Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490
illum | Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 Intervista 14 'Il-Malti tagħmluh intom L -Ilsien Malti huwa essenzjali fil-ħajja ta' kuljum hekk kif għall-maġġoranza tal-Maltin, huwa l-għodda prinċipali li biha jikkomunikaw. Jaf l-għeruq tiegħu minn żminijiet imbiegħda, bl-Għarbi jkun il-bażi, u lingwi oħra taw is-sehem tagħhom, u ġew magħġuna flimkien, biex illum il- ġurnata għandna l-lingwa tagħna. Minkejja dan, l-iżvilupp tal-lingwa għadu għaddej u jibqa' għaddej ġaladarba l-lingwa hija waħda ħajja. Minħabba f 'hekk, spiss jiġi kkritikat l-influss ta' kliem ġdid fil-Malti partikolarment mill-Ingliż. Għal dawn l-aħħar snin, l-entità li kienet tiddiskuti u tikkonsulta dwar żvilupp u tibdil tal-lingwa Maltija, kien il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, u minkejja kollox, din kienet tiffunzjona tajjeb, tant li fost l-oħrajn, ħarġu għadd ta' deċiżjonijiet dwar kliem u l-kitba tagħhom fil-Malti. Minkejja dan, għal dan il-Kunsill, qed jiġu proposti emendi sabiex jinbidel fost l-oħrajn il-format u l-kompożizzjoni tal-kunsill, bil-possibbiltà li saħansitra jkun hemm maġġoranza ta' nies fil-Kunsill li ma jkunux kwalifikati fil-Malti. Dwar dan u dwar l-iżvilupp tal-Malti, din il-gazzetta tkellmet mal-Kap tad- Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta, Bernard Micallef, li wera t-tħassib tiegħu għal dawn l-emendi kif proposti. 'Il-Malti mhux tagħna imma tagħkom' Spiss tisma' nies li jikkritikaw l-introduzzjoni ta' kliem bl-Ingliż fil-Malti partikolarment bil-mod kif jinkitbu. Saħansitra, jkun hemm min jgħid li minħabba f 'hekk, tkun qed qed tintilef l-identità nazzjonali. Dwar dan, il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fi ħdan l-Università iwieġeb li l-identità unika tal-Malti nħolqot għax il-Malti tant għadda minn bidliet li ma baqax Għarbi u beda jiddistingwi ruħu bħala lingwa għalih. "Dak li ssejjaħlu identità ġie bil-bidla, għax daqskemm il-bidla tista' tħassarlek identità, tista' wkoll tibnihielek, u hekk ġara, il-Malti inbena." Ikompli jikkummenta li, "niggosta dawk in-nies li jgħidulek, hemm bżonn taraw x'tagħmlu fil-Malti. It-tweġiba tiegħi hi li l-Malti mhux tagħna, imma huwa tagħkom. It- tieni ħaġa, mhux x'hemm bżonn nagħmel jien li qed nistudja x'tagħmel int, imma x'hemm bżonn tagħmel int u l-bqija tas-soċjetà. Jekk in-nies jagħżlu din ir-rotta, min jiena jien biex ngħidlek le, titkellimx hekk?" 'Jekk tkun deċiżjoni għal kulħadd, inkun inġust' Waqt konferenza dwar l-awtiżmu organizzata ġimgħat ilu, sar appell minn persuna li tbati mill-awtiżmu li qalet li l-Malti m'għandux jibqa' rekwiżit sabiex persuna tidħol l-università ladarba l-Malti mhux 'essenzjali' għall-kors, għaliex kif sostniet hi, ħafna persuni awtistiċi jitkellmu biss b'lingwa waħda, u allura jkollhom jistennew sakemm ikollhom 23 sena, u jidħlu bħala mature students. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-Kap tad-Dipartiment tal-Malti x'inhi l-opinjoni tiegħu. Micallef beda billi qal li ma jaqbilx mal-idea li l-Malti 'mhux essenzjali' għal xi tip ta' kors. "Il- livell bażiku tal-lingwa nazzjonali huwa importanti biex tużah fil- kitba u fit-taħdit tiegħek tul ħajtek meta tinteraġixxi soċjalment." Iżid jgħid li huwa żbaljat "li tinsisti li għandek bżonn l-Ingliż biss meta qed tgħix f 'pajjiż li huwa bilingwi. Jekk tneħħi l-Ingliż, il-Malti jibda jbati, u jekk tneħħi l-Malti, viċi versa, għax tkun qed tattakka l-kompetenza lingwistika fit-tnejn li huma. F'moħħna drajna li ż-żewġ lingwi jaħdmu flimkien, u allura din il-ħila bilingwi se tmissha jekk dejjem kienet tagħna? Hekk qed nirraġunaw, qed nikkalkulaw x'se nibdew inqaċċtu minn dak li dejjem kien tagħna?" Dwar il-fatt li dawk li jridu din it- tneħħija huma persuni bl-awtiżmu, Micallef