Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049
Tkompli f 'paġna 8 NEWSPAPER POST Nr 536 • 22 ta' Jannar 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Francesca Borg Ara paġni 34 u 35 Ara paġni 4 u 5 Minn Albert Gauci Cunningham F'MARSAXLOKK, sforz diversi fatturi fosthom in-nuqqas ta' Maltin li lesti jaħdmu fis-sajd, fl-aħħar snin tħallew jinbtu u jinfirxu prattiċi ta' xogħol illegali fost diversi persuni barranin, l-aktar Filippini, Indoneżjani u anke Għarab. Sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta spjegaw kif dawn il-barranin qed jitħaddmu sigħat eżaġerati ta' xogħol, xi minn daqqiet anke 20 siegħa kuljum, qed jingħataw pagi li jlaħħqu biss madwar €400 fix- xahar (jew minflok paga jingħata ħlas skont il-qabda), u bħala parti mill-'kumpens' għal xogħolhom qed jingħataw post fejn jorqdu fuq il-bastiment tas-sajd. Dan apparti li sorsi oħrajn li tkellmu ma' din il-gazzetta spjegaw kif sa ftit żmien ilu biss, dawn il-barranin kienu kostretti jużaw is-sink tal-latrina pubblika biex jinħaslu. Dawn il-prattiċi, li jammontaw għal sfruttament ta' diversi nies vulnerabbli u li saħansitra qed iqajmu mistoqsijiet relatati mas- sigurtà tal-pajjiż, mhux biss mhumiex qed isiru fil-moħbi, talli huma sigriet magħruf, speċjalment fost il-poplu ta' Marsaxlokk. Tant li l-kwistjoni kienet tqajmet fl-2012 f 'laqgħa għas-sajjieda ma' Joseph Muscat, dak iż-żmien Kap tal- Oppożizzjoni. Din il-laqgħa kienet magħluqa għall-midja. Wieħed mis-sorsi tal-ILLUM iddeskriva s-sitwazzjoni bħala "xejn aħjar minn skjavitù modern li ħadd ma jrid jitkellem dwarha." • Sigħat twal ta' xogħol, pagi miżeri, jgħixu f 'bastiment u sa ftit ilu kienu jinħaslu fi l-latrina • Il-PM kien infurmat bis-sitwazzjoni lura fl -2012 Kandidat tal-PN jirreżenja wara li Refalo tah promozzjoni Minn Albert Gauci Cunningham JOSEPH Attard, irreżenja minn Kandidat Għawdxi tal-Partit Nazzjonalista, mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra fejn kien Minority Leader tal- PN u mhux se jerġa' jkun qed iġġedded it-tessera tiegħu mal-istess PN wara li ngħata promozzjoni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, li timpedih milli jkun b'xi mod imdaħħal f 'partit politiku. Sorsi qrib tal-PN li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li bosta Għawdxin jinsabu ddiżappuntati bl-aġir ta' Attard u akkużawh li, "uża lill-partit sakemm sab xi ħaġa aħjar." Minkejja dan, meta kkuntattjat minn din il-gazzetta, Attard saħaq li l-ħajja mimlija għażliet, "u jien għażilt il-karriera minflok il-politika." Tkompli f 'paġna 8 Skjavitù f 'Marsaxlokk Joseph Muscat: Mill-Partnership... ...sal-Presidenza Tkompli f 'paġna 10-11