Illum previous editions

ILLUM 4 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 24 Kummerċjali / Pjazzetta Fil-Ħemda tal-Lejl Din l-avventura ħelwa toħodna fin-North Pole, ġol-kamra tal-ikel, fil- kastell ta' Santa Klaws, fil-ġranet viċin il-Milied, u tlaqqagħna ma' Ġonġol, Fixu, Aga, Venut, Pina u Doru, li huma uħud mill- għefieret, jew kif nafuhom aħna bl-Ingliż, 'elves'. Dawn tal-aħħar jinsabu mħabbta sewwa, għax Father Christmas; jew aħjar FC, kif isejħulu huma; qabbadhom biex jaħdmu bla waqfien sabiex ilestu ammont ta' ġugarelli ħalli jkunu jistgħu jitqassmu lit-tfal ta' madwar id-dinja fil-lejl tal-Milied. Waqt il-ħidma ta' dawn l-għefieret nibdew niskopru l-karattri differenti tagħhom, u nindunaw li wħud minnhom huma pjuttost imqarbin. Hemm min jinsa ħafna, min jinki u jinbex lill-għefieret oħra, min jikkmanda lil sħabu u min moħħu biex inaqqar xi biskuttina 'l hemm u 'l hawn. Iżda dawn il-karattri lkoll jafu li bħal kull sena oħra, Father Christmas ikun qed jifli sewwa xogħolhom, biex jara min jistħoqqlu li jmur miegħu fuq is-sleġġa tal-Milied din is-sena ukoll; bħala premju tal-ħidma tagħhom. B'hekk kultant ħin, naraw ukoll lil Santa Klaws, jinżel idur mal- għefieret biex jara kif inhu miexi x-xogħol. Matul is-serata ta' ħidma tagħhom, l-għefieret jintebħu li mhux ser ilaħħqu max-xogħol kollu li għandhom, għalhekk, bosta drabi jitolbu l-għajnuna tat-tfal mill-udjenza biex jgħinuhom ilestu fil-ħin. Din l-għajnuna tieħu forma ta' logħob differenti, fejn ikunu jistgħu jipparteċipaw nies differenti mill-udjenza. Ovvjament, biex jidħlu fl-ispirtu ħieni tal-Milied, l-għefieret iħobbu ikantaw ukoll, u b'hekk kultant ħin, ser nisimgħuhom ikantaw diski relatati ma' dan iż-żmien partikolari, u mal-ħidma tagħhom. Apparti minn hekk, l-għefieret iħeġġu lit-tfal li sejrin jingħaqdu magħhom għal din l-avventura, sabiex jiktbu l-ittri tagħhom lil Father Christmas u jġibuha magħhom. Dan għaliex ser ikun hemm mument partikolari matul is-serata fejn jinqraw uħud mill-ittri li jkunu irċevew l-għefieret. Din il-produzzjoni hija mtellgħa minn CentreSTAGE f 'kollaborazzjoni ma' Spazju Kreattiv. Il-kitba hija fdata f 'idejn Paul Ellul li ħadem ferm vicin CentreSTAGE u Tiziana Calleja biex tinħoloq storja bħal din, fejn it-tfal u l-familji jidħlu f 'dinja tal- immaġinazzjoni u għaliex le, tinżamm l-innocenza tat-tfal. Il-kast jinkludi wċuh familjari bħal Genevieve Darmanin, Johanna Galea, Christine Marie Saliba, Abigail Borg, Lino Barbara, Kieran Agius, Rochelle Grech u oħrajn, li ilhom jifformaw parti minn CentreSTAGE għal ħafna żmien. Min jaf jekk hux ser ilaħħqu jlestu xogħolhom dawn l-għefieret; u min minnhom ser ikollu ix-xorti li jmur fuq is-sleġġa ma' Father Christmas biex jgħinu jqassam ir-rigali tal-Milied? Biex tiskopru dan, u iktar, ingħaqdu ma' dawn l-għefieret tant ħelwin mill-20 sat-23 ta' Diċembru, u mis-26 sat-30 ta' Diċembru 2016, fit-8:00 ta' filgħaxija; fit-teatru tal-Kavallier ta' San Ġakbu, il- Belt Valletta, fit-8 ta' filgħaxija. Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn www.kreattivita.org; Tfal - €10, Adulti - €15, żewġ adulti u żewġt itfal - €45, adult u żewġt itfal - €30. HSBC joffri Wi-Fi b'xejn lill-klijenti fil-fergħat tiegħu Bħala parti mill-impenn biex itejjeb l-esperjenza tal-klijent fil-fergħat tiegħu, il-Bank HSBC Malta qed joffri s-servizz ta' internet bil-Wi-Fi mingħajr ħlas fis-26 fergħa tiegħu. Issa, klijenti li jżuru kwalunkwe fergħa tal-HSBC ser ikunu jistgħu jużaw l-internet fuq il- mobajls u laptops tagħhom permezz tas-sistema Wi-Fi. Daniel Robinson, il-Kap tar-Retail Banking u Wealth Management (RBWM) ta' HSBC Malta, qal "Din il- bidla tenfasizza l-impenn tagħna lejn żewġ affarijiet li huma tassew għal qalbna. Li nagħmlu l-esperjenza tal-klijent fil-fergħa tagħna l-aqwa possibbli, u li ntejbu s-servizzi diġitali li noffru għaliex nafu kemm dawn qed isiru importanti. Konxji li l-klijenti dejjem qed jiġru wara l-ħin, u għalhekk il-fatt li qed noffrulhom l-internet waqt li qegħdin għandna ser tgħinhom ħafna." Hu żied jgħid: "L-istaff tagħna ser ikun jista' jassisti lill-klijent biex jinstallaw il-mobile banking app tagħna permezz tas-servizz tal-internet bil- Wi-Fi. Sa mill-bidu tagħha, l-app kisbet popolarità kbira u l-klijenti issa jistgħu jgħaqqdu d-device tagħhom fil-fergħat tagħna u l-kollegi tagħna jistgħu jiggwidawhom x'għandhom jagħmlu biex iniżżlu l-app u jinkitbu mingħajr ħlas. L-impjegati tagħna dejjem huma disponibbli meta jkun hemm bżonn però nemmnu wkoll li permezz tas-servizzi diġitali tagħna nistgħu ngħinu lill- klijenti jinqdew bil-bżonnijiet bankarji tagħhom f 'ħin li hu konvenjenti għalihom." HSBC nieda l-mobile banking app f 'Lulju 2014 u mill-ewwel kienet suċċess mal-klijenti. Fil-fatt, fi żmien qasir, saret waħda mill-iktar apps tas- servizzi finanzjari li tniżżlet f 'Malta. It-transazzjonijiet diġitali qed jaqbżu sew il-miljun fis-sena hekk kif il-klijenti ta' HSBC Malta qed jagħmlu l-aħjar użu mill- konvenjenza u s-sigurtà tas- servizz bankarju diġitali, li qed jingħata mingħajr ħlas. L-app tista' titniżżel minn Apple Store għal dawk li għandhom iPhone u iPad, u Google Play għal dawk li għandhom Android smartphones.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2016