Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 | illum Minn Brussell 15 FILĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA jġiegħlek tħossok kburi Qabel il-kunċert, kien hemm dak li suppost jissejjaħ reception li jkolli nammetti li malli wasalt jien, xi siegħa wara li kien beda ma sibt xejn, la xi nnaqqar u lanqas tazza xampanja għax qaluli li kien spiċċa. Kemm kien hemm qabel, ma nafx iżda naf li bqajt bil-għatx u bil-ġuħ. Ftit diżappuntat li iddeċidejt li nsum minħabba din ir- reception u spiċċajt sajjem aktar milli kont. Li ma kontx naf kien li l-'main course' ta' din is- serata ma kellux ikun l-ikel u x-xorb, iżda l-kunċert innifsu. U hawn fejn il-kritika tiegħi tinbidel fi ftaħir lejn min organizza dan il-kunċert fuq dan il-livell. Għax mad-daqq tal-Innu Malti mħallat mal- innu tal-Ewropa mill-orkestra Maltija kont diġà nsejt l-istonku vojt. Imbagħad xi ngħidu għar- repertorju vast ta' Joseph Calleja li kanta bit-Taljan, Ġermaniż, Spanjol, Franċiż u anke Malti. Repertorju li jqabbiżlek id-dmugħ meta tara daqstant dinjitarji barranin jgħajtu 'Bravo' u jqumu bilwieqfa japplawdu lil dan it-talent kbir Malti li kien kapaċi jgħaddilhom il-messaġġi li ried jgħaddi bil-lingwa Franċiża li niżlet tant tajjeb magħhom anke jekk għalija ma fhimt xejn u applawdejt xorta. Iżda ma jkunx ġust jekk infaħħar biss il-wirja ta' Joseph Calleja meta jakkumpanjawh, kien hemm l-orkestra b'ħoss eċċezzjonali li tħossha tkellmek, immexxija b'mod uniku mill-bravu Brian Schembri li għadni niftakru fuq il-ġurnali Maltin ħafna snin ilu meta kien daqsxejn ta' tfajjel li kien mar idoqq il-pjanu u jistudja l-mużika fl-akkademja tal- mużika tal-Unjoni Sovjetika fi Kiev u Moska dak iż-żmien, għalkemm jiddispjaċini li ma nistax insemmi l-membri kollha tal-orkestra li kull wieħed u waħda minnhom urew il-klassi tagħhom individwali mnissġa f 'orkestra waħda. Anke dawn ġew applawditi bil-kbir minn dawk kollha preżenti u sagħtejn għaddew qas naf kif. Serata li ntemmet bl-Innu Malti għal darb'oħra fejn hemm aktar minn qabel ħassejtni tant kburi li jien Malti u li kont parti mill- istorja ta' Malta. Storja mnisġa minn politiċi li qbilna jew ma qbilniex magħhom, li ntefa' t-tajn fuqhom jew le, jibqa' fatt li bis-saħħa ta' kull wieħed u waħda minnhom, dak il-ħin stajt inħossni kburi. Bħalma ħassejtni meta ħadna l-Indipendenza, meta sirna Repubblika, meta ħlisna mill-barrani, meta ssilitna biex dħalna fl-Ewropa, meta bdilt il-lira tiegħi għal dik tal- Ewro, u llum li nifforma parti minn ġens li qiegħed fit-tmun tal-Ewropa. Dawk il-mijiet li kienu preżenti bil-Prim Ministru, president, u tant ministri u kbarat jagħmlu parti mill-ġens tiegħi. Naqbel jew ma naqbilx magħhom, ingerger jew infaħħarhom, jibqa' fatt li huma Maltin bħali u bħalek. Għax jien u int li qed taqrani u missirjietna kollha ħdimna biex illum ninsabu hawn fejn jixirqilna. U dan, grazzi għal dawk il-blu u l-ħomor u forsi anke ħodor li f 'avvenimenti bħal dawn jinbidlu fil-kuluri tal- bandiera tagħna bajda u ħamra. Forsi nidher ftit patrijottiku żżejjed illum, forsi wkoll nerġa' ntenni għax bħalissa nieqes minn dik il-blata li tant ingerger meta nkun fuqha u tant qed inħoss in-nuqqas tagħha li qiegħed imbiegħed minnha, iżda ktibt hawn dak li vera ħassejt u nħoss. Viva Malta u l-Maltin kollha ta' kull kulur L-Orkestra nazzjonali tingħata ovazzjoni mill-mijiet preżenti fit-teatru Bozar Il-President u l-Prim Ministru ma kinux qed jirrapreżentaw xi moviment iżda lill-poplu Malti kollu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017