-84 minuta. L-ebda rebbieħ bejn Barcelona u Real Madrid u Chelsea jdawru telfa f 'rebħa RIŻULTATI Kampjonat La Liga FIXTURES Is-Sibt 3 ta' Diċembru Barcelona vs Real Madrid 1-1 Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 3 ta' Diċembru Manchester City vs Chelsea 1-3 Crystal Palace vs Southampton 3-0 Stoke City vs Burnley 2-0 Sunderland vs Leicester City 2-1 Tottenham H. vs Swansea C. 5-0 WBA vs Watford 3-1 Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 14:30 AFC Bournemouth vs Liverpool 17:00 Everton vs Manchester United It-Tnejn 5 ta' Diċembru 21:00 Middlesbrough vs Hull City Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 12:30 AC Milan vs Crotone 15:00 Lazio vs Roma 15:00 Pescara vs Cagliari 15:00 Sampdoria vs Torino 15:00 Sassuolo vs Empoli 20:45 Fiorentina vs Palermo It-Tnejn 28 ta' Novembru 19:00 Chievo Verona vs Genoa 21:00 Udinese vs Bologna Sergia Ramos jiċċelebra wara li skurja l-gowl tad-draw fl-aħħar minuti tal-logħba Antonio Conter, il-moħħ wara r-riżultati pożittivi li qed jiksbu ċ-Chelsea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2016