Illum previous editions

ILLUM 4 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 | illum SPORTSillum 27 minn Cristian Antony Muscat Tarxien R ................... 1 St Andrews ................ 1 FIL-KONFRONT bejn Tarxien Rainbows u St Andrews irrenja bilanċ assolut hekk kif dawn iż-żewġ timijiet temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1. Tarxien Rainbows fetħu l-iskor fid-19-il minuta meta Alex Da Paixao Alves avvanza tajjeb qabel xeħet cross perfett lejn Emersom Marcelina li min-naħa tiegħu ndirizza l-ballun permezz ta' daqqa ta' ras lejn Julian Galea, li baqa' dieħel fil-kaxxa u permezz ta' xutt fil-baxx tefa' l-ballun wara l-goalkeeper żagħżugħ ta' St Andrews, Jake Galea. St Andrews irrispondew fit-32 minuta permezz ta' xutt minn barra l-kaxxa ta' Kyrian Nwoko li ntemm barra. Sitt minuti wara, is-Saints kienu sfortunati li ma ġabux l-iskor indaqs meta minn cross minn fuq ix-xellug, għola tajjeb Ziga Kastrevec li iżda ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jintemm ftit għoli mil-lasti tal- goalkeeper tar-Rainbows, Andrea Cassar. Kien biss fil-65 minuta li ġiet innutata l-ewwel azzjoni denja ta' nota fit- tieni taqsima meta Alex Da Paixao Alves xeħet cross tajjeb lejn Daniel Ponce De Leon Garcia li minn quddiem Jake Galea naqas milli jagħmel kuntatt mal- ballun. St Andrews irrispondew fil-75 minuta meta Dale Camilleri kellu xutt minn tarf il-kaxxa li għadda għoli. Fil-81 minuta St Andrews rebħu penalti meta Matthew Tabone waqqa' lil Ivan Paz fil- kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu l-captain Joseph Farrugia li iżda ra t-tentattiv tiegħu jistampa mal-mimduda. Fid-90 minuta, St Andrews skorjaw gowl drammatiku biex ġabu l-iskor indaqs permezz ta' xutt imdawwar minn minn barra l-kaxxa ta' Enmy Manuel Pena Beltre. Tarxien R. - Cassar, Galea (Brincat 90'), De Leon Garcia (Micallef 76'), Nilsson, Marcelina, Fernandez Prendes, Baker, Da Paixao Alves, Zammit, Zammit, Borg (Agius 60') St Andrews - Galea, Pena Beltre, Bakmaz, Camilleri, Che Bong Won, Farrugia, McKay (Walker 83'), Udoh (Belacevic 63'), Kastrevec (Darmanin 63'), Paz, Nwoko Referi - Malcolm Spiteri EMERSON MARCELINA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aqwa plejer f 'din il-partita. Fil-passat riċenti, lagħab ukoll ma' Floriana u Birkirkara. Bilanċ assolut bejn Tarxien R. u St Andrews Alex Da Paixao Alves jipprova jgħaddi l-ballun minn bejn saqajn il-captain ta' St Andrews, Joseph Farrugia Ritratt: Christine Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2016