Illum previous editions

ILLUM 4 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta' Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f'żoni rurali Notifika ta'Applikazzjonijiet għall-Miżura 4.4: tal-Program tal-Iżvilupp Rurali 2014-2020 Appoġġ għal investimenti mhux produttivi konnessi mal-kisba tal-objettivi klimatiċi agroambjentali Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi, fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall- Presidenza tal-UE 2017 u Fondi Ewropej, jixtieq javża li l'applikazzjonijiet għall-Miżura 4.4 Appoġġ għal investimenti mhux produttivi konnessi mal-kisba tal-objettivi klimatiċi agroambjentali tal- Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 qed jintlaqgħu mit-Tnejn 5 ta'Dicembru, 2016. M4.4 tkopri investimenti mhux produttivi maħsuba biex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi klimatiċi agroambjentali u se tinkludi r-restawr ta' ħabitats u pajsaġġi, il-konservazzjoni tal-ħamrija u l-ġestjoni tal-ilma fejn ma jkun hemm l-ebda redditu ekonomiku sinifikanti lejn razzett jew negozju rurali ieħor minn din l-azzjoni. Il-formola tal-Applikazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti (inkluża l-lista ta' azzjonijiet eliġibbli) huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità ta' Ġestjoni: www.eufunds.gov.mt. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu mill-Front Office, fi ħdan il-Ministeru għall- Iżvilupp Sostenibbli, l- Ambjent u t-Tibdil fil-Klima (MSDEC) kull nhar ta' Tnejn u Ħamis ġewwa l-Pitkalija, Ta'Qali limiti ta' Ħ'Attard bejn 07:300 u 15:00 jew kull nhar ta' Tlieta mill-Front Office, Razzett Sperimentali tal- Gvern, Xewkija Għawdex bejn 07:30 ta 15:00. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn: www.eufunds.gov.mt jew permezz tal-email: rdd.meaim@gov.mt jew inkella wieħed jista' jċempel fuq in-numru 22001108. Lura d-dar...fejn dejjem suppost baqa' ILMONUMENT tas-Sette Giugno reġa' lura d-dar, f 'postu fi Pjazza San Ġorġ fejn kien għal snin twal qabel ma tneħħa biex l-ewwel tħalla f 'garaxx, imbagħad tpoġġa fi ġnien Hastings, bogħod mill-għajn, bogħod mill- qalb. Id-deċiżjoni li jsir dan, hekk kif għaddej il-pavimentar tal-Pjazza San Ġorġ ma niżlet tajjeb xejn ma' bosta storiċi u anke ċittadini Maltin li jħossu li dan il-monument, tal-iskultur Anton Aguis, ingħata l-ġenb. Is-Sette Giugno jfakkar il-jum li tah ismu meta matulu kienet qed issir it- tieni laqgħa tal-Assemblea Nazzjonali fil-Belt Valletta. Dakinhar, folla kbira nġabret il-belt Valletta tipprotesta kontra l-Ingliżi. Huma waddbu l-ġebel u attakkaw il-Bibljoteka, l-imħażen ta' negozjanti tal-qamħ u l-istamperija tal-gazzetta The Daily Malta Chronicle. Membri Ingliżi fil-'Union Club' ipprovokaw lill-Maltin billi waddbu soldi qalb il- folla. Meta l-pulizija Maltija ma setgħetx tikkontrolla l-folla, issejħu s-suldati Ingliżi li sparaw fuq il-folla. Hawn inqatlu tliet Maltin, Wenzu Dyer, Ġużeppi Bajada u Manwel Attard. L-għada l-folla telgħet tpoġġi kuruni fil-post fejn inqatlu l-Maltin. Membri tal-Union Club reġgħu pprovokaw lill-Maltin. Il- folla reġgħet saħnet. Din id-darba ħarġu l-marines u qatlu lil Karmenu Abela. Il-Monument tas-Sette Giugno, lura fi Pjazza San Ġorġ L-iskultur Anton Agius Il-Knisja tikkritika l-Masterplan: 'Żvilupp bla rażan għad- detriment taċ-ċittadin' ILKUMMISSJONI Ambjent tal-Knisja ħarġet position paper li fiha rrimarkat kif fil-pjan kollu relatat ma' Paceville, l-Awtorità tal-Ippjanar "naqset milli tikkonsulta mar-residenti." Aktar minn hekk l-istess Kummissjoni sostniet li tħoss li l-għan ewlieni wara dan il- Masterplan huwa "l-iżvilupp bla rażan a skapitu tal- interessi tar-residenti u taċ- ċittadin komuni. Dan jidher mill-fatt li xi żviluppaturi xorta waħda jippreferu li l-pjan ikun flessibbli biżżejjed biex ikunu jistgħu jibnu fejn ikollhom iċ-ċans." "Għaldaqstant", tkompli tgħid il-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja "il-pjan għandu jiġi rivedut, u jingħata widen għal dak li għandhom xi jgħidu l-membri ta' din il-komunità, għax il-kwalità tal-ħajja tagħhom għandu jkollu prijorità assoluta. Il-KA jidhrilha," tkompli l-istqarrija f 'dik li jidher li hija referenza għal strip clubs, "li r-reputazzjoni li qed jieħu Paceville minħabba l-ġeneru ta' servizzi li qed joffru ċerti stabbilimenti mhijiex tajba u żgur mhix tgħin biex ikun hemm high-quality branding tal-lokal." Il-Kummissjoni Ambjent qed tippoponi li jsir studju għad-domanda u l-provvista tal-proprjetà f 'pajjiżna, kif ukoll riforma fil-mod kif l-artijiet art pubblika tinkera, tingħata b'ċens jew tgħaddi lil terzi persuni. Il- KA qed tipproponi wkoll li l-qliegħ minn dan l-iżvilupp jmur għall-infrastruttura tal-post kif ukoll għall- esproproprijazzjoni. Is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri fintervista mal-gazzetta ILLUM kienet saħqet u fakkret illi fil-masterplan xejn għadu mhux finali u li l-proċess kif inhu bħalissa għadu wieħed konsultattiv, bil-masterplan terġa' tmur lura għall-bidlġet wara l-ilmenti tal-pubbliku u wara terġa' tkun pubblikata bil-bidliet proposti. Schembri fakkret kif wara jerġa' jinfetaħ il-proċess ta' konsultazzjoni mill-ġdid. Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2016