Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 24 Kummerċjali Iktar minn 5,000 student fl-iskejjel tal-Primarja ta' Malta u Għawdex bdew jirċievu s-sħubija ta' Heritage Malta. L-interess f'din l-iskema ta' sħubija mnedija minn Heritage Malta huwa wieħed inkoraġġanti u dan huwa rifless fin-numru ta' applikazzjonijiet li qed tirċievi l-aġenzija nazzjonali. Ir-rispons huwa mill-aktar pożittiv u dawk interessati għad jistgħu japplikaw online sa tmiem dan ix-xahar. Għalissa din l-iskema hija valida għal studenti tal-Primarja, madankollu se sservi ta' indikazzjoni għal proġetti oħra fil-futur. Din l-iskema tippermetti lill- istudenti tal-Primarja dħul b'xejn fil-mużewijiet u siti ta' Heritage Malta, minbarra l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni, filwaqt li sa żewġ adulti li jkunu qed jakkumpnjawhom iħallsu nofs il-prezz. B'din l-iskema l-istudenti jibbenefikaw ukoll minn skont mill-ħwienet ta' Heritage Malta u attivitajiet, fosthom esklussivi, organizzati apposta għall-membri. L-attivitajiet ta' ġbir ta' fondi organizzati mill-impjegati ta' GO iġġeneraw kważi €2,000. Dawn il-fondi ntużaw biex ingħatat għotja lil Malta Hospice Movement u jinxtraw rigali għall-party tat-tfal li kien organizzat mid- Dipartiment tal-Pedjatrija fl-Isptar Mater Dei. Il-fondi nġabru permezz ta' bejgħ ta' ponsjetti, tournament tat-table tennis u donazzjonijiet miġbura kull xahar mill-GO Cares Employee Fund. Kull xahar impjegati tal-GO jikkontribwixxu b'mod volontarju xi ħaġa mis- salarju tagħhom. Ir-ritratt juri lil Josphine Grima, Senior Manager – HR Operations ma' GO, flimkien ma' uħud mill- membri tal-GO Cares team, qed jippreżentaw l-għotja lil Kenneth Delia, il-Maniġer Ġenerali ta' Malta Hospice Moviment. GasanMamo Insurance tappoġġa lil Bjorn Formosa u lil ALS Malta Aktar kmieni dan ix-xahar, impjegati ta' GasanMamo Insurance laqgħu lil Bjorn Formosa, il-fundatur tal- Fondazzjoni ALS Malta, fl-uffiċċju prinċipali tal-kumpanija li jinsab fil-Gżira. Din iż-żjara ta' kortesija saret jumejn biss qabel ma' Bjorn saritlu operazzjoni delikata biex ikun jista' jibla' l-ikel aktar faċilment. Bjorn hu ispirazzjoni ta' kuraġġ għal dawk kollha morda bl-ALS u mard ieħor diġenerattiv. L-impjegati u t-tmexxija ta' GasanMamo ilhom isegwu l-vjaġġ ta' kuraġġ kbir ta' Bjorn. Matul iż-żjara tiegħu Bjorn indirizza lil dawk preżenti u stqarr li l-ġranet tiegħu huma magħduda u s-sintomi ta' din il-marda qed jiżviluppaw b'rata aktar mgħaġġla milli mistenni. Bjorn qal li hu se jibqa' jaħdem u jżomm ir-rutina ta' kuljum sal- aħħar, sabiex ikun jista' jqajjem għarfien u jiġbor fondi għall- ALS Malta. "F'GasanMamo, aħna nqisu lil Bjorn bħala l-aqwa persuna li kapaċi tgħallimna kif inkunu maturi, kuraġġużi u altruisti. Hu ammirevoli tinnota li mill-ewwel ġurnata li sar jaf li marad b'ALS, Bjorn għażel li jiffoka l-attenzjoni kollha tiegħu biex ikun ta' għajnuna għal ħaddieħor u beda kampanja intensiva madwar Malta u Għawdex biex issir magħrufa aħjar din il-marda tant serja, u jiġbor fondi biex inkunu nistgħu niġġielduha. Mingħajr l-ebda dubju l-messaġġ ta' Bjorn hu wieħed ta' tama u determinazzjoni u kif wieħed għandu dejjem jibqa' jiġġieled sal-aħħar," qal Julian J. Mamo, Direttur Maniġerjali ta' GasanMamo Insurance. Fi tmiem iż-żjara, Julian J. Mamo u l-impjegati ta' GasanMamo ppreżentaw donazzjoni lil Bjorn bħala kontribut għal din il-kawża ġusta. Bjorn marad bl-ALS fl-2015 u minn dakinhar 'il quddiem iddedika l-ħin tiegħu biex jiġbor fondi u biex din il- kundizzjoni tingħata għarfien. Il-fond GO Cares Employee Fund jappoġġja lil Malta Hospice Movement Kinnie tingħaqad ma' Scan għal promozzjoni ġdida Kinnie, ix-xarba favorita tal-Maltin, ingħaqdet ma' SCAN, l-akbar ħanut f'Malta tal-prodotti tat-teknoloġija tal- informatika, audjo u vidjo, biex toffri lill-konsumaturi ċ-ċans li jirbħu premjijiet sbieħ u jidħlu wkoll fil-lotterija ta' kull xahar li fiha jistgħu jirbħu wieħed mill-premjijiet grandjużi, fosthom Apple MacBook Air, Apple iPhone 6s, jew TV ta' 40" Samsung Full HD LED. Minbarra l-lotterija ta' kull xahar, il-konsumaturi jistgħu jirbħu rigali kuljum meta jipparteċipaw fil- promozzjoni ta' fuq il-pakketti tal- Kinnie, fosthom Magic NutriBullet Blenders, bagalji Samsonite Spinner, kameras diġitali Canon lxus 162 u ħafna premjijiet oħra. Lara Filletti, Kinnie Brand Executive f'Simonds Farsons Cisk plc, qalet li, "Il-kollaborazzjonijiet ma' ħwienet stabbiliti, bħal Scan Malta, jagħtuna opportunità sabiħa biex noffru rigali fantastiċi lill-klijenti leali ta' Kinnie. B'aktar minn 1,500 rigali f'din il-promozzjoni, konvinti li l-inizjattiva se tintlaqa' tajjeb u ninsabu ħerqanin biex nippremjaw lil ħafna rebbieħa." Aktar tagħrif fuq kif tista' tieħu sehem f'din il-promozzjoni ssibu fuq it-tikketti tal-fliexken kollha tal-marka Kinnie – jiġifieri, Kinnie, Diet Kinnie, Kinnie Vita jew Kinnie Zest – u aktar dettalji ssibhom fuq www.kinnie.com/scan. Il-promozzjoni tibqa' għaddejja sa tmiem April 2017. Iktar minn 5,000 student bi sħubija ta' Heritage Malta għal mużewijiet b'xejn L-applikazzjonijiet għadhom miftuħin online www.heritagemalta.org STUDENT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017