Illum previous editions

ILLUM 4 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

L -avventura Iżlandiza fil- UEFA Euro 2016 kienet meqjusa bħala miraklu sportiv mid-dilettanti kollha tal-futbol. Iżda, fil-ftit kliem li ħa tkunu qegħdin taqraw, ħa taraw kif fil-verità, l-apparenza ta' din il-gżira f 'tournament daqshekk prestiġjuż, ma kinitx kumbinazzjoni, iżda frott ta' ħafna proġetti effiċjenti li wasslu sabiex l-Iżlanda tpoġġi saqajha fuq wieħed mill-akbar pjattaformi importanti fl- isfera tal-futbol internazzjonali. Erba' snin ilu kienu qegħdin fil-133 post fir-rankings uffiċjali tal-FIFA, iżda taħt it-tmexxija tal-kowċ, Lars Lagerback, irnexxielhom jitilgħu xejn inqas minn 100 post 'il fuq biex qabel il-UEFA Euro 2016, kienu jinsabu fit-33 pożizzjoni. Iżda t-telgħa tagħhom, ma waqfitx hemm, għaliex wara l-manifestazzjoni, issa jinsabu fil-11-il post! Progress eċċellenti grazzi għall-investiment kbir li sar fil-livell tal-grassroots u anke fil-kowċing, li eventwalment wittew it-triq għall-bażi soda fil-kamp tal-futbol Iżlandiż. Wieħed mis-sigrieti tal-Iżlanda huwa l-investiment fil-faċilitajiet sportivi. Minħabba l-fatt li ġewwa l-Iżlanda, it-temperaturi huma pjuttost l-oppost ta' dak li nsibu f 'Malta, inbnew ħafna kumplessi sabiex isiru sessjonijiet ta' taħriġ ġewwa, fejn barra minn hekk, iż-żgħażagħ u anke t-tfal jitħarrġu f 'ambjent iżjed magħluq, familjari u faċli li tikkomunika fih. Biex nagħtu perspettiva, wieħed minn dawn il-kumplessi ġie użat sabiex jospita kunċert tal-kantant ferm popolari kanadiż, Justin Bieber, jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq spazji ferm imdaqqsa u adekwati sabiex jintlagħab futbol propja, 11 kontra 11. Il-mistoqsija fuq fomm kulħadd ġewwa l-Iżlanda iżda hija, kemm se jdum dan kollu? Dan l-hekk imsejjaħ miraklu sportiv huwa fatt li ġara b'kumbinazzjoni jew verament proġett intelliġenti? Fattur li diġà semmejna huwa l-investiment fil-kowċing. Plejers ta' etajiet minuri, ta' ħames u sitt snin diġà qegħdin jiġu kkowċjati minn kowċis li għandhom ċerti kwalifiċi u dan huwa kollu bżonnjuż, għaliex iż-żgħar jiġu mrawma b'ċertu dixxiplina, anke dik edukattiva, li prattikament tħaffef il-proċess tal-qabża minn tifel għal żagħżugħ, u minn żagħżugħ għal adult. Biex nagħtu eżempju, sabiex kowċ jikkowċja timijiet ta' taħt it-tmien snin, għandu bżonn nofs il-Liċenzja UEFA B, mentri biex jikkowċja timijiet ta' taħt l-għaxar snin jew iżjed, għandu bżonn il-Liċenzja B. Eventwalment, dan kollu nżiduh mal-livell tal-plejers li dejjem jogħla u li ta' etajiet żgħar, bejn 16 u 18-il sena dejjem qegħdin jiġu mħeġġa jmorru għal provi barra minn pajjiżhom ma' timijiet ta' stoffa fl- aqwa Kampjonati Ewropej, bħal kif għamlu Gylfi Sigurdsson ma' Reading u Kolbeinn Sigthorrsson ma' Arsenal u Real Madrid - żewġ plejers, li kienu fl-iskwadra tat-23 fl-ispedizzjoni ġewwa Franza. Ħafna mill-plejers tal- Iżlanda, huma diġà stabbiliti madwar l-Ewropa u għalhekk, l-avventura tagħhom ġewwa Franza, ma tantx kienet sorpriża, għaliex wara ċertu żmien tilgħab ġewwa l-Ingilterra, l-Italja jew Franza, żgur li ħa tkun kapaċi tirfina l-logħba tiegħek, treġġi l-pass ma' timijiet u plejers avversarji u eventwalment il-livell tal-futbol jogħla awtomatikament grazzi għal dawk il-fatturi. Sabiex nieħdu spunt mill-partiti tagħhom, l-iżjed waħda li għamlet ħoss kienet ir-rebħa ta' 2-1 fuq l-Ingilterra. Għal kulħadd kienet sorpriża, iżda meta tanalizza sewwa l-partita, tista' tara sew kemm it-tim li lagħab l-isbaħ futbol kien propju dak tal-Iżlanda. Tattikament kien duttilu, kellu l-paċenzja jistenna, kien kapaċi jimponi l-logħba tiegħu meta kien neċessarju u kien anke kuraġġuż li joħroġ għajn ma' għajn ma' tim iżjed kwotat. Fl-aħħar mill-aħħar, din serviet bħala lezzjoni ta' futbol għall- Ingilterra. X'taħseb li kien is-sigriet ta' dan is- suċċess enormi miksub sa issa mill- Iżlanda? Ir-raġuni ewlenija għas-suċċess tagħna mhix marbuta ma' fattur wieħed biss, iżda ħafna affarijiet żgħar magħqudin f 'daqqa. Il-fatt li plejers Iżlandiżi jmorru jilagħbu barra mill-pajjiż sa minn età żgħira huwa importanti ħafna. Fattur ieħor huwa dak li t-tim tagħna ilu magħqud flimkien għal żmien twil ħafna, fejn ħafna minna ilna flimken saħansitra sa mit-timijiet ta' taħt is-16-il sena. Barra minn hekk, il-livell tal-kowċing tagħna huwa ċertament wieħed mill-fatturi ewlenin tas-suċċess kbir li ksibna riċentament. Dan hekk kif sa min età żgħira, il-plejers tagħna jiġu ttrenjati minn kowċis ikkwalifikati. Huma għamlu xogħol mill-aqwa, mhux biss billi kisbu l-badges fuq sidirhom bħala kwalifiċi iżda wettqu ħafna xogħol fis- skiet u tgħallmu ħafna minn timijiet oħra barranin. Iddeskrivi l-avventura meraviljuża u storika tagħkom bħala tim nazzjonali tal-Iżlanda waqt Euro 2016. illum | Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 Gylfi Sigurdsson - wieħed mill-aqwa plejers li qatt ipproduċa l-futbol Iżlandiż u li kien tassew strumentali biex it-tim nazzjonali Iżlandiż jikseb suċċess inkredibbli waqt Euro 2016 matul is-sajf li għadda, tant li wasal sal-kwarti tal-finali, fejn kien biss mill-qawwa ta' Franza li safa eliminat. Sports 34 Fost l-aqwa plejers li qatt ipproduċa Cristian Antony Muscat "Għall-pajjiż żgħir bħall-Iżlanda li għamilnieha għal mal-aħħar tmienja ta' tournament maġġuri bħalma kien Euro 2016, kienet xi ħaġa tassew kbira"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2016