jgħid li f 'kundizzjonijiet bħall-awtiżmu hemm spettru sħiħ ta' każijiet partikolari, u allura ma tistax taqbad u tgħid li għal dawn il-persuni kollha jgħoddu l-istess deċiżjonijiet. "Bniedem li jaqa' f 'dan il-grad ta' awtiżmu, mhux neċessarjament tista' tqabblu ma' persuna oħra li taqa' fi grad ieħor." Bernard Micallef ikompli jgħid li fil-preżent l-Università għandha bord li jiddiskuti każ b'każ kull persuna bi ħtiġiet speċjali li tapplika għall-Università. Dan il-bord, li jqis kull każ għalih, "jikkonsulta l-esperti, għax jiena min jien biex ngħid iva, il-Malti jitneħħa għal kull każ? B'hekk inkun qed naqbad persuni oħrajn bl-awtiżmu u nkun qed inpoġġihom fl-istess kategorija, u ngħid li dawn ma ħaqqhomx li jkollhom it-tieni lingwa għax mhux se jlaħħqu mal-bilingwiżmu." Micallef ikompli jgħid li din tista' toħloq diskriminazzjoni, għaliex "hekk inkun qed niddikjara li kull min għandu din il-kundizzjoni mhux kapaċi għall-bilingwiżmu." Semma wkoll kif kien hemm studenti passati li kienu awtistiċi u li temmew il-kors b'suċċess u bir-rekwiżiti kollha, u għalhekk din tibqa' kwistjoni li tiddependi mill- każ individwali. L-istudjuż tal-Malti maqtugħ min- nies? Kritika li spiss tisma' fir-rigward tal-Kunsill tal-Malti hi li dan huwa tal-istudjużi biss u dawn jiddeċiedu għal kulħadd, bil-premessa tal- 'huma' u 'aħna'. Għal dan, il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti qal li, "dan huwa fattwalment żbaljat. Fil-fatt, attwalment, il-Kunsill għandu fih rappreżentanti minn oqsma differenti. Dan huwa pożittiv għaliex meta qed titkellem fuq il-lingwa nazzjonali, se tkun qed taffettwa lil kulħadd." Minkejja dan, din il-gazzetta staqsiet kemm huwa minnu li studjuż tal-Malti huwa f 'kuntatt mill-qrib ma' dak li jiġri u jingħad fit-toroq. Għal dan, Micallef qal li n-numru u l-kwalità tat-teżijiet li saru fis-soċjolingwistika biss diġà juri kemm l-istudent u t-tutur tiegħu jaħdmu fil-komunità. "Hemm teżijiet fuq id-djaletti, u meta qed ngħidu djaletti, mhux qed nitkellmu fuq it-teorija tagħhom, imma fuq djaletti parikolari bħal dawk tan-Nadur." Għaldaqstant, Micallef jistaqsi, "jekk it-tutur qed imexxi teżi bħal din, taħseb li dan ma marx jirriċerka fuq dan?" Dwar dan, ikompli jgħid li dan huwa eżempju reali tar-riċerkatur li ma jaħdimx biss f 'uffiċċju imma jmur fil-qasam, u jiġbor din l-informazzjoni. 'Il-problema tinħoloq meta nies kwalifikati fil-Malti jiġu f 'minoranza fil- Kunsill tal-Malti' It-tliet bidliet li qed jiġu proposti fil-Malti, Bernard Micallef jiddeskrivihom bħala perikolużi l-iktar meta tarahom f 'salt, bħala bidla sħiħa fil-Kunsill. L-ewwel u waħda mill-ikbar preokupazzjonijiet ta' diversi għaqdiet tal-Malti fir- rigward tal-emendi hija li qed jiġi propost li l-Kunsill ma jibqax magħmul minn maġġoranza ta' persuni li huma kwalifikati fis- suġġett. L-emenda tgħid li għandu jkun hemm żieda minn 11-il membru għal 13, għaliex qed jiġu proposti li jiżdiedu għadd ta' rappreżentanti oħra fosthom rappreżentant tal- pubblikaturi u tat-tradutturi. Bernard Micallef jgħid li hu mhux kontra li jkun hemm iktar nies fil-Kunsill, għaliex iktar nies ifisser iktar rappreżentanza, għalkemm saħaq li n-numru m'għandux ikun wieħed kbir wisq għaliex dan jagħmilha diffiċli sabiex jintlaħaq ftehim. Fl-istess waqt, sostna li "l-problema tinħoloq meta minn dawn it-13-il membru jkollok 7 li mhumiex kwalifikati fil-Malti. Bniedem ikkwalifikat fil-Malti hu l-bniedem li x-xogħol tiegħu hu li jirriċerka l-Malti. Dan jiltaqa' u jiġbor flimkien id-diskors tal- mekkanik, tal-Parlament, ir-retorika Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt Il-Ministru mexa fuq bniedem li ma jafx il-Malti u qed jagħtih il-pariri " " Il-kunsill jiġbor flimkien id-diskors tal-mekkanik, tal- politiċi, il-prietka tal-quddies u taż- żgħażagħ f 'Paceville " "