Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt One hell of a bitch! H elena Dalli kienet waħda mill-aħħar l-lista ta' persuni li spiċċaw l-mira tat-tgħajjir tal-kandidat stilla tal- Partit Nazzjonalista, dak li donnu tant sar importanti u neċessarju li biex jipproteġih, il-Partit joħroġ bir- rottweilers u għal De Marco, iben Guido De Marco, kolonna tal-PN, bilkemm għamel ħoss. Imma dwar dan is-suġġett tkellimna biżżejjed u kulħadd qed ikejjel u ħafna qed jitkellmu, privatament jew ċrieki soċjali u qed jaslu għall- konklużjonijiet li wasalna aħna f 'dan l-istess editorjal il-Ħadd li għadda. Issa Helena Dalli hija politikanta u bħal kull persuna oħra fil-politika, la hi qaddisa u lanqas se nqabbluha mal-purità, għax ma tantx nemmnu li għad fadal politikanti puri u verġni, la Malta u lanqas imkien. Imma li xi ħadd suppost liberali u li jgħożż il- libertajiet tal-persuni, jiftaħ il-kanuni kollha fuq Dalli, mingħajr ma tal-inqas ikollu d-diċenza li jfakkar il-kisbiet li għamlet bħala Ministru, huwa politikament inġust u frankament pwerili. Lil hinn mill- glorifikazzjoni tal-lanżit, ejja nħarsu lejn il-kisbiet li għamlet Helena Dalli f 'dawn l-aħħar erba' snin u nħallu lill-qarrejja jiddeċiedu x'tip ta' 'bitch' Helena Dalli hi. L-ewwel att bitch-esk ta' Dalli kien li tat lil Joanne Cassar il-possibbiltà li taqleb il-ġeneru tagħha fuq il-karta tal-identità wkoll. Fatt li ta lil Cassar id-dritt li tesprimi l-imħabba tagħha fiż-żwieġ, att li biddlilha ħajjitha wara li tħalliet għal riħha, sena wara sena, tiġġieled kontra swar ta' konservattiviżmu. Tiġġieled kontra establishment li dejjem emmnen li Cassar ma kellhiex dritt tiżżewweġ. Bħalha m'hawnx maġġoranza fil-pajjiż, imma l-kwistjoni ta' drittijiet ma tafx numri. It-tieni u l-akbar att bitch- esk ta' Dalli kienet li serviet ta' pijuniera biex wara 30 sena niddiskutu u nduru fuq l-istess erba' madumiet dwar relazzjonijiet ta' persuni tal- istess sess, kienet introdotta l-Unjoni Ċivili għall-persuni tal-istess sess. Għax wara snin twal ta' titubar, Dalli flimkien mal-iktar Gvern progressiv li kellu dan il-pajjiż fl- aħħar deċenji, iddeċiediet li fl-imħabba m'hemmx privileġġi, li l-imħabba hija ugwali u l-istess. Li ħadd mhu 'l fuq minn ħadd u li l-ebda tip ta' mħabba mhi inferjuri għall-oħra. Għall- maġġoranza tal-pajjiż, dan id-dritt seta' fisser ftit. Għall- minoranza ta' nies, dan id-dritt bidlilhom ħajjithom u għamilhom aktar sinjuri mhux materjalment, imma emozzjonalment. Minkejja li l-liġijiet fuq il-karta ma jbiddlux mentalità, it-tibdil li rajna f 'dawn it-tliet snin fil-qasam tad-drittijiet ċivili kienu l-akbar spinta lejn soċjetà aktar inklussiva, tolleranti u ugwali. It-tielet att bitch-esk ta' Dalli kien li wara snin nippretendu li t-terapija tal- konverżjoni mhux qed issir u wara li għaddejna individwi minn trawmi li setgħu ġew evitati, kellu jkun issa li din it-tip ta' konverżjoni ssir illegali. U kien hemm sulluzzu galore u kien hemm min ikkritika lill-Ministru għax mhux qed tħalli lin- nies jagħżlu li jibagħtu lit-tfal tagħhom għand psikjatra biex jippruvaw jifhmu aħjar is-sesswalità, bħallikieku persuna eterosesswali qatt fl-istorja tal-umanità ntbagħtet għand psikjatra biex 'tifhem il-ġibdiet tagħha aħjar'. Kieku smajna mill- korijiet tal-qedem, konna nibqgħu fejn konna għal snin. Nibagħtu lill-ulied għand il-psikjatra biex jifhmu is-sesswalità, minflok ngħallmu, nedukaw u ninormalizzaw. Ir-raba' att bitch-esk ta' Helena Dalli kien li ntroduciet il-liġi tal-ġeneru, il-ħames kien li tard is-sena l-oħra ngħatat il-Premju tal-'Eroj tas- Sena' mill-European Diversity Award. Is-sitt att li għandna spazju nsemmu hawn huwa l-fatt li l-Ministeru li tmexxi, flimkien ma' żewġ Ministeri oħrajn se jkunu qed iniedu uffiċċju li se jibda jitħaddem aktar tard din is-sena biex l-abbuż fi Triq Aldo Moro, il-Marsa jibda jkun inidirizzat. Wara snin ninjoraw umani bħalna, se ssir xi ħaġa biex l-abbuż sfrenat jibda jinqata'. F'dan is-sens, nisperaw li l-Ministru Dalli tieħu nota wkoll tal- istorja li għandna llum fuq il-faċċata tal-gazzetta. Naturalment, dan kollu ma jfissirx li ma jidhirx ikrah il-fatt li wliedha t-tnejn sabu posthom xi mkien u wieħed jista' jifhem li tista' tkun ġustifikata l-kritika lejha. Imma li tipprova tnessi l-akkwisti u r-rebħiet li għamlet din il-mara u li tgħajjarha 'bitch' meta kellha l-kuraġġ u r-rieda li dak li konna ilna niddiskutu, fil-fatt twettqu, hija verament xi ħaġa pwerili. Kellu bżonn min għajjarha kellu nofs ir-rieda, is-saħħa u l-abbiltà li jagħmel id- differenza f 'ħajjet in-nies daqskemm għamlet Helena Dalli f 'dawn l-aħħar tliet snin. It-tgħajjir u l-mibgħeda minn wara l-keyboard, l-akkużi, it-tfigħ ta' tajn u l-bassezzi jiġu faċli għal min jaħseb li l-poplu tant hu basla li jifhem biss bil-lingwa tat-trogloditi. Fortunatament, fl-annali tal-istorja, dawk in-nies ftit se jissemmew u malajr se jintesew. Id-drittijiet introdotti taħt il-ħarsa ta' Dalli se jibqgħu mfakkrin, minn dan l-editorjal żgur. Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017