Illum previous editions

ILLUM 4 December 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/758490

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

illum | Il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2016 Aħbarijiet 6 Il-Presidenza ta' Malta tal-Unjoni Ewropea… għal min ma jafx Aħbarijiet 6 minn Ruben Anthony Xuereb MINN Jannar tas-sena d-dieħla, Malta se tkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni tal-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea, hekk kif se jkun imiss lil pajjiżna li jmexxi l-presidenza tal-Kunsill tal- UE. Tul ix-xhur li għaddew, ġiet imħejjija u preżentata kampanja intensiva ta' informazzjoni dwar l-irwol li se jkollha Malta, u l-prijoritajiet li se taħdem fuqhom tul is-sitt xhur tal-Presidenza tagħha. Din se tkun l-ewwel darba fl-istorja li pajjiżna se jkollu dan il-prestiġju u din ir-responsabbiltà fuq id- deċiżjonijiet li se jaffetwaw l-Unjoni kollha. Bħal kull pajjiż ieħor tal-Unjoni li jieħu l-presidenza fuq sistema ta' rotazzjoni, l-ewwel sitt xhur tal-2017 se jkunu opportunità biex il-mexxejja ta' pajjiżna jimbuttaw l-aġenda tagħhom li se tpoġġi l-pajjiż ċkejken tagħna fiċ-ċentru tal-Unjoni kollha. Wara Ġunju tal-2017, Malta jkun jerġa' jmissa tieħu l-presidenza fl-2030. Filwaqt li għall-pajjiż in ġenerali u għax-xena politika, din il-presidenza hija avveniment ta' importanza kbira, jidher li s-sentiment fost il-poplu mhux xi wieħed ta' antiċipazzjoni jew interess daqstant kbir. L-ILLUM staqsiet lil numru ta' nies dwar il-Presidenza, il-prijoritajiet li se timbotta Malta u l-benefiċċji li jħossu li jista' jieħu pajjiżna minn din il-Presidenza. Fost in-nies kollha li tkellmet magħhom din il-gazzetta, il-maġġoranza ftit li xejn kienu jafu dettalji, b'ħafna sempliċiment jgħidu biss li jafu li "se jkun hemm xi ħaġa f 'Jannar li ġej". Filwaqt li kien hemm uħud li kienu informati, jidher li l-maġġoranza mhux qiegħda tara din il-presidenza bħala xi ħaġa ta' importanza għalihom. Fost kummenti li semgħet din il-gazzetta, spikka wkoll punt fejn deher kif in- nies iħossu li hemm distakk kbir bejn il-popli u dak li jiġri fi Brussell, daqs li kieku l-Unjoni nnifisha u l-popli huma żewġ entitajiet distakkati minn xulxin. L-ILLUM niżlet fil-pjazez tan-Naxxar u l-Mosta u staqsiet lin-nies x'jafu dwar il-presidenza u meta se tibda, x'se jkun qed jiġri hawn Malta u kif iħossu li se jibbenefikaw minnha. Apparti minn hekk, l-ILLUM qed tippreżenta gwida sempliċi fil-forma ta' mistoqsija u tweġiba dwar dan il-mument storiku għal Malta li se jerġa' jirrepeti ruħu biss 13-il sena oħra. X'inhu l-iskop tal-Presidenza? L-immigrazzjoni L-inklużjoni soċjali Is-suq komuni Is-settur marittimu Is-sigurtà u l-fruntieri Il-pajjiżi kollha tal-UE jistgħu jieħdu l-Presidenza? Min se jkun imissu wara Malta? Taf fejn se jiltaqgħu l-Ministru u l-kapijiet hawn Malta? Xi jkun l-irwol tal-pajjiż li jkollu l-Presidenza? Kemm-il darba tinbidel il-presidenza tal-Unjoni Ewropea? Il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tkun responsabbli mit-tmexxija tal-leġiżlatura tal-Kunsill tal-UE. Il-funzjoni tal-Presidenza hija dik li ssejjaħ laqgħat tal-Kunsill, toħloq l-aġenda u l-programm għal dawn il-laqgħat u tiffaċilita d-djalogu kemm waqt il-laqgħat tal-Kunsill kif ukoll ma' istituzzjonijiet oħra tal-UE. Tingħata prijorità lill-kwistjoni tal-immigrazzjoni, biex miżuri diġà miftiehma u implementati jsiru prijorità, hekk kif il-poplu qed jitlob li tittieħed azzjoni konkreta għax iħossu li l-Unjoni mhux tagħti l-importanza meħtieġa lil din il-kwistjoni. Permezz ta' konsultazzjoni ma' imsieħba soċjali, is- soċjetà u ċ-ċittadini stess, għandu jkun hemm titjib fid- drittijiet tal-minoranzi u l-ugwaljanza tas-sessi, kif ukoll titjib fil-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol u ġlieda kontinwa kontra l-vjolenza sesswali. Tisħiħ tas-suq komuni tal-Ewropa, għall-benefiċċju tal-ekonomiji u l-intrapriżi permezz tat-tneħħija ta' kull barriera li tostakola n-negozju ħieles. Fost affarijiet oħra, se jiġu diskussi titjib fis-sistemi digitali u n-negozju online kif ukoll it-tneħħija tat-tariffi tat-telefonija ċellulari meta wieħed ikun barra minn pajjiżu. Minħabba d-dipendenza tal-UE fuq l-ibħra, is- sostenibbiltà u l-iżvilupp tas-settur marittimu irid jibqa' prijorità għal benefiċċju tal-kummerċ u ta' numru kbir ta' impjiegi fis-settur. Jitħejjew pjanijiet u strateġiji għat-titjib fis-sigurtà ta' kull stat membru, bi protezzjoni minn attakki terroristiċi, permezz ta' informazzjoni komuni aktar effiċjenti bejn il-pajjiżi kollha u strateġija ta' viġilanza u azzjoni aktar effiċjenti għall-prevenzjoni ta' attakki fuq stati membri. Se tiġi wkoll proposta sistema ta' awtorizzazjoni u informazzjoni dwar l-ivjaġġar madwar iż-żoni Schengen. Iva. Kull stat membru tal-UE għandu l-possibbiltà jkollu l-presidenza hekk kif din tinbidel b'rotazzjoni kull sitt xhur. Malta jmissha minn Jannar li ġej wara li l-presidenza tal-Islovakkja tintemm f 'Diċembru. Wara Malta suppost kien imiss lir-Renju Unit, iżda wara l-vot tal-Brexit, diġà qaċċtulhom rashom mil-lista. Minn Ġunju tal-2017, wara Malta se jkun imiss l-Estonja biex jagħmlu s-sitt xhur tagħhom. Malta mbgħad jerġa' jkun imissha minn Lulju sa Diċembru tal-2030. Hemm diversi postijiet, fosthom il-Parlament l-antik, li ġie konpletament rinovat għall- okkażjoni. Kull sitt xhur. Kull pajjiż membru jagħmel il-leġiżlatura ta' sitt xhur tiegħu qabel ikun imissu l-pajjiż li jmiss. L-istati membri, li jkollhom il-Presidenza jaħdmu flimkien fi gruppi ta' tlieta, imsejħa trio. Malta qiegħda fi trio flimkien mal- Olanda u l-Islovakkja. It-trio jiddeċiedi fuq miri għal tul ta' żmien li għalihom jippreparaw aġenda komuni għas-suġġetti li jiġu indirizzati mill-Kunsill tul perjodu ta' 18-il xahar. Kull wieħed mit-tliet stati tat-trio jipprepara aktar fid-dettall il-programm tas-sitt xhur tiegħu. X'se jkunu l-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2016